Illum previous editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 intervista illum • IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 sessjoni ta' terapija beka... Għaliex?' għandux bżonn xi ħaġa? Bħala soċjetà nieħdu ħsieb xulxin? Qed nikkomunikaw biżżejjed?" 'Qabel kienu jużaw it-terminu impotenza. Illum qtajniha, is-sesswalità ma tagħmlekx raġel' L-ILLUM tagħmel referenza għal dak li qal l-Urologu Zammit u li l-kanċer tal- prostata, apparti l-effetti li jħalli l-kanċer innifsu u t-trattamenti biex jeqirduh, joħloq problemi oħra li jaffettwa s-sesswalità tagħhom. Qal li qabel it-tobba kienu jużaw it- terminu impotenza biex jiddeskrivu meta raġel ikollu problemi simili, "iżda din kien hemm bżonn li tinqata' darba għal dejjem." Briffa isostni mal-ILLUM li dejjem jgħid lill-irġiel li jirrikorru għall- għajnuna tiegħu li, s-sess "ma jagħmlekx raġel." "Hemm ħafna fatturi li jagħmluk raġel iżda ma jfissirx li jekk inti f 'dak il-mument partikolari ikollok problemi sesswali, ma jfissirx li int raġel inqas minn ħaddieħor," qal Briffa. Huwa proprju għalhekk li jisħaq kontra l-użu tal-kelma "impotenza" għaliex il-kelma nnifisha tindika mod ieħor. Il-psikologu spjega wkoll li l-kanċer jaffettwa s-self esteem, il-burdata u kif raġel iħares lejn ir-relazzjonijiet li għandu, kemm ta' ħbiberija, kif ukoll dawk aktar intimi. Qal li meta wieħed jamalgama dawn il-fatturi kollha, iwassal biex dawn l-irġiel iħossuhom biss farka ta' dak li kienu qabel u għaldaqstant ikompli jsostni kemm huwa importanti li jirrikorru għall-għajnuna. Fakkar li bħala professjonist li jiffaċċja sitwazzjonijiet bħal dawn ta' spiss, ma jaħdimx waħdu anzi ħafna drabi jifforma parti minn tim multidixxiplinarju li jara li l-ħtiġijiet ta' dawn il-persuni, inkluż is- sieħeb/sieħba tagħhom, jiġu indirizzati darba, darbtejn u anke aktar. "Apparti minn hekk, sakemm it- terapista u s-sesswologu jirnexxielu jaħdem mal-persuna fuq dawn l-affarjiet jipprova jibni relazzjoni ta' fiduċja biex ikun jista' jgħinu aħjar," kompla Briffa. Lil hinn minn hekk huwa enfasizza li l-ewwel ħaġa li jgħid lil persuni li jkunu għaddew jew għadhom għaddejjin minn mument ikrah minħabba saħħithom huwa li l-ġisem għaddej minn evoluzzjoni. "Il- ġisem għaddej minn bidla. Jekk jingħata l-kura ma jfissirx li hu batut. Kif jgħid il- Malti, iż-żmien isajjru l-bajtar u l-ġisem għaddej minn proċess sħiħ. Ma jfissirx li l-ġisem hu fallut u li se jieqaf minn jum għall-ieħor," qal Briffa. Bħala raġel taħseb li l-kampanja tal- Movember hi effettiva? Lil hinn minn lenti ta' professjonist, l-ILLUM staqsiet lil Briffa jekk hu, bħala raġel, jaħsibx li l-kampanja ta' Movember hijiex effettiva biżżejjed. Għal dan huwa wieġeb li minkejja li kull sena din il-kampanja dejjem qed tagħmel aktar ħoss, għadha ferm lura meta mqabbla ma' tal-Pink October. Għaldaqstant jappella biex ikun hemm aktar "role models" li għaddew mill- esperjenza simili u ħarġu rebbieħa, bħalma ġara meta kien hemm il- kampanji fuq is-saħħa mentali biex jinkoraġixxuhom. "Hemm bżonn ta' aktar irġiel li ma jiddejqux jitkellmu fuq il-vulnerabilità u li kulħadd, mis-sema 'l isfel, hu ugwali. Kulħadd jista' jgħaddi minn żmien diffiċli u li jista' jkollu diffikultajiet. Kemm minn perspettiva ta' saħħa fiżika, dik mentali u sesswalità fost oħrajn," kompla Briffa. 'Aħna naprezzaw il-ħajja propju għax nafu li aħna mhux għal dejjem' Fi tmiem l-intervista, din il-gazzetta tirrimarka li filwaqt li ħafna jappellaw biex dawn is-suġġetti jibdew jiġu nkorporati fis-sistema edukattiva, għad hemm ġenituri li ma jaqblux ma' dan għaliex dawn huma suġġetti ta' natura sensittiva u wisq kumplessi għal tfal ta' età żgħira. Minkejja dan, Briffa ma jaqbel xejn. "Hemm bżonn li nġiegħlu lit-tfal jirrealizzaw li bħalma hemm il-ħajja, hemm il-mewt. Fl-aħħar minn l-aħħar aħna naprezzaw il-ħajja għax nafu li aħna mhux għal dejjem u hemm il-mewt," żied Briffa. Fuq l-istess nota huwa qal li llum is-sistema edukattiva tgħallem lit-tfal dwar l-istupru, x'inhi l-imħabba vera u d-differenza bejn persuna li qed tagħtik l-attenzjoni għax tħobbok u persuna li qed tagħmel avvanzi sesswali. "Grazzi għal dan it-tip ta' għarfien, qed nevitaw ħafna traġedji u sitwazzjonijiet negattivi." Fl-aħħar huwa qal li jekk it-tfal, minn ta' età żgħira ikunu mgħarrfa fuq dawn il-valuri u l-importanza li wieħed jieħu ħsiebu tiegħu innifsu, anke mentalment, dak li jkun ma jiddejjaqx imur għall- għajnuna. "Fl-aħħar minn l-aħħar ħadd ma hu perfett u kulħadd jgħaddi minn mumenti diffiċli u jkollu bżonn l-għajnuna, jew l-akkumpanjament ta' xi ħadd ieħor," temm jgħid mal-ILLUM il-psikologu, sesswologu u terapista tal-koppji Nicholas Briffa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 November 2022