Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384
23 opinjoni IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum Alicia Bugeja Said Irridu nassiguraw li l-entitajiet tal- Gvern involuti, jappoġġjaw u jinkoraġixxu id-dedikazzjoni tad-diversi voluntiera, u mhix ikunu ta' ostaklu Qabża oħra importanti fis-settur tal-ħarsien tal-annimal D an il-Gvern huwa wieħed li jrid ikompli jassigura l-ogħla livell ta' ħarsien lill-annima- li tagħna. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, nedejna diversi skemi u inizjattivi li ser ikomplu jgħollu l-livell tal-ħidma f 'pajjiżna, u jappoġġjaw lid-diversi għaqdiet u individwi involuti. Minkejja dan, il-ħidma tagħna ma tistax tieqaf hawn. Irridu nibqgħu nimxu pass pass ma' dan is-settur. Irridu nassiguraw li l-entitajiet tal- Gvern involuti, jappoġġjaw u jinkoraġixxu id-dedikazzjoni tad-diversi voluntiera, u mhix ikunu ta' ostaklu. Kien għalhekk li, wara li smajna l-opinjoni u l-fehmiet ta' diversi esponenti fis- settur, fosthom dawk fi ħdan id- Direttorat tas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Annimali, li ħassejna l-ħtieġa li nieħdu pass ieħor, din id-darba, mill-ambitu legali. Huwa għalhekk li fiż-żmien li ġej, flimkien mal-kollega tiegħi il-Ministru Anton Refalo, ser nippreżenta abbozz ġdid quddiem il-Parlament, li ser isaħħaħ il-ħidma tal-Gvern fil- qasam tal-ħarsien tal-Annimali f 'pajjiżna. Irridu nagħtu iktar serħan ta' moħħ lil dawn il- ħaddiema, filwaqt li nkomplu nestendu u niċċaraw l-obbligi u r-responsabbilitajiet tagħhom. Il-poteri tal-uffiċjali tagħna ser jiġu ssimplifikati; fl-istess ħin, ser nwessgħu l-ambitu tax-xogħol tagħhom. Huwa biss b'hekk, li nassiguraw li l-uffiċjali jistgħu jagħtu l-għajnuna, anke f 'dawk ix-xenarji fejn ikun hemm l-iktar bżonn. Irikonoxxejna wkoll in- nuqqasijiet fil-liġi preżenti, billi ser niċċaraw li kwalunkwe annimal li qiegħed jippassiġġa f 'post pubbliku, għandu jintrabat permezz ta' ċinga, u mhix biss il-klieb. It-tip ta' avvenimenti li huma suġġett ta' infurzar pubbliku mid-Dipartiment, u l-oħrajn li jistgħu jiġu approvati mid- Direttur, ukoll ġew ikkjarifikati. Element importanti wkoll ta' dan l-abbozz huwa it-tnedija ta' reġistru, biex nassiguraw li dawk il-persuni jiġu misjuba ħatja ta' reati kontra l-annimali, jiġu sospiżi, kemm għal perjodu definit jew inkella b'mod permanenti, milli jżommu annimali oħrajn. Dan il-poter il-ġdid li ser jingħata l-Qorti, huwa elementi importanti ta' dan l-abbozz: Aħna marridux nuru ponn tal-ħadid mal-akkużati, iżda biex nkomplu nagħlqu l-possibilità li iktar annimali jsofru minn abbuż ta' individwu. Dawn l-emendi kollha huma parti żgħira mit-tibdil tant essenzjali li l-Gvern qiegħed iwettaq f 'dan is-settur. Irridu nkomplu nifirxu l-progress soċjali f 'dan is-settur, billi nsaħħu l-ħidma u l-inizjattivi tal-preżent, filwaqt li nfasslu it-triq il-quddiem għall-ġejjieni. Hawnhekk, nagħmel referenza għal dak li kien qal Gandhi: "Is- saħħa ta' pajjiż bħala nazzjon, u l-progress morali tiegħu, jiġu ġġudikati bil-mod li l-annimali jiġu trattati." Ma nistgħux niaħru fuq il-progress li aħna bħala pajjiż qegħdin inwettqu f 'setturi bħall-ekonomija, t-teknoloġija u l-ġustizzja, jekk ma nassigurawx qabża fil-kwalità ta' ħarsien li pajjiżna qiegħed joffri lill- annimali. Il-ħarsien tal-annimali, u l-kwalità tal-ħajja li nipprovdulhom, hija tassew riflessjoni tal-kwalita` ta' ħajja li pajjiżna qiegħed joffri lir-residenti u ċ-ċittadini tiegħu. Dan huwa prinċipju essenzjali, li fuqu l-Gvern qiegħed jibbaża l-ħidma tiegħu ta' kuljum. Alicia Bugeja Said hija Segretarrju Parlamentari tas-Sajd, Akwakultura u Drittijiet tal-Annimali