Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 9 TA' OTTUBRU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F l-aħħar jiem il-Ministru tal-Finanzi għamel stqarrija pjuttost interes- santi. Huwa qal li r-riċetta ekono- mika tal-aħħar 10 snin - u allura ried jgħid ta' kemm ilu jmexxi l-pajjiż Gvern Laburista - ma tistax taħdem aktar u ma tistax tkun is-soluzzjoni għall-10 snin li ġejjin. Sostna illi jekk il-Gvern li jagħmel parti minnu jibqa' għaddej b'din ir-riċetta ekonomika jkun ifisser li se ndumu aktar fit-traffiku u se jkomplu jinbnew lukandi u akkomodazzjoni turistika li mbagħad ma jimtlewx għaliex ma jkollniex biżżejjed volum ta' turisti. Mela ejja nagħtu ħarsa qasira lejn l-implikazzjoni ta' din l-istqarrija, li dan l-editorjal jixtieq jemfasizza l-fatt li ma saritx mill-Oppożizzjoni jew minn Repubblika jew minn xi ħadd li huwa kontra l-Gvern preżenti. Din l-istqarrija qalha Ministru tal-Gvern, wieħed mill-aktar Ministri importanti u fdati mill-PM Robert Abela u allura mill- Ministru Clyde Caruana li minn hawn u ġimagħtejn oħra narawh jippreżenta l-baġit. L-implikazzjoni hija, li t-tkabbir "tal- aħħar 10 snin" filwaqt li kien reali u filwaqt li minnu gawdew ħafna nies - speċjalment dawk il-ħafna li għandhom negozju żgħir u medju, familji li għandhom proprjetà għall- kiri, dawk li ingħataw benefiċċji ġodda -bħall-In Work Benefit u naturalment anke l-miljunarji u l-ħbieb tal-ħbieb - dan it-tkabbir sar mingħajr pjan. Kieku kien hemm pjan m'aħniex qed "neħlu fit-traffiku għal siegħa" kif qal il-Ministru Clyde Caruana u żgur ma aħniex qed inħarsu lejn il-possibilità li ndumu sagħtejn - mill-ġdid kif qal il-Ministru Caruana. Kieku sar pjan! Kieku sar pjan u kien hemm viżjoni marbuta ma' dan it-tkabbir, kieku mhux qed nibnu lukandi u akkomodazzjoni li nafu illi mhux se timtela' għax biex timtela' irridu ħames miljun turist fis-sena. Mhux hekk? Tajjeb li bejn l-2013 u l-2019 kien hawn il-ġid, tajjeb li kellna rekords fit-turiżmu, tajjeb li l-konsum żdied bil-qawwi, tajjeb li kellna rati baxxi ta' qgħad u rati għoljin ta' nies f 'impjieg. Tajjeb ukoll li l-pajjiż kien qed jagħmel biżżejjed flus biex joħloq benefiċċji ġodda li jinċentivaw lil min jaħdem, mhux lill-għażżien - bħaċ- childcare b'xejn. Tajjeb li sar u nħoloq il-ġid biex il-Gvern seta' jħallas miljuni kbar f 'Wage Supplement. Dan kollu tajjeb u t-tajjeb ma tistax tgħidlu ħażin. Imma kienet ukoll viżjoni ekonomika temporanja. Ta' nagħmlu sold issa, la għada ħadd ma rah. Ta' dak li bl-Ingliż ngħidulu Making hay while the sun shines! Issa jiġi l-Ministru tal-Finanzi tal- istess Gvern u jgħidilna inbiddlu r-riċetta għax inkella t-traffiku se jiggrava, inkella l-iffullar se jikber. Mela għalfejn kabbarna t-toroq? Għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar qed toħroġ permessi ta' bini ta' għexieren ta' appartamenti bl-addoċċ? Għalfejn il-Gvern - bħal dak ta' qablu u ta' qablu - qed jibqa' jinċentiva l-użu tal-karozza privata, billi fost oħrajn għadu jkaxkar fuq il-bżonn ta' trasport tal-massa? Għalfejn - jekk irridu inbiddlu r-riċetta - għad ma għandniex pjan serju u fit-tul ta' fejn irid imur it-turiżmu, kemm irridu turisti u fl-aħħar mill-aħħar kemm jiflaħ turisti pajjiżna? Nafu liema tip ta' turist irridu? U nafu liema tip ta' turist jixtieq jiġi hawn? Jekk irridu nbiddlu r-riċetta għaliex għadna qed nieħdu l-art li suppost hija Barra miż-Żona tal-Iżvilupp (ODZ) biex nibnu xi pixxina, jew biex nibnu razzett li mbagħad ndawruh f 'lukanda? Huwa kollu tajjeb li jkollna l-flus u li l-Gvern ikollu l-mezzi biex iżomm lill- poplu fil-wiċċ. Imma huwa neċessarju wkoll li jkollna pjan għat-tul. Caruana qal li hemm bżonn riċetta ġdida. Ma qalx liema riċetta iżda jrid. Irridu ekonomija iżgħar, bi tkabbir inqas? Irridu ekonomija aktar diversiata u li tispeċjalizza ħafna aktar f 'attivitajiet sostenibbli? Irridu turiżmu b'inqas massa u b'aktar aċċenn fuq niċeċ partikolari, li jikkaġunaw inqas ħsara? Irridu pajjiż fejn persentaġġ ħafna u ħafna akbar jużaw it-trasport pubbliku u dak tal-massa? Irridu innaqqsu l-kostruzzjoni? Irridu inqas ħaddiema barranin? Irridu nkunu aktar bħal Singapore - biex nużaw l-istess tixbih li uża l-Ministru Caruana? Jew irridu nkunu aktar bħal dawk il-pajjiżi l-aktar magħrufin għad-diżorganizzazzjoni, il-ħmieġ, korruzzjoni, maa, l-iskjavitù modern u aktar? Dawn kollha mistoqsijiet li rridu nistaqsu qabel naħsbu x'riċetta ekonomika rridu li jkollna. U dawn il-mistoqsijiet kollha jeħtieġ ikunu segwiti minn mistoqsija oħra kruċjali: X'qegħdin nagħmlu (jekk qed nagħmlu) biex nilħqu dan il-għan? Issa li l-Ministru tal-Finanzi stess qed jgħid li dak li ħadem fl-aħħar snin, ma jistax jaħdem għas-snin li ġejjin, ma hemmx aktar skużi. Issa huwa l-mument propizju li l-Gvern jibda jfassal pjan serju, ekonomiku, ambjentali u soċjali għal Malta. Inkella, iva, kif qal Clyde Caruana dalwaqt ta' kuljum nibdew indumu sagħtejn biex naslu x-xogħol, l-istess ammont ta' ħin li tieħu biex tmur Ruma! Dalwaqt ma jifdalx roqgħa art li hija ħielsa mill-iżvilupp. Dalwaqt inkunu tant iffullati li l-unika solvjev għal it mistrieħ, paċi, kwiet u natura jkunu ajruplan 'l bogħod - naturalment għal dawk li jifilħu jħallsu! Il-politiċi għandhom l-obbligu li jħallu pajjiż aħjar għal kulħadd, speċjalment għal dawk id-99.99% tan-nies li ma jaffordjawx jixtru xi gżira barra minn Malta mimlija siġar, f 'nofs xmara, biex imorru 'l bogħod mill-kakofonija, l-istorbju u t-trabijiet li ħolqu huma stess! Ir-riċetta trid tinbidel, qalilna l-Ministru...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022