Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354
illum • IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 LEAVE GĦALL-PATERNITÀ Permezz tal-liġijiet li-ġodda, il-missirijiet jew it-tieni ġenitur ekwivalenti, se jkunu intitolati għal għaxart ijiem imħallsa b'mod sħiħ, mingħajr ebda telf ta' paga. Dan id-dritt jgħodd ukoll f'każ ta' adozzjoni tal-wild, u japplika irrispettivament għall-istat ċivili tal-koppja jew l-istat tal-familja tal-ħaddiem. Fil-każ ta' koppji LGBTIQ, dan id-dritt jiġi amalgamat mal-leave tal-maternità, fejn iż-żewġ livijiet jingħaddu flimkien, u dak il-leave umbagħad jinqasam bejn iż-żewġ ġenituri. DRITT GĦAL ARRANĠAMENT TA' XOGĦOL FLESSIBBLI Il-ġenituri li jaħdmu, issa għandhom d-dritt li sakemm it-tfal jaslu sal-età ta' tmien snin, ikunu jistgħu li jitolbu arranġamenti ta' xogħol flessibbli għal finijiet ta' indukrar. Dan ifisser, li l-Gvern ser ikompli jinkoraġġixxi l-flessibilta' għall-ħaddiema biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, u dik personali LEAVE GĦALL-ĠENITURI Permezz tal-liġijiet li-ġodda, kull ġenitur issa intitolat għal erba' xhur leave, li xahrejn minnhom ikunu mħallsa u x-xahrejn l-oħra li mhux imħallsa jkunu jistgħu jiġu trasferiti bejn ġenitur u ieħor. Ix-xahrejn imħallsa tal-Leave tal-ġenituri, ikunu jistgħu jittieħdu gradwalment matul l-ewwel tmien snin tat-tarbija sabiex fl-aktar mumenti li jkun hemm bżonn fit-trobbija tal-wild, il-ġenituri jkunu jistgħu jaqsmu dan il-piż flimkien. Il-Gvern Malti qed jestendi dan id-dritt biex jgħodd ukoll għall-foster carers. LEAVE GĦALL-PERSUNI LI JINDUKRAW Il-Ħaddiema kollha issa huma intitolati għal ħamest ijiem leave fis-sena mingħajr ħlas sabiex f'każ ta' bżonn jipprovdu indukrar jew appoġġ personali lill-qarib jew lill-persuna li tgħix fl-istess dar mal-ħaddiem għal raġuni medika. Skont l-avviż legali, hemm l-obbligu li wieħed jippreżenta ċertifikat biex jipprova li dawn il-ġranet ittieħdu għal raġuni valida. facebook.com/djalogusocjaligovmt DRITTIJIET ĠODDA GĦALL-FAMILJI ta' aħjar