Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Nhar is-Sibt li ġej: Ġurnata ta' films u divertiment għat-tfal Id-distributuri lokali tal-films, KRS għandhom il-pjaċir iħabbru edizzjoni oħra ta' Ġurnata ta' Ċinema għat-Tfal. Din se ssir nhar is-Sibt 15 ta' Ottubru 2022. F'dan il-jum fis-swali tal-films f 'Malta u Għawdex il-wiri se jkunu bi prezzijiet imraħħsin mid-9:00am sas-7:00pm. Il-films magħżula għal dan l-avveniment huma: Dragon Ball Super: Super Hero. Film animat bl-avventuri bl- azzjoni. L-istorja hi dwar l-Armata Red Ribbon li kienet distrutta minn Sam Goku. Xi ndividwi li komplew iħaddnu l-ispirtu tagħha kkreaw żewġ androjdi ta' stoffa – Gamma 1 u Gamma 2. Imma dawn iż-żewġ robots jaġixxu ta' supereroj u jibdew jattakkaw lil Piccolo u Gohan. Cert 12A. e Bad Guys. Film animat mimli avventuri komiki. ara ħajja twila ta' serqiet spettakulari, il-kriminali brikkuni Mr. Wolf, Mr. Snake, Mr. Piranha, Mr. Shark u Ms. Tarantula finalment jinqabdu. Biex jevitaw li jkun maqfulin dawn l-annimali brikkuni issa jridu jorgannizzaw l-aktar faċenda diffikultuża tagħhom – li jsiru ċittadini onesti. Taħt it- taħriġ tal-Professur Marmalade, l-għalliem tagħhom, dan il-gang ta' virtujiet dubbjużi jitilqu biex jingannaw lid-dinja li saru tajbin. Cert. PG. Jurassic World: Dominion. Azzjoni u avventuri ġo film tax- xjenza fittizja. L-istorja sseħħ erba' snin wara l-qerda ta' Isla Nublar. Issa d-dinosawru jgħixu u jikkaċċjaw flimkien mal-umani madwar id- dinja kollha. Dan il-bilanċ fraġli se jiddetta kif se jkun il-futur u jiddetermina, darba għal dejjem, jekk l-umani hux se jibqgħu s-superjuri tal-pjaneta li issa qed jaqsmu mal-aktar kreaturi formiddabbli tal-istorja tad-dinja. Sekwenza attraenti ta' dan il-film inħadmet hawn Malta. Cert. 12A. Lightyear. Film ieħor animat b'azzjoni avventuruża. Buzz Lightyear, il-leġġendarju gwardjan tal-ispazju jimbarka fuq avventura intergalaktika flimkien mal-ambizzjużi rekluti Izzi, Mo, Darby u s-sieħeb robot tiegħu, Sox. Kif dan il-grupp ta' karattri diversi se jiffaċċjaw l-akbar missjoni ta' sfida tagħhom, iridu jitgħallmu jaħdmu flimkien bħala għaqda waħda biex jevitaw lill-malinn Zurg u lill-armata fidila lejh ta' robots li dejjem isusu warajhom. Cert. U. Minions: e Rise Of Gru. Film animat b'avventuri umoristiċi. Fis-snin sebgħin, iż-żagħżugħ Gru jipprova jingħaqad ma' grupp ta' superviljakki msejħa Vicious 6 wara li jkeċċu lill- mexxej tagħhom – il-ġellied leġġendarju Wild Knuckles. Meta l-intervista tiddiġenera f 'taħwida, Gru u l-Minions tiegħu jaħarbu bil-Vicious 6 jiġru warajhom. Fortunatament, hu jsib għajnuna mhix mistennija minn Wild Knuckles inniffsu u anki jiskopri li l-ħżiena ukoll ikollhom bżonn xi it għajnuna minn shabhom. Cert. U. or: Love And under. Film tas-supereroj b'azzjoni avventuruża u komika Din id-darba, or se jmur fuq vjaġġ li bħalu qatt ma ffaċċja qabel – tfittxija għall-paċi interna. Iżda l-irtirar tiegħu se jkun interrott minn Gorr, l-alla Butcher, qattiel galaktiku li qed jipprova jeqred lill- allat kollha. Biex jikkumbatti din it-theddida or jikseb l-għajnuna ta' King Valkyrie, Korg u l-ħabiba tiegħu ta' qabel, June Foster li jistagħġeb li kapaċi li timmanuvra l-mazza maġika tiegħu. Flimkien jerħulha fuq vjaġġ perikuluż ta' avventura kosmika biex jitkixxfu l-misterju tal-vendetta ta' God Butcher. Cert. 12A. Lyle Lyle Crocodile. Film animat b'avventuri komiċi. Meta l-familja Primm imorru jgħixu f 'New York City, it-tifel ż-żgħir tagħhom, Josh ma jkunx jista' jaddatta ruħu għall-ħajja fi skola ġdida u lanqas mal-ħbieb. Dan kollu jitbiddel meta jiskopri lil Lyle, kukkdrill li jkanta, li jħobb jieħu banju, il-kavjar u mużika tal- widna. Dawn it-tnejn malajr isiru ħbieb kbar, iżda meta Mr. Grumps, ġar kattiv jhedded l-eżistenza ta' Lyle, ikun hemm bżonn li l-familja Primm jingħaqdu flimkien biex juru lid-dinja li l-għaqda familjari tista' sseħħ minn sorsi mhux mistennija. DC League Of Super Pets. Avventuri u azzjoni ġo film ieħor animat. Krypto is-Super Dog u s-Superman huma ħbieb inseparabbli mill-aqwa li jaqsmu flimkien is-superpoteri tagħhom u li jiġġieldu qrib xulxin f 'Metropolis. Imma meta r-Raġel tal-Azzar u l-kumplament tal-Justice League jkunu maħtufa, Krypto jkollu jikkonvinċi grupp ta' annimali ta' nofs kedda biex jagħmlu kuraġġ u b'poteri ġodda miksuba jmorru fuq missjoni ta' salvataġġ. Cert. PG. Sonic: e Hedgehog 2. Avventuri komiċi mimlija azzjoni. Wara li ssetilja fi Green Hills, Sonic huwa ħerqan li juri provi li hu għandu dak li hemm bżonn li jkun eroj tabilhaqq. Il-prova tasal meta Dr. Robotnik jirritorna ma' sieħeb ġdid, Knuckles, fi tfittxija ta' ġawhra ħadra mistika li għandha l-qawwa li teqred ċivilizzazzjonijiet. Sonic jingħaqad ma' Tails, ħabib tal-qalb, u flimkien imorru fuq vjaġġ madwar il-globu biex ifittxu l-iżmerald qabel jaqa' f 'idejn ħżiena. Wara s-suċċess tal-ewwel film da hu mistenni b'ħerqa kbira. Cert. PG. Tad: e Lost Explorer And e Curse Of e Mummy. Film ieħor animat b'avventuri umoristiċi. Meta Tad mingħajr ħsieb jagħmel ħsara lill-qabar antik tal-ġebel, iseħħ seħer li jpoġġi il-ħajjiet ta' sħabu fil-periklu. Din il-ħaġa tnissel avventura eżileranti li twassal lil Tad u Sara biex jivvjaġġaw fl-irkejjen imbegħda tad-dinja bit-tama li jsibu soluzzjoni kif iwaqqfu dan is- seħer tal-Emerald Tablet. Cert. PG. e Lost City. Film mimli azzjoni u avventuri umoristiċi. Awtriċi rtirata ta' novelli romantiċi waqt dawra mal-mudella tal-qoxra tal-ktieb fuq promozzjoni, jkollha taħrab waqt attentat ta' ħtif li jieħu lilha u lill-mudella f 'avventura ta' perikli f 'ġungla folt. Cert. 12A

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022