Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 finanzi IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 • illum Gordon Cordina huwa ċ-Chairman tal-BOV u Kenneth Farrugia huwa ċ-Chief Executive Officer Designate Gordon Cordina u Kenneth Farrugia Iż-żieda fir-rati tal-imgħax: X'se tfisser għal xogħolna I ż-żieda fil-prezzijiet tal-en- erġija u tal-prodotti tal-ikel ikkawżata mill-kunflitt fl-Ukrajna wasslet lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex jgħolli r-rati tal-imgħax tiegħu b'1.25% f 'perjodu ta' it ġimgħat. Il-BĊE iddikjara wkoll li, "ibbażat fuq il-valutazzjoni attwali tiegħu, matul id-diversi laqgħat li jmiss, il-Kunsill Governattiv jistenna li jgħolli aktar ir-rati tal-imgħax". Fid-dinja finanzjarja, dan kien xokk qawwi ħafna, wara perjodu ta' għaxar snin li matulu l-banek setgħu jissellfu flus mill-BĊE mingħajr ebda imgħax, għalkemm ta' min wieħed jirrimarka li matul l-istess perjodu l-istess banek kellhom iħallsu l-imgħax biex jiddepożitaw il-fondi żejda tagħhom. Mhux ta' b'xejn li matul l-istess perjodu, ir-rati tal-imgħax għas-self bankarju u d-depożiti f 'Malta niżlu għall-inqas livelli li qatt kienu. Kif kien il-każ meta r-rati tal-imgħax kienu qed jonqsu, iż-żidiet fir-rati tal-imgħax imħabbra mill-BĊE ma jissarrfux awtomatikament f 'bidliet ekwivalenti u immedjati għar-rati mitluba mill-banek lill-klijenti tagħhom li jisselfu, jew fuq ir-rati offruti fuq id- depożiti. S'issa u għall-futur qrib, il-Bank of Valletta mhux qed iħoss il-ħtieġa li jaġġusta r-rati tal-imgħax tiegħu, u dan għaliex huwa ffinanzjat minn likwidità b'saħħitha, sostnuta minn depożiti kemm personali kif ukoll tan-negozji, li ma thallix lill-Bank dipendenti fuq il- finanzjament mill-BĊE. Iktar iva milli le, il-BĊE se jkompli izomm r-rati tal-imgħax għoljin sakemm l-inflazzjoni tal-prezzijiet tonqos lejn il-mira tiegħu ta' 2%. Għaldaqstant, fuq medda itwal ta' żmien, jista' jkun hemm il-ħtieġa lir-rati tal-imgħax f 'Malta jiżdiedu, u dan peress li l-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji domestiċi ma jistgħux jibqgħu iżolati minn bidliet permanenti fiż-żona tal- Ewro għal zmien indefinit. Jekk din il-previżjoni sseħħ fir- realtà, dan ikun ritorn għal livelli aktar normali ta' rati ta' imgħax wara perjodu ta' għaxar snin li matulhom kien hemm rati aktar baxxi min-norma. Din hija xi ħaġa li kienet mistennija. Madankollu, li ma kienx mistenni kien il-ħeffa li permezz tagħha il-BĊE qed iżid ir-rati tal-imgħax tiegħu fis- sitwazzjoni attwali ta' inflazzjoni straordinarja, u li diġà qed iħalli impatti fuq ir-rati tal-imgħax bankarji f 'pajjiżi oħra taż-żona tal-Ewro. Il-pożizzjoni prudenti ġeneralment adottata mill-banek lokali fis-self tagħhom matul is-snin li għaddew għandha tiżgura li l-klijenti jkunu jistgħu jlaħħqu mal-obbligi tagħhom biex ihallsu lura s-self. Dan serva tajjeb lill-pajjiż fil-kuntest tal- isfida reċenti tal-COVID li ħolqot theddida għas-sostenibbiltà ta' ħafna intrapriżi kummerċjali. Il-banek f 'Malta wkoll jagħtu attenzjoni kbira biex meta jagħtu self, jaraw li l-klijenti taghhom ikunu jistghu iħallsu lura anke f 'sitwazzjoni ta' rati ta' imghax iktar gholjin. Madankollu, huwa importanti wkoll li jiġi kkunsidrat li rati ogħla ta' imgħax fuq self ikollhom konsegwenzi mhux mixtieqa fuq l-ispejjeż tan-negozju u fuq il-purchasing power tal-familji, f 'sitwazzjoni fejn inflazzjoni ferm oghla mis-soltu qieghda thalli l-impatti taghha. . Il-Bank of Valletta se jkompli isegwi mill-qrib l-iżviluppi fir-rati tal-BĊE, kif ukoll l-azzjonijiet tal-banek ewlenin l-oħra f 'Malta, bil-għan li jinstab bilanċ tajjeb fost il-partijiet konċernati, kemm id-depożitanti kif ukoll dawk li jissellfu, meta jiġi biex jistabbilixxi l-istruttura tar-rati tal-imgħax tiegħu. Il-pożizzjoni ta' likwidità b'saħħitha li qiegħda tiffinanzja lill-Bank se tgħin biex kwalunkwe bidla futura fir-rati tal-imgħax tkun immaniġġjata tajjeb, b'mod gradwali, u sa fejn huwa possibbli, mingħajr sorpriżi. Il-pożizzjoni prudenti ġeneralment adottata mill-banek lokali fis-self tagħhom matul is-snin li għaddew għandha tiżgura li l-klijenti jkunu jistgħu jlaħħqu mal- obbligi tagħhom biex ihallsu lura s-self

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022