Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 'Dakinhar tal-elezzjoni qaluli minn Kastilja li se jagħtuni post ... ftit wara bagħtu għalija u tawni żewġt ikmamar nieżla biċċiet' L-Awtorità tad-Djar tisħaq mal-ILLUM li wħud mir-residenzi li tikseb lura jkunu fi stat ħażin għax jitħallew hekk mill-inkwilini jew persuni li jokkupawhom illegalment; Tisħaq li biex tagħti l-postijiet malajr, tagħti għotja lill-inkwilini l-ġodda biex jirranġaw il-post huma YENDRICK CIOFFI "Ma kontx se nivvota. Imma dakinhar tal-elezzjoni ċempluli biex jgħiduli li se jagħtuni post tal-Gvern u mort nivvota ... ġimgħat wara tawni post se jaqa' biċċiet fl-Isla. Ma aċċettajtux. Lanqas annimal ma jgħix fih." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM John Dyer, raġel li ilu għal diversi xhur jgħix fil-karozza għax ma għandux saqaf fuq rasu. Dyer, li aħar aktar minn darba li jiġi minn Wenzu Dyer, wieħed mill-irġiel li nqatel fl-irvellijiet tas- Sette Giugnio, tkellem mal-gazzetta ILLUM dwar l-istorja tiegħu u dak li għadda minnu fl-aħħar xhur u snin meta spiċċa bla saqaf fiss fuq rasu. Wara li ma aċċettax il-post tal- Isla u baqa' jinsisti li jingħata post aħjar, l-awtoritajiet offrewlu post fil-Ħamrun, f 'dik magħrufa bħala l-kerrejja u li fiha, fl-aħħar ġimgħat, instabu għadd ta' persuni jgħixu f 'Malta illegalment. Apparti l-istat diżastruż tal- komun, kif jixhed filmat li għandha f 'idha din il-gazzetta, Dyer ingħata post li wkoll nieżel biċċiet. Il- kmamar huma vojta kompletament, bibien ma jeżistux, twieqi mkissra, madum maqlugħ, ħitan imqaxxra u bozza waħda mdendla f 'kull kamra. Dyer ammetta mal-gazzetta ILLUM li mhux l-ewwel darba li xellef diffrejh mal-ġustizzja. Snin ilu spiċċa l-ħabs għax kien seraq xi karozzi u riċentament instab ħati li seraq minn grocer, anke jekk hu qed jisħaq li kien qed jieħu l-ikel bi ehim ma' wieħed mill-impjegati li kien jaf li ma għandux x'jiekol. L-ILLUM staqsiet lil Dyer jekk jaħdimx u insista li bħalissa ma għandux xogħol. Jaħdem meta jsib lil xi ħadd li jkun jista' jgħinnu imma xogħol fiss ma għandux. Għal xi żmien kien jaħdem ukoll ma' kumpanija tat-trasport bil- vannijiet li llum falliet. "Kien keċċini għax kont irraportajtu għax ma kienx jagħtini l-payslips. Kont ilni disa' snin naħdem miegħu u qatt ma tani payslip waħda. Wara skoprejt li ma kienx qed iħallasli bolla," qal Dyer mal-ILLUM. Dyer insista li għax kien weħel il-ħabs, għadu jbatu sal-lum il- ġurnata u għalhekk li llum isus fuq ibnu għax ma jridx li jispiċċa bħalu. "Kienu jaqtawni mir-reġistru. Ħadd ma jrid jirreġistrani. Fiż- żmien kienu saħansitra jibagħtu n-nies warajja biex jaraw jekk hux naħdem bla ktieb. Mhux l-ewwel darba li kont għamilt dan. Minn xi mkien ridt naqla' lira," insista. Meta kien issepara minn ma' martu, Dyer kien mar joqgħod ma' xi zijiet tiegħu f 'Raħal Ġdid. Dawn kienu jgħixu f 'post tal-Gvern għal madwar 40 sena. Wara li mietu baqa' jgħix hu, sakemm darba rritorna mix-xogħol li kien jaħdem u jsib il-bieb maqful b'katnazz. Minn hemm u minn hawn irranġa, sakemm it wara reġgħu ħadulu dan il-post ħabta u sabta u fi kliemu, minn dak iż-żmien ma ħax ruħ. Qal li qalulu li ma kellux dritt jirranġa l-post, xi ħaġa li hu kien qiegħed jagħmel biex isebbħu. "Ilu erbatax-il sena. Daqshekk ilni bla saqaf fuq rasi. Daqqa nsib xi guesthouse u daqqa għand xi ħabib. Dawn l-aħħar ħames xhur għext f 'karozza." Qal mal-ILLUM li tul dawn is-snin kollha, it kienu dawk li għenuh u dan minkejja diversi talbiet li għamel. Insista li talab l-għajnuna u kiteb anke lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat imma dan qatt ma rrispondih. Reġa' talab l-għajnuna tal- Prim Ministru Robert Abela meta ġie elett fl-2020 u kienu bagħtu għalih Kastilja. Kien iltaqa' ma' uffiċjal u spjegalu l-istorja tiegħu. Ma sema xejn, sakemm waslet l-elezzjoni ġenerali. Kien hawn li Dyer insista li ma kienx se jivvota, sakemm ċemplulu dakinhar tal-elezzjoni stess minn Kastilja u qalulu li se jagħtuh post. Madanakollu, sal-lum, Dyer għadu mingħajr saqaf fuq rasu, għax fi kliemu, iż-żewġ proprjetajiet li kien offrut "lanqas għall-annimali ma huma tajbin." Mistoqsi jekk hux jaħdem, Dyer qal li bħalissa ma għandux xogħol u qed jgħix biss b'pensjoni ta' €365 fix-xahar. Iben Dyer, Ryan, qal mal-ILLUM li jieħu ħsieb kollox hu fejn jidħol missieru, anke jekk hu jgħix ma' ommu. Jieħu ħsieb jibgħat l-emails fejn ikun hemm bżonn u jirsisti biex missieru jsib saqaf fuq rasu. "Naħseb f 'ħanut tal-pastizzi minn Ħadd sa Ħadd biex mill-it li naqla' ngħin ukoll lill-missieri. Jien ma ridtux jaċċetta. Mhux se nħallih jgħix f 'dawn il-postijiet," qal Ryan. Intant dwar dawn il-proprjetajiet, il- gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay li spjega kif ħafna drabi, meta l-Awtorità tikseb lura l-pussess ta' residenza wara l-mewt tal-inkwilin jew inkella żgumbrament, ikun hemm il- bżonn li l-post jiġi rranġat qabel ma jkun jista' jerġa' jintuża. Qal li xi drabi, wħud mir- residenzi jitħallew f 'kundizzjonijiet ħżiena minn okkupanti jew inkella inkwili preċedenti jew għax kienu użati mingħajr titlu, jiġifieri bla permess, jew possibbilment jkun hemm persuni bi sfida ta' saħħa mentali jew każijiet soċjali oħra. Kompla jispjega kif fid-dawl tal-fatt li hemm lista ta' stennija għal akkomodazzjoni soċjali, f 'dawn il-każijiet l-Awtorità tagħmel l-almu tagħha biex tfassal disinn biex il-propretà, anke jekk żgħira, tkun tista' tkompli tintuża bħala residenza f 'disinn partikolari. "Hija prassi ta' l-Awtorità li wara li twettaq ix-xogħlijiet strutturali meħtiega u jitneħħa kull periklu, minflok ma tkompli bix-xogħol tal-finishes direttament hi, talloka r-residenzi immedjatament u tagħti għotja lill-inkwilini sabiex iwettqu x-xogħol meħtieġ huma. B'hekk ir- residenzi jingħataw iżjed malajr, jiġi evitat kull abbuż partikularment li jidħlu persuni bla titlu, u fl-istess waqt l-inkwilini jkunu jistgħu jirranġaw ir-residenzi skond il- bżonnijiet u gosti tagħhom," spjega McKay. Irrikonoxxa li l-għotja biex ix-xogħlijiet ikunu koperti kollha, tammonta għal eluf ta' ewro. Tant hu hekk li n-nefqa rikorrenti tal-Awtorità, fuq dawn it-tip ta' xogħlijiet, jammontaw għal medja ta' €621,000 fis-sena. Il-maġġoranza jkunu ħlasijiet li jsiru lill-inkwilini biex iwettqu x-xogħlijiet. 'L-Awtorità tagħti l-flus lill-inkwilini biex jirranġaw il-post huma ... hekk post jingħata iżjed malajr' Leonid McKay Il-Proprjetà mogħtija lil Dyer fil-Ħamrun. Aktar ritratti u filmati fuq illum. com.mt Il-Proprjetà mogħtija lil Dyer fl-Isla. Aktar ritratti fuq illum.com.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022