Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 DIN HIJA KOLLABORAZZJONI BIL-PAGAMENT Miżuri soċjali maħsuba biex isaħħu l-qafas soċjali tal-pajjiż u biex tonqos l-esklużjoni soċjali, kienu fil-qalba ta' baġits mressqa mill-Gvern f'dawn l-aħħar disa' snin. Minbarra li tejbu l-kwalità tal-ħajja ta' anzjani u żgħażagħ, familji bit-tfal, pensjonanti u persuni vulnerabbli jew b'diżabilità, il-firxa ta' miżuri xprunaw b'suċċess politika mfassla biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u tonqos id- dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali. Il-Baġit ta' din is-sena kien partikolarment mogħni b'pakkett soċjali b'saħħtu, bin-nefqa fuq il- benefiċċji taqbeż sew dawk ta' baġits preċedenti. Ammont sostanzjali mis- somma allokata lill-Ministeru għall- Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ta' €1.8 biljun kienet intiża biex tiffinanzja l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Pensjonanti, romol, persuni nvalidi u pensjonanti tal-età, li l-għadd tagħhom din is-sena laħaq madwar 98,000, kienu fost dawk li l-aktar li bbenefikaw. Huma gawdew minn żieda ta' €5 fil-ġimgħa fir-rata tal- pensjoni tagħhom. Għal ħafna minnhom iż-żieda laħqet sa €7.50 fil- ġimgħa bis-saħħa ta' aġġustamenti fil- pensjoni tar-romol u fil-bonus għall- għoli tal-ħajja u dan kien possibli biss grazzi għal mekkaniżmi li ddaħlu fis- seħħ din is-sena. Dawn l-mekkanizmi jaħsbu biex b'mod gradwali fuq medda ta' snin il-pensjoni tar-romol tkun daqs dik tal-konjugi tagħhom meta jiġu nieqsa u biex l-bonus għall- għoli tal-ħajja jibda jitħallas sħiħ u ugwali lill-pensjonanti kollha li rtiraw wara l-2008. Pensjonanti bi dħul baxx u persuni fuq l-assistenza soċjali bbenefikaw minn miżura ewlenija oħra fejn żdied il-ħlas tal-Għajnuna Supplimentari. Ir-rati ta' koppji miżżewġa żdiedu b'€338 fis-sena filwaqt li dawk ta' persuni waħidhom, inkluż romol, żdiedu b'€260. Barra minn hekk, anzjani ta' 80 sena jew aktar intitolati għall-Għajnuna Supplimentari saru awtomatikament eliġibbli għall- għajnuna medika bla ħlas. Miżuri oħra mmirati għall-anzjani kienu jinkludu ukoll titjib fil-ħlas tal-Għotja għal Ċittadini Anzjani u tal-Bonus li jitħallas lill-anzjani li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja, bl-ogħla rati jitilgħu sa €400 u €500 rispettivament. Min-naħa l-oħra, persuni, l-aktar nisa miżżewġa, li ħallsu mill-anqas għaxar snin bolol tas-sigurtà soċjali meta kienu f'impjieg ikkwalifikaw għall-inqas skala ta' pensjoni taż-żewġ terzi. Il-kunċett li bix-xogħol jaqbillek, jew kif inhu magħruf "Making Work Pay" kien fil-qofol ta' inizjattivi li ġew varati mill-2014 biex iħajru aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u tonqos id- dipendenza fuq il-benefiċċji. Fl-isfond ta' tkabbir ekonomiku b'saħħtu u t-tnissil ta' opportunitajiet ta' xogħol, dawn il-miżuri ħallew il-frott tagħhom tant li l-għadd ta' benefiċjarji fuq l-assistenza soċjali jew tal-għad nieżel għall-anqas livelli li qatt ġew irreġistrati. Pilastru ewlieni f'dan il-pakkett ta' miżuri huwa ċertament dak tal-iskema tal-InWork Benefit li għenet mhux ftit biex tinċentiva x-xogħol u fl-istess ħin tkabbar id-dħul tal-familji. Minn meta tnediet fl-2015, l-iskema ġiet imtejba gradwalment sabiex aktar ġenituri li jaħdmu bi tfal taħt it-23 sena jkunu jistgħu jibbenfikaw u jkattru d-dħul tal-familji tagħhom. It-titjib tal-iskema ssokta din is-sena bit-twessiegħ tal-limiti tad-dħul għal koppji fejn il-ġenituri t-tnejn jaħdmu, jitla' għal €50,000 filwaqt li għal familji b'paga waħda l-limitu tad-dħul żdiet għal €35,000. Familji li bbenifikaw minn dan it-twessiegħ ġew intitolati għal pagament ta' €200 għal kull tifel jew tifla, filwaqt li r-rati għal dawk eliġibbli fil-limiti ta' qabel gawdew minn żieda ta' €100 fir-rati tagħhom għal kull wild. Titjib ieħor fl-iskema huwa mmirat lejn ħaddiema li jaħdmu siegħat atipiċi u li jaqilgħu inqas minn €20,000 fis-sena. Minn din is-sena huma qed jingħataw għotja annwali ta' €150 f'Inwork Benefit li hija ekwivalenti għal madwar 10% tat-taxxa tad-dħul li jħallsu. Miżuri oħra mmirati lejn il-familji kienu dawk fejn żdiedet r-rata tal- bonus tat-twelid u tal-adozzjoni, żieda fl-allowance għal tfal b'diżabilità kif ukoll żieda fl-għotja li jirċievu dawk il- ġenituri li jkollhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb wild b'diżabilità severa. Barra minn hekk, għall-ewwel darba, persuni fuq l-assistenza soċjali bdew jitħallsu ż-żieda sħiħa għall-għoli tal- ħajja minflok żewġ terzi kif kien isir qabel. Sa tmiem is-sena, in-nefqa globali fuq pensjonijiet u benefiċċji soċjali hija stmata li titla' sa €90 miljun fuq is-sena ta' qabel, bl-għadd ta' benefiċjarji, inkluż il-familji, jilħaq madwar 185,000. Konxji tar-responsabilita' tagħhom lejn il-benefiċċjari, l-uffiċjali u l-ħaddiema tad-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali u tad-Diviżjoni għall- Għajnuna Finanzjarja u Osservanza mat-tħabbir tal-baġit meddew mal- ewwel idejhom biex il-ħlas, ż-żidiet u t-titjieb fil-benefiċċji, kif mħabbra fl-aħħar baġit u f'kull baġit, jibdew mill-aktar fis possibbli. Miżuri ewlenin intiżi għall-benefiċjarji bi dħul baxx bdew jitwettqu xahar biss wara li tħabbru u f'Jannar li għaddha daħlu fis-seħħ iż-żidiet fil-pensjonijiet. Sal- ewwel kwart tal-2022, id-dipartimenti rnexxielhom iwettqu aktar minn 80% tal-miżuri soċjali mħabbra. It-twettiq komplet tal-miżuri soċjali jintlaħaq ix-xahar id-dieħel bil-ħruġ ta' pagamenti lil aktar minn 5,000 applikant eliġibbli taħt l-iskemi miftuħa għal eks membri tal-korp tax- xogħol u kategoriji oħra li wara Jannar tal-1979 daħlu jaħdmu fis-servizz pubbliku jew fis-settur pubbliku. Mark Musu' huwa s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall- Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Twettiq ta' miżuri soċjali Mark Musu'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022