Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 Pink October IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 • illum 'Ftit snin ilu l-priorità kienet li n-nisa jfiqu mill-kanċer. Illum storja differenti, irridu li jgħixu ħajja kuntenta' Il-ġimgħa l-oħra l-gazzetta ILLUM tkellmet fuq il-kanċer tal-għonq tal-utru u din il-ġimgħa fuq il-kanċer tal-ovarji. Din il-gazzetta reġgħet tkellmet mal- Professur Jean Calleja-Agius fuq kif pazjenti bil-kanċer jistgħu jippreservaw il-fertilità u kif hi, bħala għalliema, tipprepara lill-professjonisti mediċi biex jagħtu l-aħbar li sabu kanċer ANTHEA CACHIA Ta' kull sena, 9.2 miljun mara fid-dinja jirriżultalha kanċer ġinekoloġiku rari. 70% minn dawn, huma nisa ta' età żgħira fi ur ħajjithom b'uħud minnhom għadhom lanqas biss għalqu 11- il sena, jiġifieri l-età li fiha tifla tibda tiżviluppa f 'mara. "Sa' it snin ilu l-priorità fil- qasam mediku kien li mara marida bil-kanċer tfiq. Illum storja differenti, aħna irridu li dawn jgħixu ħajja kuntenta u li wara l-fejqan jgħixu ħajja ordinarja, inkluż li jkollhom id- dritt li jirriproduċu u jkollhom familja," saħqet il-Professur Jean Calleja-Agius. Calleja-Agius għal darb'oħra tkellmet mal-ILLUM fix-xahar li niżbhuh roża biex infakkru t-tipi differenti ta' kanċer li jolqtu lin- nisa. F'din is-sensiela ta' artikli dwar il-Pink October, il-gazzetta ILLUM se tmiss ukoll ma' dak li jiġri wara li mara tingħata l-kura u tfiq. Qalet ukoll kif hi, bħala Kap tad-Dipartiment tal-Anatomija fi ħdan il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija fl-Università ta' Malta, (UoM) tipprepara lill- professjonisti mediċi biex jagħtu l-aħbar kerha li nstab kanċer. Kanċer fl-ovarji mhux dejjem ifisser infertilità Il-kanċer tal-ovarji huwa diffiċli biex jiġi traċċat fi stadju bikri. Dan hekk kif is- sintomi huma simili ta' ħafna kundizzjonijiet li huma ferm inqas serji u ikkumplikati. Iċ-ċelloli tal-kanċer jikbru malajr u e v e n t w a l m e n t iwasslu biex jikber tumur. Jekk dan ma jinqabadx mal-ewwel jista' jwassal biex i l - kanċer jinfirex f 'partijiet oħra tal- ġisem. Dott. Jean Calleja-Agius spjegat lill-ILLUM li kemm f 'kanċer tal-ovarji u kemm f 'kanċer ġinekologu ieħor (fosthom tal-għonq tal-utru jew kanċer fl-utru nnifsu) ħafna drabi l-kura tagħhom se taffettwa l-fertilità tal-pazjent, kemm jekk din tinvolvi l-kimoterapija kif ukoll jekk ikollha titneħħa l-ova (ovary waħda minn tnejn). Sintendi, tajjeb li niċċaraw li t-tqala permezz ta' terzi persuni (surrogacy) jiġifieri li embrijun ta' koppja jitpoġġa u jitkabbar sakemm isir tarbija f 'ġuf mara oħra, għadu mhux legali f 'Malta u għaldaqstant jekk mara jkollha tneħħi l-utru kollu, din ma jistax ikollha tfal bioloġiċi. Calleja-Agius saħqet li f 'dawk il-każi, iva, ikun hemm pazjenti li jagħżlu li jneħħu l-utru u l-ovarji bħala parti mill- irkupru tagħhom mill-kanċer, speċjalment dawk li għandhom età aktar avvanzata u li l-fertilità tagħhom mhix ta' priorità. Madankollu tisħaq li fil- maġġoranza tal-każi, peress li l-pazjenti jkunu għadhom żgħar hemm alternattivi oħra, fosthom l-iffriżar tal-ovarji u f 'każi ta' kanċer fl-irġiel u l-ġuvintur, l-isperma. Fil-fatt pajjiżna għandu l-ART Clinic, li tagħmel dan kollu possibbli u li tgħin koppji, anke dawk li mhux milquta bil- kanċer, li għandhom problemi ta' fertilità. Fil-każ tan-nisa jew tfajliet li għadhom żgħar, issir 'il-fertility sparing surgery' jiġifieri li ssir operazzjoni biex jitneħħa l-kanċer mingħajr impatt fuq l-organi riproduttivi l-oħra. Madankollu Calleja-Agius għamlet enfasi li mhux kull każ huwa l-istess u jista' jagħti l-każ li l-mara tkun marret tard wisq u li l-professjonisti mediċi jkollhom jipproċedu skont l-urġenza. "Fl-istess waqt, li jaħdem għal waħda, ma jfissirx li se jaħdem u jkun ta' suċċess fuq mara oħra." 'Huwa importanti li nkunu nafu fuq dawn it-tipi ta' kanċer, biex nilqgħu, meta possibbli' Hawn il-Professur Calleja- Agius irrimarkat li minkejja li dan il-kanċer huwa diffiċli biex jiġi traċċat, xorta importanti li dak li jkun jagħmel testijiet mediċi b'mod regolari biex jara li ġismu huwa san. "Is-sintomi tal-kanċer tal- ovarji huma komuni, iżda jekk jippersistu huwa kruċjali li jmorru għand tabib u jagħmlu t-testijiet meħtieġa. Ħafna drabi bħala nisa nitfgħu l-prioritajiet tagħna fl-aħħar tal-lista, speċjalment meta tkun taħdem, ikollok familja u jkollok it- tfal. Iżda l-mara hi l-bastun tal-familja u s-saħħa tagħha hi importanti wkoll," stqarret Calleja-Agius. Apparti minn hekk hija reġgħet fakkret fil-kampanja tal-Pink October u tal- Movember u l-importanza tagħhom. "Fuq kollox, il- prevenzjoni dejjem aħjar mill- kura u jekk jirnexxielna naqbdu l-kanċer mal-ewwel, ikollna aktar ċans li nagħmlu proċeduri biex insalvaw il-fertilità," qalet Calleja-Agius. 'Jiġri x'jiġri, l-ewwel sentenza jibqgħu jiftakru meta tgħidilhom li għandhom kanċer' L-ILLUM ħadet l-opportunità li tistaqsi lil Calleja Agius kif hi, bħala Kap tad-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università, tipprepara lill-professjonisti tal- futur biex jagħtu l-aħbar kerha li persuna għandha l-kanċer. Hija saħqet li kull persuna hija differenti però temmen li l-edukazzjoni, f 'dan ir- rigward, tibda minn esperjenza personali. X'jiġifieri? Hija qajmet il- punt li lill-istudenti tagħha dejjem tisaqsihom, "int kif trid li jgħidulek din l-aħbar? F'każijiet bħal dawn, jiġri x'jiġri, il-pazjenti l-ewwel sentenza li tkun għidtilhom jibqgħu jiftakru." Hija saħqet li t-taħriġ biex il-professjonisti jaffaċċjaw dawn is-sitwazzjonijiet jibqa' jsir b'mod kontinwu. Fil-fatt hija tgħallem ukoll persuni li diġà jaħdmu fis-settur, inkluż infermiera u radjologi. Qalet ukoll li llum il-ġurnata, il-pazjent ma jitħalliex waħdu wara li jingħata l-aħbar, anzi hemm tim multidixxiplinarju magħmul minn infermiera, tobba, kirurgi, radjografi, onkoloġisti u patologi li jiltaqgħu flimkien u jispjegaw lill-pazjent bil-mod, il-mod. "Il-pazjent qatt ma jitħalla waħdu," temmet tgħid Jean Calleja-Agius mal-ILLUM. X'inhuma uħud mis-sintomi tal-kanċer tal-ovarji? • Nefħa taż-żaqq. • Telf fl-aptit tal-ġuħ. • Uġigħ fin-naħa t'isfel taż-żaqq u tad-dahar. • Awrina aktar frekwenti. • Konstipazzjoni. • Tiżdied jew tonqos fil-piż. • U għejja estrema u mingħajr raġuni. Il-Professur Jean Calleja Agius tfakkar lin-nisa biex ma jinjorawx is-sintomi u jagħmlu t-testijiet meħtieġa ta' spiss

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022