Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 • illum 'Qed niddiżappuntaw mhux biss Il-Partit Nazzjonalista meta se joħroġ mill-morsa li daħal fiha? Meta se jerġa' jkun rebbieħ? Kif se jwassal il-messaġġ tiegħu? X'qed jistenna mill- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali? X'se jagħmel bil- każini? X'bidliet se naraw? Il-Viċi Kap Nazzjonalista Alex Perici Calascione jwieġeb YENDRICK CIOFFI Alex Perici Calascione ilu issa tliet xhur Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista wara elezzjoni li għaliha ma kkontesta ħadd ħlief hu. Ikkontesta minkejja d-disfatta elettorali kbira li ġarrab il-PN f 'Marzu li għadda u minkejja li kien jaf x'inhuma l-isfidi li qed jiffaċċja, għax ilu involut fl-ogħla strutturi tal-partit. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- Viċi Kap dwar is-sitwazzjoni li l-PN donnu ma jistax joħroġ minnha u tistaqsih l-ewwel u qabel kollox jekk jaħsibx li l-fatt li ħadd ma kkontestah (wara li lanqas ħadd ma kkontesta lil Bernard Grech) jagħtix l-impressjoni li hemm apatija u nuqqas ta' entużjażmu. Possibbli ma kien hemm ħadd iżgħar, b'ideat innovattivi li seta' joħroġ għonqu għall-PN? Perici Calascione qal li din ma kinitx l-ewwel elezzjoni li saret f 'partit politiku fejn għal kariga kien hemm kandidat wieħed. Insista li f 'każi bħal dawn, wieħed għandu jħares lejn l-appoġġ li l-kandidat ikun ġab. "Kieku ħriġt waħdi u ġibt eżatt biex ngħaddi jew ma tlajtx, kont ninkwieta. Sodisfatt li ġibt 'il fuq minn 90% tal-voti," Saħaq li dan ifisser li l-kunsilliera tal-PN, anke jekk forsi ma jaqblux fuq kollox, raw fih soluzzjoni. Qal li l-proċess ta' tiġdid, isir fejn isir, imma b'mod partikolari f 'partit politiku għandu jkun proċess kontinwu. "Min hu ġdid isib fejn jimraħ u jsib ukoll min jista' jiggwidah. Naħseb li l-PN għamel dan it-tiġdid. Jekk tħares lejn il-Grupp Parlamentari tinduna li hemm minnhom li saħansitra għadhom qed jistudjaw u allura dawn l-ideat friski qed jgħaqduhom ma' dawk li l-ideat tagħhom huma frott l-esperjenza. Dan iwassal biex il-PN joħroġ bi strateġija u proposti li huma tajbin." Kompla jgħid li bħala Viċi Kap, huwa jrid ikun kapaċi jirrelata mal-etajiet, l-ideat li joħorġu minn dawn l-etajiet u anke l-esperjenzi ta' kulħadd. Imma l-PN kemm se jdum jiltaqa' u jiddiskuti? Meta se jidher il-frott? Imma fejn kien Perici Calascione f 'dawn it-tliet xhur? X'differenza għamel? Qed jikkonvinċi? Għaqqad? Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li kienet deċiżjoni tiegħu li "jieħu pass lura." Fakkar li hu ilu fil-Partit u ħadem f 'ħafna mill-istrutturi tiegħu imma f 'dawn ix-xhur ma riedx ikun marbut ma' dak li jaf hu imma xtaq jisma' u jiskopri. "Meta tokkupa rwol differenti, in-nies jirrelataw miegħek b'mod differenti. Biex ma nkunx marbut ma' dak li jiena kont naħseb, xtaqt nagħmel pass lura. Qed niltaqa' mal- membri tal-Grupp Parlamentari, qed niltaqa' mal-fergħat tal-Partit u anke mal-Kumitati Sezzjonali. Dan apparti laqgħat ma' diversi nies li jkunu jridu jkellmuni," insista Perici Calascione. L-ILLUM tfakkar lil Perici Calascione li dan il-proċess ilu għaddej. Tiġi elezzjoni, jitlia u jerġa' jgħid li ħa jibda jiltaqa' u jisma'. Meta se jibda jidher il-frott ta' dawn id-diskussjonijiet? Qal li ħaġa li skopra f 'dawn ix-xhur huma l-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta' nies li huma madwar il-Partit Nazzjonalista, inkluż ta' membri fil- fergħat. "Jiena determinat ħafna li nagħtihom l-ispazji kollha biex jimirħu. F'kull fergħa rajt entużjażmu u ideat studjati. Kelli laqgħa mal-APAN, l-Assoċjazzjoni tal-pensjonanti tal-PN. Għidt li se jkolli laqgħa mal-aktar nies leali u allura ma ppretendejtx li se tkun impenjattiva. Imma kienet l-aktar laqgħa impenjattiva. Sfidawni bil-mistoqsijiet u l-ideat studjati tagħhom. Domna xi tliet sigħat." 'Hemm retorika li qed issir b'intelliġenza ... qed nirriskjaw li naqgħu għaliha' L-ILLUM terġa' twaqqfu u tisħaq miegħu li hemm barra l-perċezzjoni hija kompletament differenti. Fil-PN mhux jidher entużjażmu anzi aktar qed jidher li hemm apatija kbira fil-livelli kollha tiegħu tant li bosta Nazzjonalisti qatgħu qalbhom li jerġgħu jaraw lill-PN fil-Gvern. "Bla dubju din hija riżultat ta' dak li wieħed iħoss wara numru ta' disfatti elettorali, aktar u aktar jekk partit ikun dera jkun fil-Gvern," qal Perici Calascione iżda wissa wkoll dwar is-saħħa tal-midja soċjali llum. "Xi drabi jingħata messaġġ, dan jinfirex u inti tibda tirrepetih mingħajr ma tkun taf minn fejn ħareġ." Qal li mhux jgħid hekk biex innaqqas minn dak li qed iħossu ħafna Nazzjonalisti u anke ħafna votanti għax, fi kliemu, anke min jappoġġja lill-Partit Laburista qed jistaqsi jekk dan hux qed ikun verament leali lejn il-prinċipji tiegħu. "Allura qed niddiżappuntaw mhux biss lin-Nazzjonalisti imma lill-pajjiż. Jiena ninkwieta li l-PN ma jkunx f 'pożizzjoni li jerfa' r-responsabbilità lejn il-pajjiż. Iva hawn dan is-sentinemt għax forsi l-PN għadda minn ċertu realtajiet li bosta qatt ma bassru li se jgħaddi minnhom, imma nemmen li hemm ċertu retorika li qed tkun magħmula bi skola u intelliġenza u qed nirriskjaw li naqgħu għaliha jekk ma nkunux attenti," qal Perici Calascione. 'Fost il-poplu hemm diżżilużjoni biż-żewġ partiti' Iżda hawn l-ILLUM tinsisti miegħu li tant kemm hu minnu dan is-sentiment li għal bosta, il- Partit Nazzjonalista ma jistax jirbaħ elezzjoni. Dan qed iwassal biex kważi kważi jsir irrelevanti tant li n-nies lanqas jagħtu kas ta' dak li qed jgħid u jipproponi anke jekk ikun jagħmel sens. Illum, il-Partit Nazzjonalista x'inhu? Perici Calascione saħaq li l-PN mhuwiex iżolat u huwa parti minn soċjetà li fl-aħħar snin inbidlet kompletament. Fi kliemu, l-istess domanda tista' ssir lil kull partit ieħor, inkluż lill-Partit Laburista u lis-soċjetà kollha kemm hi. "Illum il-Partit Laburista għadu l-partit tal-ħaddiema?," staqsa l-Viċi Kap Nazzjonalista waqt li rrefera għall-kummenti ta' Desmond Zammit Marmara. Irrefera wkoll għall-aħħar sondaġġi politiċi. Fi kliemu, is- sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija dik li hi imma saħaq li hemm realtà oħra li qed juru l-istess sondaġġi. "Fl-Elezzjoni Ġenerali kien hemm messaġġ wieħed li ngħata. 50,000 irriutaw li jivvotaw lill-partit fil- Gvern, minkejja dak kollu li pprova jagħmel sal-aħħar ġurnata. Ma għamlux il-qabża li normalment jagħmlu. Lilna ma rawnix bħala alternattiva valida. L-istess sondaġġi qed juru li madwar 20% vvotaw lill- PL u llum qed jgħidu li ma jagħmlux l-istess." Saħaq li dan kollu juri li fost il-poplu hemm diżżilużjoni biż- żewġ partiti. Hawn ta' min isemmi s-sondaġġ ippubblikat minn din l-istess gazzetta li juri li 56% tal- Maltin jemmnu li hemm bżonn ta' partit ġdid. 'Partit jirbaħ jekk in-nies jemmnu li kapaċi jirbaħ' L-ILLUM tisħaq ma' Perici Calascione li kwalunkwe partit jimmira li jkun fil-Gvern. Ma jinkwetahx il-fatt li l-votanti mhux iħarsu lejn il-PN bħala gvern alternattiv? Irrkonoxxa li dan il-fatt jinkwetah anke għax jaf li fil-PN hemm nies intervista Il-Viċi Kap Nazzjonalista Alex Perici Calascione

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022