Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 Mark Vella jaqra l-aħħar xogħol ta' Sergio Grech, riflessjoni personali dwar il-mewt u l-paternità, sforz kuraġġuż ta' ħolqien letterarju mill-ġrajja personali. Grech għandu sempliċità li jaf ixxaqleb lejn in-naïve, fis-sens ta' limitu ta' għodod kulturali u esperjenzjali misnuna biżżejjed biex jagħtu trattament profond lill-fenomenu, imma fl-istess ħin, din-in-naiveté (apparenti jew deliberata, ma nafux bis- sew) tirriproduċi b'fedeltà awtentika u sinċiera għall-aħħar is-sensazzjonijiet bażiċi quddiem dawn l-isfidi, u b'hekk toħroġ b'dokument b'waqtiet ta' qawwa espressiva mhux indifferenti. Bħalma U Tisbaħ Missier... kellimni minkejja li m'għandix tfal, imma bħal kulħadd, jien iben missier, u jekk għandi istint patern, inħaddmu fuq in- neputijiet u l-klieb, Ħallejtna... interpellani wkoll, forsi anki għax l-ewwel kapitlu xrobtu it ġimgħat wara mewt Pluto. Skoprejna li anki lill-klieb tista' tagħtihom il-kimoterapija, imma Malta ma ssirx u ġa konna bdejna nippjanaw maratona ta' vjaġġi. Smajna mhux biss it-tieni opinjoni, imma tnejn oħra, saħansitra minn veterinarja Taljana b'dottorat fil-linfomi. Is- Sur Google ma naqasx milli jgħarrafna, lanqas, u sakemm Pluto kien qiegħed stendut għoddu mejjet b'ġerħa li bdejna naħsbu li aħjar ma għamluhielu xejn u ħallewh jgħix marid bla ma jaf kuntent jiġri u jinbaħ, ħallejna t-tamiet tagħna jħeġġu u jninu xorta waħda ma nafux jekk vallapena tagħtihx il-kedda tat-terapija biex tgawdih, egoistikament, għal perjodu qasir ieħor sakemm xorta jerġa' joħroġlu t-tumur li tkun xejjintlu għal it. Żgur mhux paragun odjuż dak bejn annimal u bniedem, speċjalment meta t-traġitt tal-mard u l-mewt huma identiċi. Bħal fil-każ tan- narrazzjoni ġa mill-ewwel kapitlu, hemm ir-rabja u l-inkredulità, u hemm ukoll l-għadab għall-professuri bl-ittri wara isimhom li jgħidulek li m'hemmx fejqan. Grech jirnexxilu jolqot bil- preċiżjoni l-mumenti li lkoll ngħaddu minnhom fi ġrajjiet bħal dawn, u r-riproduzzjoni fidila, kważi verista, hija waħda li tiskomodak. Huma ħwejjeġ li ilna nisimgħuhom minn ewl id-dinja, anki jekk mhux qed jiġru lilna t-traġedji. Il-kelb għalija kien l-ewwel luttu kbir tiegħi, u jħabbarli l-lutti li għad irrid ngħaddi minnhom; marti, li ommha għaddiet mill-istess triq ta' missier Grech, qaltli li ġewha l-mewġiet tas-sensazzjonijiet kollha li għaddiet minnhom dak iż-żmien. It-talb. L-istennija tal- miraklu. L-inkomprensjoni quddiem il-limiti tax-xjenza. Il- mitt opinjoni li tisma', anki minn min ma jifhmix, jew inkella t-tiftix għall-kura mirakoluża. (Anki aħna waqajna għaliha biż-żjut essenzjali u l-faqqiegħ mediċinali kollha mibżuqa mill- kelb moribond.) Dawn kollha kapaċi jgħarbilhom Grech, filwaqt li jirriproduċi b'fedeltà dak li jinħass u jingħad minna lkoll f 'dawn il-mumenti, u din żgur kwalità u saħħa li se tkompli tressaqlu l-qarrejja. Hemm xi imma? Jista' jkun, bħal fil-każ tal-akritiċità msemmija aktar fuq, iżżiġġ tul il-ktieb li f 'diversi waqtiet ikun biss eżerċizzju nostalġiku dwar familja Maltija tipika tal-ġenerazzjoni tiegħi u ta' Sergio, b'referenzi kulturali li jdoqqulek għal widnejk. Imma kien dan l-iskop? Hemm donnu l-paradoss ta' personalizzazzjoni żejda li filwaqt li għandha appell universali immedjat, tibqa' xorta donnha l-fehma privata, leġittima kemm trid, li xorta waħda ma ttantatx tmur wisq lil hinn. U hawn tidħol is-Sinjorina Callus, figura għaddejja tul in- narrazzjoni kollha, li Grech jużaha b'diversi mod interessanti fir-rwol tagħha ta' għalliema stretta u antipatika li tikkoreġilu l-użu tal-idjomi u l-fantasija lingwistika żejda li seta' kellu bħal tifel. L-idjoma u s-similitudnijiet huma essenzjali f 'dan il-ktieb. Jagħtuh it-titlu, u jintużaw spiss minn Grech sew bħala reċipjenti ta' għerf antik, sew bħala, meta joħloq it-tixbih inkongrwu u personali, l-isfida kontra l-impożizzjoni ta' struttura fissa u ma tinbidel qatt tal-espressjoni. U jaf hawn li jseħħ l-iżmakk. Min-naħa, l-idjoma antika u samma hija ġa potenzjalment akritika fiha nfisha u, minkejja l-oriġinalità tat-tqabbil li jrid jirreklama għalih innifsu n-narratur, hemm wisq mumenti fejn donnha s-Sna Callus seta' kellha raġun tittanta żżommlu r-riedni. Hija espressjoni li drabi donnha mhux ikkontrollata u li forsi tista' tinfantilizza jew teħfef ġrajja ta' dulur awtentiku, bl- interpretazzjoni personali u personalizzatà li mhux bilfors jiġġustifikaw lilhom infushom meta infilzati b'dan il-mod f 'xogħol li jaf qed jaspira għal- letterarjetà.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022