Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni Niżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti... bi proposta li ser tgħin lil dawk li qed jidhru daqslikieku qed jaħdmu għal rashom imma fil-verità huma ħaddiema kkontrollati minn pjattaformi Suq tax-xogħol modern - Realtajiet u sfidi ġodda K ulma jmur is-suq tax-xogħol qiegħed isir ferm aktar liber- ali u qed naraw bosta żviluppi fuq impjiegi ġodda li n-natura tagħhom mhijiex waħda konvenzjonali. Bl-avvanz tat-te- knoloġija u l-informatika, id-dinja tax-xogħol ġiet revoluzzjonata, u matul l-aħħar snin rajna kif bosta kumpaniji mexxew in-negozju tagħhom onlajn u qegħdin anke joffru servizzi minn fuq pjatta- formi diġitali diversi. Aktar minn hekk, jeżisti wkoll il-fenomenu tal-Gig Economy, fejn qed naraw żieda qawwija ta' mpjiegi temporanji u li jkunu speċifiċi għal biċċiet xogħol b'perjodu qasir u definit. Ħafna kumpaniji llum saru jippreferu jagħmlu użu minn dawn is-servizzi temporanji milli jimpjegaw nies magħhom u qed naraw din il-qalba għal żewġ raġunijiet prinċipali. L-ewwel u qabel xejn, iż-żieda fil-mobbiltà tal-ħaddiema u l-mobiltà aktar frekwenti li hija riżultat tal- globalizzazzjoni, taż-żieda fil- konnettività u kif ukoll fil-każ tal- Unjoni Ewropea, effett tat-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv Ewropew li jagħti aktar drittijiet u protezzjoni lill-ħaddiema meta jimxu minn Stat Membru għall-ieħor. It-tieni raġuni hija marbuta mal-kultura tax-xogħol remot, xi ħaġa li saret realtà għal bosta ħaddiema minn sentejn ilu lil hawn minħabba l-pandemija tal-COVID 19. L-iżviluppi teknoloġiċi għamluha faċli biex ikun hemm qalba rapida fi żmien ta' kriżi, u llum il-ħaddiema u anke min iħaddem għaraf il-benefiċċji li jista' joffri dan il-kunċett. B'riżultat ta' dan, l-impjiegi m'għadhomx marbuta ma' post wieħed fiss u għaldaqstant saret ferm aktar faċli biex wieħed jaħdem għal organizzazzjoni jew negozju li jinsab f 'post differenti minn fejn jirrisjedi. Fl-istess ħin, dan joffri wkoll għadd ta' benefiċċji lin-negozji, inkluż il-fatt li llum għandhom għażla ħafna aktar wiesgħa ta' nies li jistgħu joffrulhom is-servizz li għandhom bżonn minn madwar id-dinja, li wkoll twassal għal żieda fil- kompetittività. Pero' hemm ukoll diskussjoni oħra li żviluppat b'mod parallel u li qed tingħata ferm aktar importanza issa li għandna stampa ħafna aktar ċara tax- xejriet fis-suq tax-xogħol modern. Hemm il-kwistjoni tal-protezzjoni offruta lill-ħaddiema, u l-fatt li minħabba t-tibdil mgħaġġel bqajna b'qafas leġiżlattiv mhux adattat għar-realtajiet il-ġodda. Hemm ħafna elementi importanti li forsi ġew injorati dement li dawn l-impjiegi kienu qed iżommu l-ekonomija għaddejja, pero' llum il-konsegwenzi huma magħrufa u qed jiġu diskussi fuq livell Ewropew ukoll. Bħalissa fuq il-mejda għandna proposta leġiżlattiva li qed tfittex li tirregola l-għadd kbir ta' impjiegi marbuta mal-pjattaformi diġitali, liema ħaddiema bħalissa huma anomalija għad-dinja tax-xogħol. Li huwa żgur hu li jeħtieġ li niżguraw kundizzjonijiet tax- xogħol diċenti għal dawk kollha li jaqalgħu l-ħobża ta' kuljum minn dan ix-xogħol u din il-proposta ser tgħin lil dawk li qed jidhru daqslikieku qed jaħdmu għal rashom imma fil-verità huma ħaddiema kkontrollati minn pjattaformi. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi ddeterminat b'mod korrett l-istatus tal-impjieg ta' dawn il-ħaddiema sabiex ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet soċjali kollha li jiġu mal-istatus ta' ħaddiem. Dawk li verament jaħdmu għal rashom b'mod ġenwin fuq il-pjattaformi se jiġu protetti wkoll permezz ta' ċertezza legali msaħħa dwar l-istatus tagħhom u se jkun hemm salvagwardji ġodda kontra l-iżvantaġġi tal-ġestjoni algoritmika. Dan huwa pass importanti lejn ekonomija diġitali aktar soċjali u nemmen li wasal iż-żmien li fl-aħħar jissaħħu d-drittijiet tal- ħaddiema fl-era diġitali. Il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi ilu jitkellem dwar dan il-bżonn li kien qed jinħass fuq livelli differenti. L-għan aħħari tagħna jibqa' dak li noħolqu kundizzjonijiet tax- xogħol deċenti għall-ħaddiema kollha tal-pjattaformi, inklużi dawk li ġenwinament jaħdmu għal rashom, u biex jiġi miġġieled l-impjieg indipendenti fittizju. Jiena kburi li l-grupp tagħna rnexxielu jagħmel il-pressjoni meħtieġa biex illum għandna din il-liġi għad-diskussjoni. Issa nħares 'il quddiem biex ikollna leġiżlazzjoni b'saħħitha li tassigura suq tax-xogħol modern aktar sigur u li joffri protezzjoni lil din il-ġenerazzjoni ġdida ta' ħaddiema. Jekk ma nagħmlux pass biex nipproteġu wħud mill-aktar persuni vulnerabbli fl-ekonomija tal-lum, hemm ir- riskju li x-xogħol prekarju jinfirex kullimkien għada. illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022