Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt B ħal-lum ġimgħa l-Kap tal-Op- pożizzjoni u tal-Partit Nazzjonal- ista Bernard Grech tkellem dwar kif - skont hu - l-Oppożizzjoni "tiddgħajjef ". Forsi ma ġietx innutata, jew ġiet u bosta ddeċidedew li ma jirreaġixxux, imma f 'punt minnhom Grech qal li l-Op- pożizzjoni tiddgħajjef ukoll bil-mod kif jinkitbu ċerta rapporti, qed nassumu li qed jirreferi għall-rapporti fuq il-midja. Din mhux l-ewwel darba li pubblikament u anke privatament Grech ilmenta dwar il-midja, dwar il-mod kif - skont hu - jinkitbu r-rapporti u fuq l-poddata ta' Jon Mallia kien saħansitra ilmenta li l-istejjer dwaru ma jkunux fuq nett tal-portals u ġieli jintgħażlu ritratti li jġiegħluh jidher f 'dawl ikrah. Jiddispjaċina nfakkru lil Grech li l-midja indipendenti mhux qegħda hemm biex toqgħod tinċensa lin-nies, speċjalment lill-politiċi. Anzi qegħda hemm biex tkun għassies u tikkritika fejn hemm bżonn u jekk hemm bżonn tkun inċiżiva fil-kritika tagħha, hekk se tkun. Basta tkun ġusta, ma tkunx personali u basta l-kritika li tagħmel tagħmilha mhux għax ippreġudikata kontra xi ħadd, imma għax hekk temmen li huwa fl-aħjar interess tal-pajjiż. L-argument ta' Grech huwa li jekk bil-kritika tagħha l-midja indipendenti "ddgħajjef " lill-Oppożizzjoni - propju għax tikkritikaha, mela allura dik il-midja qed isaħħaħ lill-Gvern. Argument mill- aktar bażwi! Filwaqt li huwa veru li l-Gvern qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet u allura fuqu hemm ir-responsabilità tal-iggvernar u filwaqt li veru wkoll li huwa l-Partit Laburista li kellu nies involuti f 'oxxenitajiet bħal dik tal-VGH u l-Panama Papers, dan ma jfissirx li se nagħmlu bħall-istorja tal- Imperatur li kien għarwien u kulħadd qagħad jgħidlu li liebes sabiħ! Dak xogħol il-midja tal-partiti u l-propogandisti, mhux tagħna. Taf xi jdgħajjef lill-Oppożizzjoni? Xi konġura f 'nofs leġiżlatura biex jitneħħa Kap elett demokratiment, li wasslet għax-xeneġġati, l-għajjat, tgħajjir u gwerra interna dannuża ta' xhur sħaħ. Biex snin wara din l-istess konġura u gwerra l-PN mar għal elezzjoni b'Kap ġdid li suppost kellu jibda jirranġa it l-affarijiet u minflok tilef b'39,500 vot - rekord assolut mill-gwerra! Taf xi jgħajjef lill-Oppożizzjoni? Il-politika tat-tkeċċijiet u tal-'apartheid'. Il-politika li titfa' lin-nies fil-ġenb, għax xjuħ, għax kienu Ministri fi żmien Gonzi, għax ma jbaxxux rashom u jilgħaqu l-ħin kollu. Politika li ilha toħloq għedewwa lill-PN sa mill-2008. Daqshekk ilu, il-PN b'din il-politika li jitfa' fil-ġenb lil min ma jaqbilx miegħu. Qabel l-2013 kull min esprima ħsieb kontra l-mod kif kien qed imexxi l-PN jew favur il-bidla kien mogħti l-ġenb u virtwalment iffuċillat, irredikolat u attakkat. B'mod kontinwu u orkestrat. Fuq quddiem, Franco Debono u miegħu mijiet oħrajn. Wara l-2013 - kull min forsi ħaseb li l-Labour huwa aħjar fit-tmexxija tal- pajjiż, forsi għax anke hu gawda mid- deċiżjonijiet u miżuri li ħa - għandu jew m'għandux raġun - kien imlaqqam "korrott" u "ġaħan." Wara l-2017 kull min kien ma' Delia kien attakkat, mogħti l-ġenb, mgħajjar u insulentat. "Ħamalli", "injoranti" u nistgħu niqbgħu għadddejjin. Sakemm Delia tneħħa biex suppost bdew żminijiet aħjar. Wara l-2022 - minkejja t-telfa madornali li ħa - il-PN baqa' għaddej fl-istess triq distruttiva. Jiġġieled man-nies tiegħu stess. Jason Azzopardi, ingħata l-ġenb. Tista' ma taqbilx miegħu, tista' ma taqbilx ma' dak li jgħid. Pero' partit li tilef bi kważi 40,000 vot jaffordja jarmi lin-nies, b'kappriċċ u jgħajjarhom skaduti? Mario Galea, eks Deputat Nazzjonalista, li hu stess pubblikament qal: "Għamluli (il-PN) ħajti infern." U jiddispjaċina se jkollna infakkru - u minn hawn insellmu l-memorja tiegħu - pero' Robert Arrigo mhux mogħti l-ġenb kien? Hu stess qal li waqt il-kampanja lanqas fuq palk ma ħallewh jitla', hu stess qal li l-PN weġġgħu aktar mill-weġġgħatu marda. Hu stess qal - fl-aħħar diskors tiegħu: "Tagħtux tort lin-nies mweġġa' li jitkellmu fuq il-midja soċjali. Dieqa u togħma qarsa għandi... lili qaluli li kont biss kapaċi biex niġbor il-flus." Hekk kien qal Arrigo fl-aħħar diskors tiegħu bħala Viċi Kap quddiem Bernard Grech stess. Ġimgħa ilu biss - dak li kien President ta' Team Start u issa rriżenja qal li nies fit- team ta' Bernard Grech (!!) qed jfixxkluh biex jakkwistaw il-poter. Partit li jdur għal niesu u għal kapijiet tiegħu stess. Dak idgħajjef lill- Oppożizzjoni, mela rapport fuq gazzetta! Taf x'idgħajjef ukoll lill-Oppożizzjoni? Dokument ta' qabel baġit, mimli żbalji, b'ħafna kliem kbir u sabiħ li meta tagħsru ssib li huwa nieqes ħafna minn dak li qed jinkwieta lin-nies. Dokument li bħalu ħarġu oħrajn fl-aħħar ġimgħat u nistiednu lill-PN jara d-dokument tal-Kamra tal- Kummerċ, għax jidhrilna li huwa l-aktar wieħed li sar b'element ta' professjonalità u li qajjem punti pertinenti. Il-Gvern qed jagħmel u għamel bosta żbalji li diffċli jinħafru u li dan l-editorjal qatt ma ddejjaq ikun skjaċċanti fuqhom. Dan il-Gvern daqs kemm għamel ġid, għamel ukoll ħniżrijiet li għandna u se nibqgħu nitkellmu dwarhom. F'dawn l-aħħar it Ħdud ma ddejjaqna xejn inkunu editorjalment ħorox mal-Labour, fejn jidhrilna li ħaqqu! Imma dan ma jneħħi xejn mill-qagħda mwiegħra u diżastruża li fiha jinsab il-PN. Il-PN ma jistax jibqa' sejjer hekk. La għalih imma ħafna aktar minn hekk, lanqas għad-demokrazija. Twaħħlux fil-midja, il-midja xogħolha qed tagħmel. Tfittxux lilhinn mill-għatba tad-Dar Ċentrali, għax l-istat li fih jinsab il-PN huwa mertu ta' deċiżjonijiet li ttieħdu mill- għatba 'l ġewwa, mhux mill-għatba 'l barra. U mela r-rapporti fuq il-midja... Mhux ir-rapporti fuq il-midja jdgħajfu lill-Oppożizzjoni! Il-PN stess dgħajjifha

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022