Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU SIGURTA' LIKWIDITA' IMGĦAX KULL SITT XHUR (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €200,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €100,000,000) MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa L-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock b'Rata ta' Mgħax Fissa offruti għas- sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €100,000 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż- żewg stocks li qegħdin jiġu offruti jiftħu t-Tnejn, l-10 t'Ottubru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, t- 12 t'Ottubru 2022. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, l-14 t'Ottubru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt mill- Ġimgħa, s- 7 t' Ottubru 2022. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e- mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni. (i) 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta (Is-Sitt Ħruġ) li jimmatura fl-2027, bil-prezz ta' €101.25 b'YTM ta' 3.124% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.149%); u (ii) 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta (Is-Seba' Ħruġ) li jimmatura fl-2032, bil-prezz ta' €100.00 b'YTM ta' 4.000% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 4.040%). ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Mistoqsi fuq il-programm Mill- Kamra jekk l-Oppożizzjoni tivvotax favur jew kontra l-abbozz tal-Gvern fuq il-Midja u l-Libertà tal-Espressjoni, hekk kif imressaq, il-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja qal li "kif inhi bħalissa l-liġi mhix aċċettabbli."Huwa qal li l-liġi mhux aċċettabbli għall- Oppożizzjoni għaliex ma saritx konsultazzjoni u għax l-Oppożizzjoni huwa d-dmir tagħha li tara illi jkun hemm titjib f 'liġi li titressaq, anke jekk ma tkunx taqbel ma' dik il-liġi. L-akbar nuqqas ta' qbil fil- fatt, fuq il-programm kien dwar il-konsultazzjoni għal dawn l-emendi, bil-Ministru Attard jisħaq li l-Gvern wasal għal dawn l-emendi "għax kellna diskussjoni mal-istakeholders, mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia u wara li tħejja l-ewwel abbozz dan tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-konsum pubbliku." Huwa fakkar ukoll li l-Gvern ħatar Kumitat ta' Esperti biex ifassal elenku ta' proposti u li għandu rappreżentanza wiesa' minn fost is- settur tal-midja. Minn naħa tiegħu Aquilina saħaq iżda li l-Ministru huwa "iżolat" meta jgħid illi saret konsultazzjoni, xi ħaġa li Attard ċaħad, u qal ukoll li kienu l-Membri tal-Kumitat stess maħtur mill-Gvern, lista ta' 100 editur, ġurnalist u anke akkademiċi u ittra li l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem Dunja Mijatović bagħtet lill-Prim Ministru Robert Abela - fejn f 'kull każ qed jingħad li ma saritx konsultazzjoni. Issemma' wkoll l-Omnibus Bill - abbozz b'elenku ta' emendi, inkluż dwar il-midja - li ressaq il-PN qabel l-aħħar elezzjoni, bil-Ministru Attard jgħid illi l-PN li qed jitkellem tant fuq konsultazzjoni, fuq dan is- sett ta' emendi ma kkonsulta lil ħadd "u ppreżenta l-abbozz quddiem il- Parlament bħal giljottina." Malajr waslet lura r-risposta illi fil-fatt il- PN qala' ħafna tifħir minn editorjali u ġurnalisti dwar dawn l-abbozzi. Aquilina qal ukoll li l-Gvern mhux talli rreżista milli jagħti informazzjoni lill-ġurnalisti permezz tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Freedom of Information Act), talli f 'xi każi rreżista milli jagħti l-informazzjoni mitluba mill- ġurnalist, fl-interess pubbliku. Il- Ministru Attard iżda ma qabilx u fakkar li l-Gvern huwa miuħ għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, filwaqt li jekk talba għall- informazzjoni ma tkunx milqugħa fakkar illi hemm istituzzjonijiet apposta li xogħolhom huwa li jaraw illi dan isir. Mistoqsi għandux fiduċja fil- Kumitat tal-Esperti li ħatar il- Gvern, Aquilina indika li ma hemmx problema b'dan. Il-Ministru Attard temm jiddeskrivi dawn l-emendi proposti bħala inovattivi u filwaqt illi qal li l-Gvern se jibqa' miuħ għad-diskussjoni u emendi se jara wkoll li l-wegħda tal-Gvern ta' aktar protezzjoni għall-ġurnalist titwettaq. Mill-Kamra jixxandar kull nhar ta' Ġimgħa fid-7:05 p.m. fuq TVMNews+ b'tipetizzjoni kull nhar ta' Sibt fis-2:05 p.m ATTARD U AQUILINA WIĊĊ IMB'WIĊĊ DWAR IL-MIDJA U L-LIBERTÀ TAL-ESPRESSJONI: Il-PN ma jappoġġjax l-abbozz tal-Gvern għax 'bla konsultazzjoni' Il-Ministru Jonathan Attard jgħid ili kien il-PN li fil-fatt ma kkonsulta ma' ħadd meta qabel l-aħħar elezzjoni ressaq Abozz li jitratta l-istess suġġett