Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-werewolves - films tal-biża' u l-qtajja (2) Fost il-ħafna films dwar il-likantropija li ħarġu, xi wħud fil-preżent akkwistaw il-fama ta' xogħlijiet klassiċi jew kulti. Fost l-aħjar insibu: Werewolf Of London (1935), bl-atturi Henry Hull, Warner Oland u Valerie Hobson. Id-direttur hu Stuart Walker. Dan il-film bikri dwar il-werewolves minkejja li jidher antikwat għadu effettiv. Ix-xjentist Hull iġib fuqu s-saħta tal- likantropija u jitterrorizza Londra bħala qattiel miġnun. The Wolfman (1941) Direttur George Waggner. Jaħdmu Lon Chaney Jr., Evelyn Anker, Claude Rains u Bela Lugosi. Wieħed mill-aqwa films li qatt inħadmu mgħejjun minn kast eċċellenti. Chaney jingidem mill- Lugosi u jkun hu stess li jġorr din is-saħta. Dan il-film reġa' nħadem fl-2010. The Curse Of The Werewolf (1961) Direttur Terence Fisher. Jidhru Clifford Evans, Oliver Reed, u Yvonne Romain (li hi ta' dixxendenza Maltija). Oliver Reed (l-attur li miet hawn Malta meta kien qed jaħdem fi Gladiator) għandu fih demm ta' Lupu u jitħabat ferm biex jikkontrolla dan il-mostru li għandu fl-intern tiegħu. Meta l-maħbuba tiegħu twarrbu, bir-rabja hu jsir raġel/ lupu u jinqatel f 'kampnar b'balla tal-fidda. Maħdum bil-kulur, film tal-Kumpanija Ingliza Hammer Films b'atmosfera ta' tkexkix. An American Werewolf In London (1981) Bl-atturi David Naughton, Jenny Agutter u Griffin Dunne, dirett minn John Landis. Raġel żagħżugħ jingidem minn lupu fix-xagħri Ingliża b'riżultat tal-waħx. Film verament tal-biża' b'fil umoristiku. Rick Baker rebaħ l-Oscar għall- irtokk. Wieħed mill-produzzjonijiet kulti ta' dan il-ġeneru. The Howling (1981) Direttur Joe Dante. Jaħdmu Dee Wallace, Patrick McNee, Dennis Dugan u John Carradine. Mara li tirrapporta l-aħbarijiet fuq it-TV tintbgħat California fejn tinsab kommunita' żgħira kollha werewolves. Film mimli ċajt dwar dawk akkaniti taċ-ċinema, b'irtokk mill-aqwa u fejn wieħed uman jinbidel f 'lupu dirett fi programm tat-TV. The Company Of Wolves (1984) Jidhru Angela Lansbury, David Warner, Stephen Rea u Sarah Patterson bid-direttur ikun Neil Jordan. Xejn ħlief versjoni adulta, b'ambjent morbidu u tal-biża' tal- ħrafa klassika Little Red Riding Hood. L-idea li lupu mhux dak li jidher hija xi it imċajpra u b'hekk dan hu film li mhux għall-gosti ta' kulħadd. Wolf (1994) Taħt id-direttur Mike Nichols jaħdmu Jack Nicholson, Michelle Pfeiffer, James Spader u Christopher Plummer. Ħrafa mmaġinattiva tal-werewolf f 'ambjent modern. Nicholson, bniedem ġentili li jeditja l-kotba jingidem minn annimal waqt li ħajtu tkun għaddejja minn kriżi personali. Is- sensi tiegħu tax-xamm u s-smigħ jitjiebu bil-kbir waqt li f 'kull qamar kwinta jittrasforma ruħu u joqtol. Dog Soldiers (2002) Jaħdmu Sean Pertwee, Kevin McKidd u Emma Cleasby. Direttur Neil Marshall. Skwadra ta' suldati Brittaniċi jintbgħatu ħdejn il- muntanji fl-Iskozja għat-taħriġ. Kien hemm għajdut li jbeżża' fuq dan il-post li huma totalment jinjoraw u anki jsibu l-fdalijiet ta' suldati li ġew qabilhom imbiċċrin. Dawn se jkunu ffaċċjati minn għadu kbir – ċorma werewolves! Xi films oħra dwar il-werewolves huma: e Werewolf (1957), Silver Bullet (1985), Wolfen (1981), Werewolf Woman (1986), I Was A Teenage Werewolf (1957), e Werewolf Of Washington u oħrajn. Ironikament ħarġu wkoll produzzjonijiet dwar dan is- suġġett li kienu parodiji jew li jissatirizzaw, fosthom Abbott And Costello Meet e Werewolf (1948), Teen Wolf (1985), Teen Wolf Too (1987), Dark Shadows (2012) u xi whud oħra. Il-films dwar il-likantropija huma parti ntegrali mill-ġeneru tal-biża' u twerwir u zgur li se jibqgħu jinħadmu. Tmiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022