Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik l-istess Libra ser ikun il-waqt li int tkompli tittkatar f 'dak li int tixtieq. Bħalissa int qiegħed taħt l-istess żodjaku tiegħek u għalhekk għandek taħtaf din l-opportunita' sabiex dak li hemm meħtieġ jitwettaq żgur ser ikun ikabbar l-istabbilta' tiegħek f 'dan il- mument. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Libra huma l-kannella u l-oranġjo. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 , 12 u 13. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Scropio ser ikun il-waqt sabiex meta fi żmien ħmistax oħra int ser tkun taħt listess żodjaku tiegħek tkun imħejji tajjeb sabiex tgħaraf liema huma dawk il-miri prinċipali li verament tkun ser twettaq. Għalhekk għalissa kompli wettaq analiżi profonda sabiex tkun imħejji tajjeb. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Scorpio huma vjola u l-isfar. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 10 , 14 u 15. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Sagittarius ser ikun il-waqt li twettaq pawża żgħira sabiex minn dak li hemm imdawwar madwarek tkun tista' tgħaraf aħjar eżattament int xi trid. Din il- pawża hija meħtieġa anke sabiex tnaqqas il-pressjoni li hemm iddur madwarek. Issa int wasalt biex tgħaraf x'inhu l-aħjar għalik. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Sagittarius huma l-abjad u l-blu. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 , 13 u 14. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Capricorn ser ikun il-waqt li tanaliza aħjar il- finanzi tiegħek. Għalkemm mhux qiegħed f 'xi pożizjoni finanzjarja ħazina issa huwa l-waqt li twettaq analiżi ta' fejn qegħdin imorru l-aktar il-finanzi tiegħek sabiex tgħaraf jekk dan l-infieq hux iġustifikat. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Capricorn huma l-blu u r-roża. Id- dati li huma ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 11 , 12 u 15. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Aquarius ser ikun il-waqt li int ma żommx dak li hemm ġewwa fik. Wasal il-waqt li tesprimi dak li tħoss bla ebda biża għax ma tistax tibqa tgħix ħajtek bħal qisek ikkontrollata. Hemm bżonn li tesprimi dak li hemm ġewwa fik b'mod iġustifikat. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Aquarius huma l-aħmar u l-kannella. Id- dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 , 13 u 15. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Pisces ser ikun il-waqt li tgħaraf tikkombina l-passat mal-preżent. Grazzi għal esperjenzi li int esperjenzajt fil-passat int għandek potenzjal biżejjed sabiex kontra kull kurrent int tkompli tavvanza. Għalhekk żomm lilek innifsek b'dik id-determinazzjoni għal dak li int illum qiegħed tesperjenza. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Pisces huma isfar u l-oranġjo. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 10 , 13 u 14. Namaste IL-QAMAR KWINTA FIŻ-ŻODJAKU TA' LIBRA MILL-ĦADD 9 TA' OTTUBRU SAS-SIBT 15 TA' OTTUBRU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Libra għalik Aries ser ikun il- mument li jagħtik dik l-inspirazzjoni sabiex tgħaraf aħjar dak it-twettieq li qiegħed tħoss fejn hemm l-aktar bżonn ta' attenzjoni u b'din l-inspirazzjoni int ser tħossok aktar mimli b'ħeġġa sabiex b'hekk tikseb lura dik il- kunfidenza. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Aries huma l-aħmar u l-isfar. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 , 13 u 15. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Taurus ser ikun dak il-mument li issa taf kif int għandek tilqa' għal dak li hemm riesaq lejk. Dan huwa ż-żmien biex minn din ir-responsabbilta' ġdida li int ser tibda tesperjenza int trid turi l-ħila tiegħek sabiex jaraw fik tmexxija stabbli. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Aries huma. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 10 , 12 u 14. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Gemini ser ikun dak il-waqt li jagħmlek tirrifletti aktar il-madwar profond tiegħek. Fil-preżent int qiegħed tħossok imdawwar b'ħafna idejat u sa ċertu punt anke ċerta deċiżjonijiet. Għalhekk grazzi għal dik l-analiżi profonda ser tkun kapaċi tasal għal dawk il- konklużjonijiet ideali. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Gemini huma l-isfar u l-kannella. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 ,13 u 14. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Cancer ser ikun dak il-waqt li tgħaraf aħjar int x'vera trid minn issa l-quddiem. Issa qiegħed tħossok li l-mewġ li kien qiegħed iħabbat madwarek għadda u għalhekk issa tinsab f 'dik il-pożizzjoni li tista' twettaq aħjar dak li tħoss ġewwa fik. Kuluri idejali fiż- żodjaku ta' Cancer huma l-griż u r-roża. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 10 , 12 u 15. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Leo ser ikun il-waqt li t-telf li kont qiegħed tesperjenza issa ddawru fi tkattir. Minn dak li esperjenzajt int għandek il-kapaċita' li tegħleb u timxi b'aktar ħeġġa u detteminazjoni. Għalhekk emmen iżjed fik innifsek sabiex tkattar lilek innifsek għal aktar stabbilta'. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Leo huma l-isfar u lewn id-deheb. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 11 , 12 u 14. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-qamar kwinta taż- żodjaku ta' Libra għalik Virgo ser ikun il-waqt li tilqa' għal dak it-tibdil li issa hemm bżonn ikun imwettaq. Il-mument ta' riflessjoni issa għadda u għalhekk fuq dak li int ħsibt dwaru issa ibda wettaq it-tibdil meħtieġ sabiex kollox jimxi biss kif finalment tixtieq int. Kuluri idejali fiż-żodjaku ta' Virgo huma blu u isfar. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 10 , 13 u 15 Namaste FATTI INTERSSANTI U ĠRAJJIET DWAR LIBRA Fatti nteressanti u ġrajjiet li ġraw waqt iż- żodjaku ta' Libra , int li tagħmel parti minn dan is- seba' żodjaku ta' Libra ser ikollok l-opportunita' tkun taf kemm għandek żodjaku nteressanti. Il-Librani kapaċi joffrilek bilanċ komplut fil-ħajja kompluta ta' madwarek ,huma persuni ta' komunikazzjoni tajba u bla ma trid tinġibed ħafna lejhom. Kapaċi jagħtuk idejat ta' kif tqassam id- dehra ta' darek jew kif l-aħjar li tilbes jew tippreżenta ruħek ,magħrufin nies ta' kapaċita', ħila u għerf mhux ta' b'xejn issib ħafna miż-żodjaku ta' Libra fil-qasam tax- xjenza, għalliema, avukati fost oħrajn. Huma persuni mimlija enerġija u bħal qisu li l-għija ma tagħmilx bihom u jħobbu janalizaw b'reqqa kbira dak li ser ikunu sejrin iwettqu, u jagħmlu dan wara li jwettqu dik ir-riċerka ddettaljata. Nagħddu għal uħud mill ġrajjiet interessanti li ġraw waqt iż-żodjaku ta' Libra: Fit-23 ta' Settembru 1991 l-Armenia tiddikjara l-indipendenza tagħha mill ex Unjoni Sovejtika. Fis-27 ta' Settembru 1995 il-kabinett ta' Israel jagħti kontroll ta' l-artijiet lil Palestinjani fil-West Bank li kien ilu jokkupa għal tmienja u għoxrin sena. Fl 1 ta' Ottubru 1949 iċ-Ċina issir Repubblika taħt it-tmexxija ta' Mao Zedong. Fl-4 ta' Ottubru 1830 il-Belgium jieħu l-indipendenza minn Netherlands. Fis-7 ta' Ottubru 1985 Terroristi jaħtfu l-vapur Taljan Achille Lauro b'aktar minn erba' mitt ruħ għal ħelsien ta' ħamsin priġunier Palestinjan minn taħt il-ħakma Iżraelita. Fit-13 ta' Ottubru 1884 ġie stabbilit il-ħin u niversali magħruf aħjar bħala l-Greenwich. Tista' wkoll taqra l-aħħar publikazzjoni tiegħi, The 2022-2023 Horoscope fejn issib bosta tagħrif dwar iż-żodjaku tiegħek u l-kumplament taż-żodjaki l-oħra waqt li tista' tibgħat sms ukoll fuq 79495804/99013600 jew iż-żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022