Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

sondaġġ 03 illum • IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 marru l-Università u dawk li jgħixu fit- jaqblu li jinħoloq partit ġdid apatija, b'din tkun ħafna aktar aċċetwata fost il-votanti Nazzjonalisti u fiż- żoni tal-pajjiż li tradizzjonalment jivvotaw aktar lill-PN, fosthom it- Tramuntana tal-pajjiż li jinkludi l-Mosta, in-Naxxar, l-Imġarr, Għargħur u San Pawl il-Baħar. Fil-fatt fost dawk li qalu illi kieku ssir elezzjoni llum jivvotaw lill- Partit Nazzjonalista kienu b'kollox 58.7% li wieġbu illi hemm bżonn ta' partit ġdid fil-pajjiż. Dan huwa kważi sitta minn kull 10 votanti. Minn naħa l-oħra 41.3% wieġbu fin-negattiv u allura ma jarawx dan il-bżonn. Is-sitwazzjoni tinqaleb kważi rasha 'l isfel fil-każ tal-Partit Laburista li jindika illi minkejja li l-partit riesaq lejn l-10 sena tiegħu fil-Gvern, xorta jibqa' jkollu appoġġ iktar leali u kumpatt. Fil-fatt 67.8% ta' dawk li jivvutaw lill-PL kieku ssir elezzjoni qalu li ma jarawx il-bżonn ta' partit ġdid. Dan anke jekk minoranza notevoli li tlaħħaq kważi terz (31.7%) qalu illi jemmnu li pajjiżna għandu bżonn partit ġdid fix-xena politika lokali. Is-sitwazzjoni hija ħafna aktar ta' tħassib għall-Partit Nazzjonalista jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il- persentaġġi f 'dak li jirrigwarda kif in-nies ivvutaw fl-elezzjoni ta' Marzu li għadda. Fil-fatt minn dawk il- parteċipanti li qalu illi vvutaw lill- Partit Nazzjonalista iktar kmieni din is-sena, kienu b'kollox 68.8% li qalu illi jaqblu li jinħoloq partit ġdid, b'30.1% iwieġbu fin-negattiv. Intant fost il-votanti Laburisti - mill-ġdid - il-ħeġġa għal partit ġdid kienet bil-wisq inqas hekk kif huma 38.5% li qalu illi jemmnu li wasal iż-żmien li jinħoloq partit ġdid u 61% li wieġbu fin-negattiv. Dan kollu jfisser illi minkejja li l-PN għandu problema kbira ta' apatija fi ħdan l-għeruq tiegħu - kif fil-fatt jikkonferma sondaġġ li kien ippubblikat fuq il- gazzetta oħt Maltatoday, illum il-Ħadd - fuq in-naħa l-oħra mhux kollox ward u żahar. Minoranza ta' madwar terz t a l - v o t a n t i Laburisti qed iħarsu lejn il- bżonn ta' għażliet politiċi ġodda wkol! "Tas-south" l-aktar li ma jarawx bżonn ta' partit ġdid fil- pajjiż, imma n-naħa ta' fuq... Id-differenza hija waħda ġeografika wkoll, bin-nofsinhar tal-pajjiż (South Eastern) - li jinkludi rħula bħaż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Birżebbuġa, Marsaxlokk, iż-Żurrieq, Ħal Kirkop u Wied il- Għajn, fost oħrajn - ikun l-inqas li jara l-ħtieġa ta' partit ġdid f 'Malta. Għalkemm xorta kienu 47.3% li jaqblu illi jinħoloq partit ġdid, maġġoranza assoluta ta' 56.3% qalu illi ma jarawx dan il- bżonn. Din iż-żona tal-pajjiż hija karatterizzata minn lokalitajiet li kollha għandhom maġġoranzi laburisti komdi. Fuq in-naħa l-oħra tal-pajjiż, it-Tramuntana u Għawdex huma l-aktar li jemmnu illi hemm bżonn partit ġdid. B'66% in-naħa ta' fuq tal-pajjiż b'lokalitajiet fit-12-il distrett - distrett li dejjem baqa' jkollu maġġoranzi nazzjonalisti, anke jekk kienu ħafna iżgħar fl- aħħar snin - huwa l-aktar żona fejn votanti jemmnu li hemm bżonn partit ġdid. Għawdex isegwih b'59%. Maġġoranza qawwija taż- żgħażagħ u dawk li marru l-Università jridu partit ġdid U finalment, u forsi mhux b'sorpriża l-akbar apatija fil- partiti politiċi tidher illi tinsab fost iż-żgħażagħ fejn maġġoranza qawwija ħafna jħossu li wasal iż-żmien ta' partit politiku ġdid. Kienu b'kollox 68.8% tal- parteċipanti li għandhom bejn 16 u 35 sena li qalu illi jaqblu, filwaqt li 30.4% qalu li ma jaqblux. Jekk inħarsu lejn kif wieġbu dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena insibu li maġġoranza ta' 53.5% ma jaqblux li jkun hawn partit ġdid, persentaġġ li jinżel għal 50.7% għal dawk 'l fuq minn 65 sena. Jekk taqsam il-parteċipanti skont il-livell edukattiv tagħhom, jirriżulta illi dawk b'edukazzjoni terzjarja huma l-aktar li jemmnu fil-ħtieġa ta' partit ġdid, b'xejn inqas minn 70% jaqblu ma' dan u 29.2% biss li ma jaqblux. 59.5% ta' dawk li għandhom livell post- sekondarju jaqblu ma' partit ġdid filwaqt li 36.7% ma jaqblux. L-aktar li ma jaqblux ma' partit ġdid huma dawk li għandhom livell edukattiv primarju, b'55% jwieġbu 'le' u 45% iwieġbu 'iva'. Metodoloġija Dan is-sondaġġ sar bejn nhar it-Tlieta 13 ta' Settembru 2022 u l-Ġimgħa 30 ta' Settembru u kien jinvolvi 647 parteċipant. Il-mod kif intgħażlu l-parteċipanti - skont ir-reġjun, l-età u l-ġeneru - huma rappreżentattivi tad-demografika Maltija. Il-marġinu ta' żball huwa ta' -/+ 4.2% b'95% Confidence Interval. Taħseb li għandu jkun hawn partit ġdid f'Malta?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022