Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 storja IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum Heritage Malta u Friends of Villa Frere jieħdu kollox f'idejhom biex jagħtuh ġieħ iż-żona Tajjeb li nfakkru li l-Pietà hi magħrufa għad-djar u l-ġonna li fihom kienu joqgħodu n-nobbli u l-aristokratiċi. Fosthom Villa Guardamangia, li fiha kienet tgħix ir-Reġina Eliżabetta II u Giardino Zamittello, li fih kien jgħix il-Leġiżlatur Malti Giuseppe Nicolo Zamitt, magħruf bħala Zamittello. Bosta kienu jgħidu illi Villa Frere u Giardino Zamittello jimxu id f 'id, u dak li jsir f 'wieħed jirrifletti dak li jiġri fl-ieħor. Kemm Villa Frere u anke Giardino Zamittello huma kkunsidrati speċjali minħabba li għadhom joffru togħma ta' kif kienu jħaddnu l-ġonna tagħhom ir-residenti tal-Qrejten tal-qedem (Pietà). F'diversi okkażjonijiet, Heritage Malta spjegat li minbarra s-sinifikat storiku intrinsiku tagħha, Villa Frere hija importanti wkoll għall-istorja tal-lingwa Maltija peress li Mikiel Anton Vassalli qatta' żmien twil fil- proprjetà jiddiskuti ma' Hookham Frere kif jistabilixxi l-Malti bħala lingwa miktuba u mgħallma. Il-biċċa l-kbira ta' Villa Frere diġà kienet protetta bħala bini tat-tieni grad. Iżda l-qagħda tal-Villa Frere u l-ġonna ta' madwarha tant kemm sfaw f 'qagħda ħażina li lanqas il-pubbliku ma kien jinduna li qed jippasiġġa minn ħdejn eżempju brillanti tal- arkitettura Ingliża Neoklassika tas-seklu 18 f 'Malta, kull meta jkun fl-akkwati. Fl-2013, student tal-arkitettura, Edward Said skopra bit-telqa li kien hemm u ddeċieda li jagħmel xi ħaġa dwar l-istat iddisprat li kien fih l-iktar il-ġnien fuq in-naħa ta' wara. Għamel kuntatt ma' Jo Tyndale Biscoe, neputiha mill-bogħod tal-Kaptan Price u wara li kiteb it-teżi ta' tiegħu dwar il-ġonna, waqqaf l-għaqda "Friends of Villa Frere," flimkien ma' Peter Borg Ghigo. Fl-2019 Heritage Malta saret is-sid uffiċjali ta' Villa Frere u għalkemm għaddiet l-amministrazzjoni lil Friends of Villa Frere, baqgħet tgħin direttament biex tipproteġi l-post. Minn dar tal-anzjani sa' lukanda ta' disa' sulari... Villa Frere mhedda iktar minn darba Fl-2017, kemm Villa Ciantar u anke Villa Frere bdew jaffaċċjaw theddida serja hekk kif ġew żvelati pjanijiet għal dar tal-anzjani ġdida ta' 10 sulari. Il-ġnien ta' Villa Ciantar magħruf l-aktar bħala Gardinio Zamittello, li ilu hemm 200 sena, skont il-proposta ta' Land Gate Ltd kellu jitneħħa kollu ħlief għal ċerti karatteristiċi. Filwaqt li dan il-pjan kien diġà "esseġerat" għal bosta, fl-istess ħin, skont esperti, il-Villa Frere kienet se tispiċċa tintlaqat direttament minħabba l-istruttura għolja li kienet ġiet proposta. Madankollu fost l-isfidi li qajjem il-Perit Edward Said, dak iż-żmien huwa semma wkoll l-għoli tal-binja, li kien se jagħlaq għal kollox il-veduta għax-xatt tal-Pietà. Dan minbarra li jekk kellu jgħaddi l-permess u kull ħaġa ġewwa Gardinio Zamittello tinqered, mela Malta kienet se titlef "l-aħħar kenn ekoloġiku li fadal għal bosta speċi endemiċi." Din l-applikazzjoni flimkien ma' numru oħra komplu jħeġġu lil Heritage Malta sabiex titlob għall-aġġornament tal-iskedar ta' Villa Frère bħala monument ta' wirt ta' Grad 1 u l-iskedar ta' Giardino Zamittello, flimkien ma' buffer zone adegwata biex tipproteġi l-kumplament. Fl-istess sena tal-2017, beda' proġett mill-Friends of Villa Frere li kien jinkludi r-restawr ta' għadd ta' biċċiet ta' skultura. Dawn kienu preżunti mitlufa iżda ġew skoperti u rritornati it żmien qabel. Bil- kooperazzjoni tal-Ministru tal-Ambjent ta' dak iż-żmien, Jose Herrera, bdew jiġu restawrati minn preservazzjonisti ewlenin tal-ġebla tal-franka. Sentejn wara terġa' titfaċċa l-kumpanija Land Gate Ltd, din id-darba b'applikazzjoni għal premessi sabiex jibnu lukanda ta' erba' stillel fl-istess ġonna ta' Gardinio Zamitello. Il-proposta kienet tinkludi wkoll ristorant, spa, pixxina, uffiċini u ħafna aktar. Din il-proposta kienet se tkun theddida ikbar minn ta' qabilha tant li Heritage Malta stess oġġezzjonat għal proġett. Ftit żmien qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni tal-applikazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar, aktar minn 1400 persuna ffirmaw petizzjoni biex il-ġnien storiku jiġi salvat milli jinbidel f 'lukanda ta' 10 sulari. Il-petizzjoni ġiet mibgħuta lill-Prim Ministru Robert Abela u l-President George Vella. Kien ġie rrakkomandat li dan il-proġett jiġi rriutata mill-uffiċjal tal-Awtorità tal- Ippjanar, li kkwota l-politika tal-limitazzjoni tal-għoli u l-impatt negattiv fuq l-ambjent storiku tal-madwar. Fl-2020, Villa Frere ġiet mogħtija l-ogħla livell ta' protezzjoni mill-Awtorità tal- Ippjanar. Minkejja dan, Villa Ciantar li tieħdok għal Gardinio Zammitello baqgħet bit-tieni grad ta' protezzjoni. F'Marzu tal-2021, Friends of Villa Frere wissew kontra pjanijiet għal guesthouse ħdejn il-villa, li skonthom, kienet se twassal għal ħsara fil-binja protetta u jeqirdu tnejn oħra magħha. L-Awtorità tal-Ippjanar irriutat l-applikazzjoni għal guesthouse wara li d-disinn u l-għoli proposti tal-bini ma kienux se jżommu il-karattru taż-żona u joħolqu impatt 'eċċessiv.' F'Ġunju tal-2021, il-Kummissjoni tal- Ippjanar tat permess sabiex żewġ binjiet, Villa Hay u l-Gardener's Cottage, it-tnejn parti minn Villa Frere, jiġu restawrati Dan is-sajf beda' jintwera dokumentarju magħmul minn Heritage Malta dwar l-istorja ta' Villa Frere filwaqt li l-ġonna ta' fuq bdew jinfetħu għall-pubbliku. il-Villa Frere terġa tieħu l-ħajja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022