Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

Tisma' bosta jgħidu li t-traffik jiżdiedu meta jiftħu l-iskejjel iżda ftit nisimgħu dwar il-fatt li t-traffiku jaffettwa lill-istess skejjel. Dwar dan, l-ILLUM tkellmet ma' Stephen Cachia Diret- tur tal Kulleġġi Lasalljani f'Malta. "Naħseb li bħall-bqija tal-pajjiż, il-kulleġġi tagħna ukoll qed iħossu l-impatt tal-prob- lema tat-traffiku, partikolarment fil-wasla u t-tluq tal-istudenti. Xi student qed jaslu l-iskola tard waqt li oħrajn jaslu d-dar tard wara nofsinhar. Xi membri tal-istaff , qed ikollhom jitilqu għax-xogħol dejjem iktar kmieni. Din mhijiex xi ħaġa ta' din is-sena biss imma problema li ilha is-snin tiżviluppa," ikkonferma Cachia. Madankollu, fakkar li s-sena skolastika għadha kemm bdiet u wieħed irid iħalli ftit ġranet sakemm ir-rotot differenti tas-sistema tat-trasport tal-iskejjel jissetiljaw. Insista li diġà qed jinnotaw titjieb f'aspetti tas-sistema. "Min- n a ħ a t a g ħ n a qed nagħmlu l-parti tagħna billi in- d a ħ ħ l u it-trasport kollu fil-grawnds tal-kulleġġi sa- biex nevitaw li noħolqu konġestjoni fit-toroq tal-madwar," kompla Cachia. Mistoqsi x'jaħseb li jistgħu jkunu s-soluzz- jonijiet, Cachia insista li l-problema mhux se tissolva billi jinbidlu l-ħinijiet tal-iskola. Fi kliemu, jekk isir hekk, il-problema tkun qed timxi għal ħinijiet oħra u jkunu qed jinħolqu aktar sfidi għat-tfal u l-ġenituri. "Din problema nazzjonali li teħtieġ soluzz- joni nazzjonali. Soluzzjoni kuraġġuża li għandha toħroġ minn djalogu nazzjonali li ma jiddejjaqx joffri alternattivi mhux popo- lari imma li jkunu ta' ġid għall-kwalità tal- ħajja tal-poplu kollu." IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 • illum aħbarijiet It-traffiku: Problema għan-negozji, għall-iskejjel u għal saħħitna YENDRICK CIOFFI It-traffiku din il-ġimgħa kien fuq fomm kulħadd. Kważi kważi ma hemmx ħin. Toħroġ meta toħroħ fil-ħinijiet tax-xogħol xi mkien se teħel. Imbagħad jaħbat xi ħadd, tagħlaq karreġġjata u mit-taġen nispiċċaw dritt fin- nar. Iżda t-traffiku ma jikkawżax biss stress u tensjoni għax taqbiżlek tistenna imma għandu impatt dirett fuq aspetti differenti, min-negozju, għall-iskejjel u fuq kollox anke s-saħħa. Il-gazzetta ILLUM tesplora l-effett li t-traffiku qiegħed ikollu fuq fatturi differenti. Hekk kif it-traffiku żdied drastikament fl-aħħar jiem, il-gazzetta ILLUM tipprova tifhem l-effetti varji li dan iħalli mhux biss fuq l-ekonomija tal-pajjiż, iżda anke fuq l-iskejjel u s-saħħa 'Fin-negozju l-ħin huwa flus ... Ħaddiem qed jiswa aktar u jkun inqas produttiv' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Abigail Mamo, Kap Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji li insistiet li t-traffiku jħalli impatt dirett fuq in-negozji, għax fi kliemha, għal kwalunkwe ne- gozju "il-ħin huwa flus." Mamo qalet li llum, ħaddiem qed jiswa' ħafna aktar minħabba diversi fatturi, inkluż l-inflazzjoni fil-paga, iżda mill-banda l-oħra, minħabba t-traffiku, jista' jkun li mhux qed ikun biżżejjed produt- tiv. Semmiet pereżempju dawk li jwasslu x-xogħol fil-ħwienet (de- livery persons). Mamo spjegat kif sar diffiċli li ssib persuni li jkunu lesti jagħmlu dan ix-xogħol u minħabba f'hekk, in-negozji kienu kostretti jżiedu l-pagi tagħhom. "L-ispiża għalihom żdiedet im- ma mill-banda l-oħra qed ikunu inqas produttivi għax qed iqattgħu ħafna ħin fit-traffiku. Fejn qabel persuna kienet tagħmel bejn sitt u tmien vjaġġi, illum qed tagħmel erba'." Anke jekk forsi tidher xi ħaġa żgħira, Mamo saħqet li dawn il-fatturi kollha flimkien jaffet- twaw il-kompettività tan-negozju. Mamo fakkret ukoll li appar- ti t-traffiku, bħalissa għaddejin ħafna xogħlijiet infrastrutturali u qed jiżdiedu wkoll l-inċidenti tat-traffiku. Mistoqsija jekk tistax tikkwan- tifika kemm qed ikun kbir dan l-impatt, Mamo qalet li diffiċli tgħid. Fakkret li fl-aħħar stħar- riġ li l-Kamra għamlet għal qabel il-Baġit, it-traffiku ftit issemma, bin-negozji jisħqu li l-akbar impatt fuqhom qed tkun l-inflazzjoni, iż-żieda fl-ispejjeż u l-inflazzjoni tal-pagi. "Kieku kellna nagħmlu l-istħar- riġ illum, issa li fetħu l-iskejj- el, żgur li t-traffiku se jkun fost it-tħassib ewlieni tan-negozji." Iżda x'jista' jsir? Hemm soluzz- jonijiet? Mamo qalet li bħalissa għaddejin diskussjonijiet bejn il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji u l-Fondazzjoni għat- Trasport. Fost oħrajn semmiet il-possibbil- ità li jkun hemm ħinijiet differenti u aħjar ta' meta x-xogħol jitwassal fil-ħwienet. "Ma jfissirx li s-soluzzjoni koll- ha tinsab hemm," qalet Mamo. "Imma qed naħdmu fuq proġett biex naraw li nużaw il-ħin bl-aħjar mod fejn jidħlu d-deliveries." Ovvjament mhux kollox ward u żahar, b'Mamo tisħaq li hemm fatturi li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni. "Jista' jkun hemm ukoll in- ċentivi jekk pereżempju se jkun hemm min jiddeċiedi li jdaħħal lill-ħaddiema aktar kmieni biex ċertu vjaġġi jsiru qabel jibda l-ħin tat-traffiku. Soluzzjonijiet hemm imma trid issir diskussjoni serja." Mistoqsija dwar ir-remote working, Mamo saħqet li wara l-pandemija żdiedet ħafna l-flessibbilità imma qalet ukoll li hemm xogħlijiet u sitwazz- jonijiet fejn l-onlajn mhux dejj- em ikun l-aħjar soluzzjoni. "Malli fetħu l-iskejjel kien hemm impatt kbir fuq it-traffi- ku iżda żgur ma nistgħux ngħidu li huwa ħażin li t-tfal irritornaw b'mod normali fil-klassijiet," qalet Mamo. Temmet tisħaq li hemm bżonn diskussjoni serja u ħid- ma konġunta. Fi kliemha ma jistax ikun li ta' kuljum, il-pajjiż iqum imwaħħal. 'Studenti qed jaslu l-iskola tard u oħrajn jaslu d-dar tard waranofsinhar' It-traffiku għan- du impatt dirett fuq is-saħħa u dwar dan l-ILLUM tkellmet ma' Cynthia Far- rugia Jones, Konsulent Mediku li tispeċ- jalizza fi problemi respiratorji. Spjegat li meta t-traffiku jkun imwaħħal, il-karozzi jkunu qed iniġġsu aktar. Dak li joħroġ mill-karrozzi jidħol fil-pulum u dan jikkawża ħsara. Semmiet studju li kien sar u li wera kif persuni li jgħixu fit-triq prinċipali tal-Fgura għandhom aktar ċans li jimirdu bl-ażma. L-istudju wera li aktar ma tkun tgħix viċin din it-triq traffikuża, aktar hemm ċans li taqbek bl-ażma. "Ikollna nies li ma jpejpux u li jkollhom il-pulmun daqslikieku jpejpu." L-appell tagħha huwa biex meta persuna tkun imweħħla fit-traffiku, tagħlaq it-twieqi, tixgħel l-AC u twaqqaf iċ-ċirkolazzjoni għall-barra. "Jiena vera nirrabbja u niddejjaq meta nara nies jimxu u jagħmlu jogging qalb it-traffiku." Mistoqsija jekk it-traffiku jistax jikkawża mard aktar serju bħall-kanċer fil-pulmun, Farrugia Jones qalet li dan il-kanċer huwa relatat ħafna mas-sigaretti. "It-traffiku jżid l-istress u l-ansjetà u għalhekk aktar hemm ċans li persuna tin- fexx fis-sigaretti waqt li tkun imwaħħla fit-traffiku." Apparti minn hekk insistet li l-istress u l-ansjetà għandhom ukoll effett dirett fuq is-saħħa psikoloġika u emozzjonali tal-persuna u eventwalment dawn jistgħu jirriżultaw fi problemi tal-qalb. "Aħna rridu ngħixu l-ħajja bl-aħjar mod u nagħmlu dan jekk nibżgħu għal ġisim- na. Nieklu tajjeb, ma nagħmlux affarijiet li jikkawżaw ħsara u nnaqqsu l-istress. It-traffiku qed jikkawża ħafna problemi u hemm bżonn soluzzjonijiet urġenti." 'Nies li ma jpejpux ikollhom il- pulmun daqslikieku jpejpu'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022