Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354
12 intervista 'Il-Gvern għandu jaqbad 5,000 ħaddiem u jħallasilhom il-paga għal sentejn ... ANTHEA CACHIA Iċ-ċokon ta' pajjiżna, meta mqabbel ma' xi pajjiż ġgantesk fl-Ewropa, huwa konvenjenti. Għandna sens ta' kommunità ikbar minħabba l-irħula żgħar, imdawwrin b'ħafna baħar u biex taqsam min-naħa għall-oħra ta' Malta m'għandekx bżonn sigħat u vjaġġar b'ajruplani... sakemm ma jkunx hemm xi festa u tiltaqa' ma' pataun traffiku. Iżda għall-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji Paul Abela, iċ-ċokon ta' pajjiżna jfisser li kulħadd jaf u jiġi minn kulħadd u li din twassal għal nuqqas ta' infurzar. Tant hu hekk li, skont hu, "l-infurzar mhuwiex l-akbar kompetenza ta' pajjiżna." 'Eliminaw il-VAT fuq xi prodotti u qaċċtu s-Sisa!' Għal raġunijiet ovvji d-diskors waqa' fuq il-Baġit u l-ILLUM għamlet referenza għal numru ta' proposti li ressqet il-Kamra bil- għan li jiġu implimentati mill-Gvern. Din il-gazzetta fakkret lill-Abela fi tlieta partikolari: Dik li titneħħa s-sisa (excise tax) jiġifieri taxxi indiretti fuq il-bejgħ jew l-użu ta' oġġetti bħal-alkoħol, it-tabakk u prodotti tal-enerġija, li jitnaqqas il-VAT fuq prodotti partikolari bil-għan li jinkoraġixxi aktar bejgħ lill-konsumaturi u li jiġu inċentivati dawk in-negozji - permezz ta' roħs fit-taxxa - jekk dawn jagħmlu użu minn pagamenti diġitali. Fil-proposti tagħha stess, il-Kamra saħqet li l-Gvern qiegħed ikollu ħafna aktar dħul mill-VAT minħabba l-inflazzjoni u b'dan il- fatt quddiemha, l-ILLUM staqsiet, "allura l-Gvern jaffordja li jnaqqas it-taxxa bħalissa?" Abela wieġeb li l-Gvern għandu jkabbar l-ekonomija u "jekk inaqqas ir-rata ta' taxxa, il-Gvern se jdaħħal iżjed. Hekk ġie ppruvat fil-passat. Fil-fatt jiena niakar żmien meta t-taxxa tad-dħul, minn 65% tnaqqset għal 35%. Kulħadd qal li se jonqos id-dħul iżda l-Gvern ta' dak iż-żmien daħħal aktar flus biha." Huwa qal ukoll li s-sisa mhi xejn għajr burokrazija żejda. Dan għaliex, minkejja li jagħmel xi dħul minnha, biex il-Gvern jagħmel monitoraġġ tal-affarjiet kollha li se jidħlu f 'pajjiżna jiswih ħafna aktar. "Din ma tagħmilx sens u għalhekk aħna bħala Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qed ngħidu li għandha titneħħa," żied jgħid Abela. B'eżempju ċar, Abela saħaq li bħala Kamra huma infurmati b'każ ta' importatur Sqalli ta' materjal li jintuża għall-kostruzzjoni. Dan in-negozjant ibigħ il-materjali lill- kumpaniji Maltin mingħajr il-VAT u fil-fatt dan irnexxielu jattira klijentela Maltija ikbar. "Ovvjament il-bejjiegħa Maltin tal-istess materjal qed jagħmlu ferm inqas dħul u għalhekk hu importanti li l-Gvern joħloq suq aktar bilanċjat bejn il-kompetizzjoni Maltija u barranija." Imma x'garanzija għandha l-Kamra tan- Negozji Żgħar u Medji li l-Gvern se jara aktar dħul? Abela jisħaq li mhumiex qed jipproponu li jitnaqqsu t-taxxi kollha, iżda jemmen li għandu jkun hemm aktar bilanċ. "Jekk il- bejjiegħa jittiklilhom il-profitt mill-bejgħ, jaf ikun hemm persuni li jagħżlu li ma jagħtux irċevuta u din hija illegali. L-infurzar mhux il- fortè ta' pajjiżna u allura nħoss li jekk tnaqqas ir-rata ta' VAT isir aktar qligħ mingħajr il-biża li n-nies qed jevadu l-VAT," żied Abela. 'Malta minn dejjem hekk kienet. Nintroduċu bidla u kulħadd jipprova jirreżistiha' Issa d-diskursata daret fuq il-flus kontanti u l-qalba għall-pagamenti diġitali. Kif diġà aċċennajna għaliha, il-Kamra għamlet proposta f 'dan ir-rigward. Mistoqsi għaliex għad hemm negozji żgħar li għadhom bil-biża' li jaċċettaw il-kards ta' kreditu u mhux kontanti biss huwa sostna li llum, it għad hemm li ma joffrux din l-għażla. Stqarr iżda li l-mentalità hi diffiċli li tinbidel. Fil-fatt qal li għad hemm il-ġenerazzjoni l-anzjana li għadha toqgħod lura milli tuża l-kards, "iżda it, it qed nersqu aktar lejn dik ir-realtà. Illum il-ġurnata meta tmur f 'pajjiż Ewropew in-nies jistkerrħuk jekk toħroġ il-flus kontanti mill-but. Fuq kollox Malta dejjem hekk kienet. Meta nintroduċu bidla, kulħadd jipprova jirreżistiha," qal Abela. Apparti minn hekk huwa żied jgħid li llum hija ferm aktar diffiċli li wieħed imur il-bank b'eluf f 'kontanti, dan għaliex isir due diligence strett. Hawn huwa fakkar fil-pompi tal-petrol, li għal snin twal, qabel ma beda l-użu tal-kard, kellhom din l-istess problema. "Il-profitt tagħhom kien jittiekel mill- commission li kienu jiħdulhom il-banek meta kienu jmorru bil-kontanti u l-kumpaniji tal-kards l-istess. Minn hemm jew minn hawn irnexxielna naħdmu mal-kumpaniji kkonċernati u b'hekk il-pompi tal-petrol gawdew minn aktar profitt," żied Abela. 'La qegħdin fl-UE, irridu nattwaw dak li hu prattikat fi ħdanha' "Jew nejja jew maħruqa!" jgħid il-Malti. Hemm min jgħid li Malta saret stat polizjesk imbgħad hemm oħrajn li jgħidu li dan id- due diligence kollu qiegħed isir għax f 'pajjiż ordinarju li jaħdem kif suppost, din hija n-norma. Fuq hekk Abela qal lill-ILLUM li, jekk aħna aċċettajna li nidħlu fl-Unjoni Ewropea (UE), mela "irridu nattwaw dak li hu prattikat fi ħdanha." Sostna li iva, l-awtoritajiet għandhom jaraw li kollox miexi kif suppost u li anke fid-dawl tal-fatt li għaddejna mill-greylisting għandna nkomplu nnaqsu l-użu ta' ħafna kontanti, "għax fejn hemm il-flus kontanti, hemm id- dubju." Abela qal li issa wasal iż-żmien li nimmodernizzaw ruħna u ma nistgħux noqgħodu nżommu lil pajjiżna lura, sempliċement biex ma nkunux bħal pajjiżi Ewropej. "Irridu nirrealizzaw, li d-dinja miexja 'l quddiem u l-mentalità trid tinbidel." Il-Maltin qatt ma joqgħodu lura milli jgħaddu xi kritika 'l hemm jew 'l hawn u sewwa jagħmlu! Fil-fatt meta nisimgħu b'każi ta' negozji jew negozjanti żgħar li nqabdu f 'xi praspura kontra l-liġi ħafna jkunu minn ta' quddiem li jgħidu, "dejjem maż-żgħir jaqbdu u l-kbir jagħmel li jrid." X'jaħseb il-President tal-Kamra tan- Negozji Żgħar u Medji fuq dan? "Il-one-size-fits-all mhijiex sistema tajba. Kemm fuq skala Ewropea kif ukoll f 'Malta," stqarr Abela. Qal li, l-fatt li l-awtoritajiet jagħmlu due diligence fuq kull kumpanija - lil hinn mid- daqs tagħha - u tintuża l-istess riga għal kollha, ma tagħmilx sens. Dan għaliex jemmen li n-negozji ż-żgħar ma humiex attrezzati biżżejjed biex jagħtu l-informazzjoni meħtieġa. Żied jgħid li l-monitoraġġ fuq in-negozji ż-żgħar, hi ħela ta' ħin għas-sidien. "Għal persuna self-employed, kull ħin għad- dispożizzjoni tagħha hu ħin li jrid jaqla' x'jiekol, kemm għall-ħaddiema tiegħu u kemm għalih. Forsi jekk jagħmlu xi domandi ġeneriċi, ma tkunx waqgħet id-dinja iżda li l-bank jagħmel skrutinju lil negozju żgħir daqslikieku hu negozju kbir, żgur li ma jagħmilx sens," qal Abela. Għaldaqstant huwa appella lill-Gvern biex kollox isir bil-qies tiegħu għaliex "iż-żgħir dejjem jaqlagħha." Huwa reġa' enfasizza li mhux ġust li l-awtoritajiet u l-pulizija joqgħodu jfittxu ċ-ċekċik maż-żgħir u min-naħa l-oħra jkollok kumpaniji akbar li jaraw minn liema "toroq" se jgħaddu. Fuq hekk huwa għamel referenza għal proposta oħra tal-Kamra, dik li ma jkunx hemm awditjar ta' negozji li jagħmlu inqas Għaliex iridu li titneħħa s-sisa u li jitraħsu ċertu taxxi? Malta saret qisha stat polizjesk jew hemm bżonn ta' aktar due diligence? Il-problema tar-riżorsa umana meta se nindirizzawha? X'qed tipproponi għall-Baġit li jmiss? L-ILLUM titkellem mal-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji Paul Abela IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 • illum Il-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji Paul Abela