MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 aħbarijiet 'Jekk tħawwad b'xi mod jew ieħor tista' tirranġa, basta tħallas. Dak il-messaġġ tal-Gvern fl-ippjanar' 20 mara oħra jidħlu fil-programm LEAD Is-Servizz tal-Pulizija fil-Komunità estiż għal tmien lokalitajiet oħrajn Il-programm LEAD tal-Partit Laburista kompla jissaħħaħ b'20 mara oħra jingħaqdu f 'dan il-programm, bl-għan ewlieni tiegħu jibqa' li jkompli jżid il- parteċipazzjoni tal-mara fil-politika. F'konferenza tal-aħbarijiet bil- parteċipanti l-ġodda fl-isfond, il-ko- ordinatriċi tal-programm LEAD, Miriam Dalli, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista spjegaw kif dan il-programm jixhed kif l-ambizzjoni tal-Partit Laburista tibqa' l-bidla kulturali u politika fl-inqas żmien possibli. Il-ko-ordinatriċi tal-programm LEAD u l-Ministru Miriam Dalli sostniet kif minkejja li din kienet is-seba' sejħa fil- programm LEAD, għad hemm ħafna tfajliet u nisa li mhux biss iridu jkunu attivi politikament iżda anke jsemmgħu leħinhom. "Bis-sehem ta' dawn il- parteċipanti, konvinta li mhux biss se jgawdi l-Partit Laburista iżda wkoll il-pajjiż. Nemmnu bis-sħiħ fil-parteċipazzjoni tan- nisa fil-politika, rajna l-frott tagħha fl-aħħar elezzjoni ġenerali it tax-xhur ilu u b'dan il-programm se nibqgħu spinta 'l quddiem biex verament ikollna parteċipazzjoni ugwali ta' nisa u rġiel fil-politika nazzjonali, lokali u Ewropea." Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista u d-Deputat Randolph De Battista semma kif il-programm LEAD mhuwiex sempliċiment programm ta' taħriġ. "LEAD huwa opportunita' għal ħafna nisa u tfajliet li aħna konna konvinti li qegħdin hemm barra u li l-politika verament tinteressahom. Il-Partit Laburista, il-bibien tiegħu miuħin għal dawk kollha li jixtiequ bi kwalunkwe mod ikunu involuti – jekk iridux ikunu kandidati, jekk iridux jaħdmu fl-istrutturi tal-Partit Laburista jew iridux jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan- nies ta' madwarhom." Il-Partit Laburista jibqa' jemmen li dan il-pajjiż għandu bżonn mhux biss il- parteċipazzjoni iżda wkoll il-vuċi soda ta' aktar nisa u tfajliet biex verament nagħmlu bidla pożittiva. "Għalfejn isiru il-liġijiet u r-regolamenti jekk kontinwament naraw kif isiru l-eċċezzjonijiet u nippruvaw niġġustifikaw lil min ma jimxix magħhom?" staqsa ċ-Chairperson ta' ADPD – e Green Party Carmel Cacopardo meta indirizza konferenza quddiem l-ufficini tal-Awtorità tal-Ippjanar dalgħodu dwar amnestija ġdida li jgħid illi qed tiġġustifika l-abbużi f 'art Barra ż-Żona tal-Iżvilupp (ODZ). Huwa qal li għal darb'oħra l-Gvern qiegħed jippremja lil min abbuża u qiegħed ikompli jittrasforma lill-Awtorità tal-Ippjanar f 'dik li sejjaħ "aġent għall-abbużi, fejn jekk tħallas multa sostanzjali tista' tiġġustifika l-abbużi tal- iżvilupp." Huwa kien qed jitkellem dwar skema ġdida li qed testendi l-amnestija li kienet ħarġet fl-2016 billi tinkludi ukoll żvilupp li jinsab barra miż-żona tal-iżvilupp. Din l-iskema titkellem primarjament dwar żvilupp parzjali bla permess fl-ODZ. Huwa qal li din l-amnestija hija insult lejn min għażel li jimxi sewwa u josserva l-liġi u r-regolamenti u jimxi mal- kundizzjonijiet tal-permess ta' żvilupp. "L-amnestija hi dikjarazzjoni ta' falliment fil- qasam tal-infurzar," kompla jgħid Cacopardo li sostna illi minkejja li xi kultant l-awtorità tagħmel dik li sejjħilha "show" biex qisha qed tagħmel xi ħaġa, wara dan "it- teatrin ma hemm l-ebda serjetà." Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali ta' ADPD – e Green Party qal li ripetutament il- Gvernijiet tal-pajjiż iwegħdu ħaġa u jagħmlu bil-maqlub. Huwa qal li l-Partit Laburista għadu ħiereġ minn elezzjoni ġenerali li fiha kellu manifest elettorali li fih wiegħed illi se jassigura illi ż-żona barra mill- linja tal-iżvilupp (l-ODZ) tkun imħarsa iktar minn qatt qabel. "Minflok ma jħares l-art, bil- proposti tal-lum qed iħares lil min jabbuża, sakemm dak li jkun ikun lest li jħallas. Il-Labour fil-Gvern qed ikun konsistenti fil-mod illi fil-qasam ambjentali jimxi bil- maqlub ta' kif wiegħed," akkuża Cassar li jkompli jgħid illi din l-amnestija tkompli fuq l-ewwel waħda "favur l-abbużi" fil-qasam tal-ippjanar, sitt snin ilu. Huwa temm jgħid li l-messaġġ li qed jibgħat il-Gvern huwa li jekk tħawwad b'xi mod jew ieħor tista' tirranġa, "basta tħallas." Huma temmew jgħidu li minflok amnestiji għandu jkun hemm reviżjoni tal-pjani lokali tal-2006 biex art ODZ saret tajba għall-iżvilupp terġa' ssir ODZ. Illum tħabbar li b'effett mill-20 ta' Novembru li ġej se jiġi estiż is-Servizz tal-Pulizija fil-Komunità fi tmien lokalitajiet ġodda, li jinkludu: Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, Marsaskala, San Ġwann, iż-Żurrieq, il- Qrendi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi. B'hekk 75% tal-pajjiż kollu se jkun kopert minn dan is-servizz, sakemm is-sena d-dieħla dan ikun ġie estiż madwar il-pajjiż kollu, hekk kif ġie mħabbar fil-Budget 2023. L-estensjoni ta' dan is-servizz tħabbret waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, ġewwa Ħaż-Żabbar. Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti s-Sindki u r-rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali rispettivi flimkien mal-President tal-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali, is-Sur Mario Fava. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Byron Camilleri qal li bl-introduzzjoni ta' dan il- kunċett qed naraw servizz tal-pulizija aħjar fil- komunitajiet fejn dawn joperaw. Fakkar li din is-sena pajjiżna esperjenza wkoll tnaqqis ta' 7% fil-kriminalità, filwaqt li kien hemm żieda ta' 15% fil-fiduċja tal-pubbliku fil-Korp tal-Pulizija. Il-Ministru Camilleri qal li għalhekk il-Gvern se jkompli jsaħħaħ dan is-servizz li qed ipoġġi lill-Korp tal-Pulizija aktar viċin il-komunità, "servizz li mhux biss qed jgħin lill-pubbliku, iżda wkoll qed jgħin lill-Korp tal-Pulizija sabiex ikollu aktar viżibilità ta' ċertu xejriet ta' kriminalità f 'kull lokalità madwar Malta u Għawdex."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 November 2022