Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384
aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 LEARN TO CHECK BREAST CANCER Numru ta' għaqdiet - fosthom il-Moviment Graffitti - qed jikkollaboraw biex jitolbu li l-liċenzja li biha l-Mediterraneo Park jopera bħala zoo tiġi revokata u biex eventwalment jingħalaq il-Park. "Wara l-aħbar xokkanti tan- negligenza kbira min-naħa tal- park, li swiet il-hajja ta' tliet dniefel, u l-azzjonijiet tal-mistħija tad- Diviżjoni tar-Regolamentazzjoni Veterinarja u Fitosanitarja (VRD), inħossu l-bżonn li nsemmgħu leħinna," sostnew dawn l-għaqdiet. F'konferenza quddiem il-binja tal-VRD l-għaqdiet qalu li ma jistgħux jimu kif il-Gvern kien kuraġġuż biżżejjed biex jipprojbixxi iċ-ċirkli tal-annimali fl-2014, iżda fl-istess waqt baqa' joħroġ l-permess lil Mediterraneo Marine Park "sabiex jopera b'liċenzja ta' zoo." Huma fakkru li l-annimali fil-park huma ttrattati bħal annimali taċ-ċirku "sfurzati biex jagħtu wirjiet għad- divertimenti u għall-qligħ." L-għaqdiet akkużaw lill-VRD li b'mod sfaċċat qed tipprova tgħatti n-negliġenza u "l-illegalitajiet sfaċċati mil-Marine Park" hekk kif fakkru li kien il-park stess li ammetta illi fit-tank tad-dniefel ġew introdotti gerbub taċ-ċomb minn bugħaddas sottokuntrattat, u li proċedura ta' backwash li hi strettament projbita wasslithom biex jidħlu fit-tank. Huma fakkru li l-VRD kien ikkonkluda iżda li l-imwiet kienu "inċident." "Biex tgħaxxaq, l-investigazzjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali ikkonkludiet li l-investigazzjoni ta' malajr u żbaljata tal-VRD stess saret biss wara l-inkjesti tal- Kummissarju u għadd ta' emails mibgħuta, disa' xhur wara l-mewt tad-dniefel," komplew jisħqu. Huma qalu għalhekk li meta wieħed iqis in-negliġenza tal- park u "l-użu oġġezzjonabbli ta' dawn l-annimali maqbuda" is-Segretarju Parlamentari Għad-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said għandha tkun responsabbli u tirrevoka l-liċenzja tal-Mediterraneo Marina Park. "Barra minn hekk, irridu li tieqaf immedjatament l-importazzjoni, it-trobbija u l-isfruttament tad- dniefel li qed jinżammu fi skjavitù u biex jiġu evitati aktar imwiet, abbuż u negliġenza." Huma qalu li minflok il- post għandu jinbidel f 'ċentru ta' riabilitazzjoni għall-ħlejjaq akkwatiċi. "Malta jista' jkollha l-opportunità li toħloq pedament għall-ħarsien tal-annimali tal- baħar, filwaqt li d-dniefel li fadal fil-park għandhom ikollhom l-opportunità li jingħataw post mill-ġdid fi pjuma tal-baħar sabiex jgħixu ħajja aktar naturali u jieqfu jiġu użati u sfruttati għad- divertiment," temmew jgħidu l-għaqdiet. L-għaqdiet huma: Il-Moviment Graffitti, Animal Liberation Malta, Association for Abandoned Animals (AAA), Island Sanctuary, Animal Protectors Malta, Nature Trust Malta, Real Animal Rights Foundation (RAR), Extinction Rebellion Malta, Animal Guardians Malta, CSAF, Dolphin Project, Marine Connection UK, MSPCA, Noah's Ark Sanctuary, Flimkien għal Ambjent Aħjar u BICREF. Il-Mediterraneo Marine Park jgħid li f '25 sena seħħ biss dan l-inċident li jsejjaħlu "traġedja għall-Park" Minn naħa tiegħu l-Marine Park qal li mhux vera li d-dniefel mhumiex trattati tajjeb u li jingħataw l-ikel kollu li jkun hemm bżonn, jingħataw trattament veterinarju mill-aqwa u jfakkar li kwalunke moħqrija hija pprojbita. Il-Park qal ukoll li l-qbid tad-dniefel mis-selvaġġ hija prattika illegali u l-unika mod kif il-park jista' jkollu dniefel huwa billi jgħammarhom jew inkella permezz ta' skambju ma' parks oħrajn ewropej. Kompla jgħid illi l-inċident tas-sena l-oħra ma kienx riżultat ta' trattament ħażin imma "kif ikkonfermat mill-awtoritajiet minħabba inċident." "Wara 25 sena noperaw kellna inċident wieħed, li seħħ hekk kif bugħaddas ikuntrattat uża makkinarju taċ-ċomb biex inaddaf li huwa srettament ipprojbit u b'konsegwenza vvalena l-ilma. Din kienet traġedja kbira għall- park," kompliet tgħid l-istqarrija. "Il-ħidma tagħna waslet biex it-tliet dniefel l-oħrajn salvaw, anke jekk kienu vvalenati wkoll," sostnew, filwaqt li qalu illi l-Park mill-ewwel ikkopera u tejjeb fejn kien hemm bżonn, filwaqt li dejjem żamm mal-obbligi legali tiegħu. "Aħna nimu li hemm ħafna nies li jemmnu li l-annimali għandhom jgħixu f 'dinja fejn bilkemm ikun hemm kuntatt mal-bniedem imma r-realtà hi li l-azzjonijiet tal-bniedem impattaw lin-natura sal-punt li ċerta ibħra miuħin illum huma ta' periklu għad-dniefel." Il-Mediterraneo Marine Park temm jgħid li huwa kommess li jibqa' jqajjem għarfien, jeduka u jipprovdi opportunitajiet ta' riċerka, konservazzjoni u aċċess għal tfal bi żvantaġġi li ma jkunu jistgħu qatt jaraw denfil f 'ħajjithom ħlief fil-park." 'Bugeja Said għandha tirrevoka l-liċenzja tal-park tad-dniefel'