Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 • illum B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fid-29 ta' Lulju, 2022, Rikors numru 1461/2022, minn Martin Cassar fejn talab li tiġi ddikjarata miuħa favur Martin Cassar, Vincenza sive Sina Cassar u Emanuel Cassar ulied id-decujus fi kwoti ndaqs bejniethom is-suċċessjoni ta' Teresa Cassar, armla ta' Carmelo Cassar, bint il-mejtin Giuseppe Borg u Grazia Borg nèe Caruana, imwielda Birkirkara, Malta, kienet residenti Birkirkara, Malta, u mietet l-Imsida, Malta, fil-11 ta' Jannar, 2022, ta' 82 sena, u li kellha karta tal-identità bin-numru 383539M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 9 ta' Settembru, 2022 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil-Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fis-16 ta' Awwissu, 2022, Rikors numru 1612/2022, minn Maria Carmela Micallef fejn talbet li tiġi ddikjarata miuħa favur Maria Carmela Micallef, mart id- decujus fi kwota ta' kwart (1/4) indiviż u favur Anthea Micallef u Martha Micallef ulied id-decujus fi kwota ta' tliet kwarti (3/4) indiviż bejniethom is-suċċessjoni ta' Anton Micallef, żewġ Maria Carmela Micallef, bin Dominic Micallef u Jane Micallef née Dalli, imwieled l-Imtarfa, Malta, kien residenti l-Ħamrun, Malta, u miet l-Imsida, Malta, fid-19 ta' Jannar, 2022, ta' 47 sena, u li kellu karta tal-identità bin-numru 382974M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 23 ta' Settembru, 2022 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali "Sakemm jibqa' mqar feles ta' metru kwadru ta' raba' li nistgħu nsalvaw, nibqgħu għaddejjin b'din il-ġlieda favur il-ħarsien tar-raba' u kontra l-iżvilupp tal-art bla rażan." Dan qalu Carmel Cacopardo Chairperson ta' ADPD – e Green Party huwa u jitkellem f 'konferenza tal-aħbarijiet fl-Iklin fejn biċċa art oħra, bħalissa raba', se tingħata għall-iżvilupp. "Qisna m'għandniex biżżejjed art żviluppata diġà," irrimarka Cacopardo. Waqt din il-konferenza huwa appella sabiex Deputati jressqu mozzjoni li twaqqa' l-bidliet fil-konfini tal-iżvilupp li kienu saru fl-2006. Huwa qal li l-Parlament għadu fil-ħin biex isalva biċċa mdaqqsa miż-żewġ miljun metru kwadru li l-Gvern Nazzjonalista ta għall-iżvilupp fl-2006. "Huwa ta' xejn li l-partiti fil-Parlament jgħidulna kemm għandhom għal qalbhom l-ispazji miuħa meta t-tnejn li huma qed jirriutaw li jħassru b'mod immedjat il- pjan ta' razzjonalizazzjoni tal-2006." Cacopardo sostna li meta saru l-pjani lokali dawn ma sarux sew u li l-impatt kumulattiv tal-iżvilupp propost qatt ma ġie analizzat. "Il-ħtieġa li jkunu soġġetti għal revizjoni hi waħda urġenti. Nistiednu lill-Membri Parlamentari, jekk vera għandhom għal qalbhom il-kwalità tal-ħajja tan-nies, jekk vera jemmnu li għandhom isalvaw il-ftit li għad baqa', jekk iridu verament jipproteġu lill-bdiewa, u jekk verament iridu jipproteġu l-ispazji miftuħa biex jippreżentaw mozzjoni fil-Parlament biex jiġu reveduti l-pjani lokali u biex il-pjan ta' razzjonalizzazzjoni tal-2006 jitħassar," appella Carmel Cacopardo. Huwa kompla jfakkar li kemm il-Prim Ministru Robert Abela, kif ukoll il-Kap tal-PN Bernard Grech it-tnejn iddikjaraw li mhux se jnaqqsu ż-żoni tal-iżvilupp. "Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il- Partit Nazzjonalista huma ħaġa waħda fejn tidħol l-protezzjoni tal-ispekulaturi: It-tnejn jappoġġjaw il-qerda tal-art u tal- kwalità tal-ħajja fuq l-artal li jigglorifika l-ispekulazzjoni tal-art. Il-bdiewa dejjem jispiċċaw ilaqqtuha – hemm min hemm fil-Gvern." Intant Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali tal-ADPD – e Green Party fakkar kif tul dawn l-aħħar 16-il sena, mill- bidunett ta' dan l-isfreġju, ADPD żar diversi postijiet fejn qed isseħħ il-qerda minħabba l-iskema ta' razzjonalizzazzjoni. "Dorna Malta, mis-Swieqi, sa Birżebbuġa, Marsaxlokk, Marsaskala, il-Mosta, Ħ'Attard, u dan l-aħħar Santa Luċija, fost postijiet oħra. Illum erġajna qegħdin l-Iklin. F'dan il-post, ir-razzjonalizazzjoni se tfisser il-qerda ta' art ta' madwar 5,000 metru kwadru." Cassar saħaq li filwaqt illi l-Gvern jitkellem daqslikieku jrid jipproteġi lill- bdiewa, fl-istess ħin jirrifjuta li jbiddel u jnaqqas iż-żoni tal-iżvilupp biex isalva art agrikola. "Hawn ukoll, għax l-iżviluppatur m'għandux biċċa art kbira kif jixtieq, dan qed jitlob lill-Awtorità tal- Ippjanar biex parti mit-triq tkun fuq żona li attwalment għadha ODZ – jiġifieri qed tintalab iktar art milli diġà ittieħdet bir-razzjonalizzazzjoni. Saħansitra dan l-iżvilupp jista' jkun ta' periklu billi jista' jkun eqreb għal kamra tan-nar fl-inħawi mill-minimu permess bil-liġi," kompla jgħid Cassar. "Dawn dejjem iridu iktar aktar. Il- partiti fil-Parlament min-naħa tagħhom bil-paroli jitkellmu dwar il-kwalità tal- ħajja imma bil-fatti jagħmlu bil-maqlub," temm jgħid Ralph Cassar. Minn naħa tiegħu Cacopardo temm jgħid li dan li qed naraw illum huwa "assalt kontinwu biex art agrikola tingħata għall- iżvilupp". Huwa qal li minkejja il-kliem sabiħ li naraw fil-White Paper intitolata Riforma fil-Qasam tar-Raba' li ħarġet din il- ġimgħa, xorta qed ikomplu jingħataw permessi bħal dawn li bihom żoni sħaħ li sal-2006 kienu meqjusa mhux għall- iżvilupp jingħataw għall-bini. 'Għalxejn il-PN u l-PL jitkellmu fuq l-ispazji miftuħa jekk ma jħassrux it-tibdil fil-konfini tal-iżvilupp tal-2006' Il-Korp tal-Pulizija issospenda tliet kuntistabbli, fid-dawl li qed ikunu investigati b'rabta ma' al- legazzjonijiet li naqsu gravament fil-qadi ta' dmirijiethom, fosthom bl-użu ta' vjolenza mhux meħtie- ga fil-konfront ta' persuni, ħabbar il-Korp tal-Pulizija it tal-ħin ilu. Minnufih skattat investigazz- joni mill-Korp u qed titmexxa inkjesta maġisterjali mill-Maġis- trat Dr Elaine Mercieca. Filwaqt li l-każ qed ikun investigat, il-Korp fakkar li ma jittollera ebda epi- sodji simili mill-membri tiegħu, "li fil-maġġoranza tagħhom iwet- tqu dmirhom b'serjetà u lealtà lejn is-soċjetà u lejn il-Korp innifsu." Tliet membri tal-Korp tal-Pulizija sospiżi wara akkużi ta' vjolenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022