Illum previous editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 • illum 'Mhux l-ewwel darba li waqt raġel skuża ruħu talli beka... Il-maskulinità għadha dominanti? Għaliex il- kelma impotenza toħloq effetti daqstant negattivi? L-ILLUM tintervista lill-Psikologu u Terapista tal- Familja Nicholas Briffa dwar il-mard, l-emozzjoni u l-vulnerabilità fost l-irġiel ANTHEA CACHIA Kulħadd ikollu xi ġurnata stressanti u jinfexx fil-mowbajl u l-midja soċjali. Qalb ir-ritratti tat-tfal, tal-maħbubin jew ta' xi platt ikel ta' spiss fuq Facebook jiddominaw il-kliem ta' motivazzjoni u kuraġġ tal-psikologu, terapista tal- familja u sesswologu Dr Nicholas Briffa. Għaldaqstant il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma Briffa fejn fost oħrajn tiddiskuti l-edukazzjoni fuq il-kanċer u l-mewt, l-isterjotipi tal-ġeneru, t-trobbija u l-biża' mill-vulnerabilità. 'Il-maskulinità għadha dominanti wisq' Minkejja li tul din l-intervista l-ILLUM u Briffa tkellmu fuq kwistjonijiet varji, il-qofol tagħha kien ir-raġel fis-soċjetà u dan fid-dawl tal-fatt li dan ix-xahar huwa ddedikat għall-Movember. Fil-fatt nhar il-Ħadd li għadda din il- gazzetta tkellmet mal-Kirurgu Urologu Dr Patrick Zammit li jemmen li r-raġuni għaliex ħafna rġiel joqgħodu lura milli jagħmlu t-testijiet meħtieġa hija minħabba li jibżgħu mill-vulnerabilità. Aktar minn hekk jibżgħu li jekk jinstab li għandhom il-kanċer, jew anke marda oħra serja, ma jkunux jistgħu jipprovdu għall-familja. Għalhekk, l-ILLUM tistaqsi lill- psikologu dwar dan u għaliex illum, minkejja li qed tinħoloq aktar kuxjenza fuq is-saħħa mentali tal-irġiel, dan il-kunċett għadu ingranat fis-soċjetà tagħna. "Il-maskulinità għadha dominanti wisq," qal Briffa. Innota b'pożittività li fis-soċjetà ta' llum il-mara, "grazzi għall-ġlieda għal aktar uwaljanza," hi esposta għall- istess opportunitajiet li għandu r-raġel. Minkejja li din fiha nnifisha hija xi ħaġa tajba, jgħid li għal ċertu rġiel din hija ta' theddida. "Jiena ta' kuljum niltaqa' ma' din ir-realtà, li ħafna irġiel li jħossuhom intimidati minn dawn l-avvanzi," qal Briffa. Apparti minn hekk huwa sostna mal-ILLUM li jiltaqa' ma rġiel li jħossuhom mhedda li marthom stess għandha xogħol, kundizzjonijiet u paga aħjar minnhom. Għal Briffa, x'inhi r-raġuni li l-maskulinità għadha daqstant fattur importanti għal raġel? Jemmen li dawn l-affarjiet, "kollha huma dovuti għall-isterjotipi tal-ġeneru li lkoll konna esposti għalihom fit-tfulija." Spjega li l-ewwel skola tagħna, jiġifieri dak li nitgħallmu b'mod dirett u anke dak indirett, kienu l-ġenituri tagħna. "Mit-trobbija, moħħna assorba l-immaġni ta' kif għandha tkun relazzjoni, ta' kif wieħed iġib ruħu mal-mara jew ir-raġel u ta' kif inrabbu lit-tfal tagħna stess, fost oħrajn," żied Briffa. Sintendi, dan apparti r-relazzjonijiet u influwenzi li persuna jkollha malli tkompli tikber u n-normi li wieħed jitgħallem mill- ambjent ta' madwaru. Jgħid li dawn il-fatturi kollha jesponu lill-bniedem, f 'dan il-każ l-irġiel, għal sterjotipi ta' kif wieħed għandu jġib ruħu, ta' kif jirreaġixxi għal aħbarjiet koroh u ta' kif jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu. 'Mhux l-ewwel darba li raġel skuża ruħu talli beka' Il-psikologu irrakkonta li ġieli ltaqa' ma rġiel li waqt sessjoni ta' terapija, li fiha l-emozzjonijiet ħadu l-kontroll, skużaw ruħhom talli bkew. "Din turi kemm il-vulnerabilità għadha kwistjoni pertinenti mal-irġiel għaliex ma hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed għandu jiskuża lilu nnifsu talli għamel xi ħaġa ordinajra u esprima emozzjoni. Fuq kollox m'hemmx regoli ta' min jista' jew ma jistax jibki," qal Briffa. Irrakkonta wkoll li mhux l-ewwel darba li kien f 'xi festin jew il-bandli u jisma l-kliem, "ejja! Tibkix inti tifel kbir issa." Għal dan huwa jistaqsi, "jiġifieri biex tibki ma tistax tkun tifel jew raġel? Ma tistax tibki meta' taqbeż ċertu età?" Stqarr li bil-mod, il-mod qed jinkissru dawn l-ideoloġiji u qed jinħolqu aktar fluwidità fl-irwoli tal-ġeneru, "biex anke fid-dinamika tal-familja, l-irwoli jinqassmu skont l-eżiġenza u mhux dak li int ġejt mgħallem li suppost tagħmel." 'Il-mistħija xi kultant tirbaħ' L-aħħar snin, l-istatistika turina li hemm ħafna aktar irġiel milli nisa li jsofru fis-silenzju. Tant hu hekk li ħafna mill-attentati u suwiċidji fl-aħħar snin saru mill-irġiel. Iżda dawn il-persuni ma humiex statistika u l-ILLUM tistaqsi lill-Briffa jekk dawn l-isterjotipi hux qed ikomplu jwasslu għaż-żieda fil-każi ta' suwiċidju. Kompla jgħid li waħda mill-fatturi għaliex l-irġiel joqgħodu lura biex jirrikorru għall-għajnuna hija minħabba l-mistħija. "Bl-ingliż ngħidu, shame, il- biżà li jekk jiena niftaħ qalbi mat-terpista jew ma xi ħadd ieħor, mhux se jibqgħu jarawni f 'dawl pożittiv jew sempliċement kif kienu jarawni qabel," qal Briffa. Fl-istess waqt jistaqsi, "l-irġiel qegħdin jikellmu ma' xulxin? Għaliex meta jaraw lil xi ħadd kwiet ma jistaqsux jekk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 November 2022