Illum previous editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 "Jekk jogħġobok innota li użajt il-kelma 'jidhru' u 'lesti'. Dan għaliex l-elezzjonijiet ta' nofs it-terminu saru nhar it- Tlieta u r-riżultati tagħhom għad iridu jiġu ffinalizzati u rrappurtati b'mod meqjus, u jien qed nwieġeb illum il-Ħamis," iċċara mal-ILLUM. Huwa qal illi sal-ħin li kien qed iwieġeb għalhekk jidher li r-Repubblikani se jkollhom kontroll tal-Kamra tar- Rappreżentanti, b'maġġoranza ta' madwar 230 minn 435 siġġu. Huwa qal li s-Senat jista' jkun ukoll illi jispiċċa b'maġġoranza tar-Repubblikani. 'L-Istati Uniti għandha tagħti aktar attenzjoni lill-proċess elettorali, qabel tippriedka..." "Jekk il-Kamra u s-Senat kellhom jaqgħu f 'idejn ir- Repubblikani, il-President Biden u l-Gvern tiegħu se jsibuha verament diffiċli sabiex jgħaddu kwalunkwe leġiżlazzjoni progressiva, peress li l-Kungress biss għandu l-awtorità leġislattiva," fakkar Flores, li rrimarka kif minkejja li l-Istati Uniti tipproġetta lilha nnifisha ħafna bħala ċentru ta' kif għandha taħdem id- demokrazija, ikun aħjar li ddur dawra mas-sistema elettorali. "Nemmen, li l-iżjed nazzjon b's a ħ ħ t u fid-dinja, u dak li jsejjaħ lilu nnifsu l-pilastru tad-demokrazija, għandu jżid l-attenzjoni fuq il-proċess elettorali tiegħu qabel jippriedka fuq ta' ħaddieħor," qal Flores, li fakkar kif jiem wara l-elezzjoni l-Amerikani għadhom ma jafux min se jkollu f 'idejh il-kontroll tal-Gvern tagħhom. Nuqqas ta' poloz u tagħmir li jmur żmerċ Huwa spjega mal-ILLUM għaliex ir-riżultat qed idum daqstant u fakkar ukoll li ħafna mid-dewmien ġej minn fortizzi Demokratiċi, b'mod partikolari f 'Pennsylvania u Arizona. F'Pennsylvania, li hi mmexxija minn Gvernatur u Segretarju tal-Istat - it-tnejn Demokratiċi - il-postijiet tal- votazzjoni ġewwa l-county ta' Luzerne spiċċawlhom il-poloz tal-voti, filwaqt li t-tagħmir tal-elezzjoni wkoll beda jmur żmerċ. Il-kwistjoni tant kienet waħda taħraq u prevalenti li Imħallef kellu jagħti deċiżjoni li l-postijiet tal-votazzjoni għandhom jibqgħu miftuħin sal-għaxra ta' bil-lejl. "Tajjeb li ngħidu li dawn il- kwistjonijiet ġraw f 'County fejn il-maġġoranza tal-voti huma Repubblikani. Sabiex nagħti eżempju, fis-sena 2020 meta saru l-elezzjonijiet Presidenzjali, Luzerne għażlet lil Donald Trump b'57% tal-voti," ikompli mal- ILLUM. Huwa kompla jgħid li f 'Arizona, ġewwa l-County Maricopa, l-ikbar minn 15-il County fl-Istat ta' Arizona, kien irrappurtat li madwar 20% tal- magni ta' votazzjoni tagħhom waqfu minħabba "problemi tekniċi", bil-votanti jkunu mitluba jissottomettu l-poloz tal-voti tagħhom fil-magni mingħajr ma jkunu skennjati. "L-iżjed ħaġa interessanti dwar in-nuqqasijiet ta' Arizona hi li s-Segretarju tal-Istat - li hu l-uffiċċjal pubbliku responabbli li jissorvelja l-proċess elettoral u jivverifika l-kandidati - hi Katie Hobbs, il-kandidat Demokratiku li kkontestat f 'dawn l-istess elezzjonijiet għall-Gvernatur tal-Istat ta' Arizona." "Fl-aħħar mill-aħħar għad irridu nistennew u naraw x'se jkun ir-riżultat aħħari, biss nafu fiċ-ċert li hemm iżjed mistoqsijiet milli tweġibiet, sakemm id- dewmien se jibqa' jippersisti, " argumenta Clint Flores. Midja, infrastruttura elettorali u Biden Għalhekk huwa qal li hemm tliet konklużjonijiet għalih minn dak li ħareġ sa issa mill- elezzjoni. Huwa qal illi l-ewwelnett il-midja "tradizzjonali" u "mainstream" (ma qalx għal min qed jirreferi) - skont hu - qed tonqos lill-elettorat amerikan meta "ipproġettat mewġa ħamra, meta l-votazzjoni indipendenti ma indikatx dan. Dan juri nuqqas ta' preċiżjoni fir-rappurtaġġ u anke fil- veraċità tal-istħarriġ u titfa' dubji fuq ix-xjenza tal-istħarriġ fuq l-opinjoni pubblika." It-tieni punt li semma' huma l-problemi fl-infrastruttura marbuta mal-proċess elettorali. "Bla ma trid iqajmu mistoqsijiet bla bżonn speċjalment mill- aktar pajjiż tekonoloġikament avvanzat u sofistikat fid-dinja. Il- votanti Amerikani jixraqilhom l-aqwa infrastruttura." U finalment Clint Flores itemm isemmi lill-President attwali, Joe Biden. Huwa qal li fis-sentejn li ġejjin se naraw lill-President Biden, "isir ftit aktar ineffettiv - aktar malajr - milli qed nistennew, peress li bit-telf taż-żewġt ikmamar tal- Kungress, se jitlef kwalunkwe saħħa li jgħaddi liġijiet mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti l-kunsens lir-Repubblikani." Huwa temm jinnota kif tħabbar li l-President Joe Biden ħabbar li għandu laqgħa uffiċjali mal- Mexxej Ċiniż Xijiinping fiċ-Ċina, dwar il-kwistjoni tat-Tajwan. "Nemmen, li se jkunu diskussi affarijiet lil'hinn mit-Tajwan u personalment nemmen ukoll li hu nuqqas li ma infurmawx lill-pubbliku qabel l-elezzjonjiet dwar diż-żjara, għax finalment laqgħat diplomatiċi ikunu ilhom jiġu diskussi. Ovvjament, ma tqumx l-għada tal-elezzjoni u tgħid irrid laqgħa uffiċjali. Nistennew, u naraw x'se jkun l-eżitu ta' dil-laqgħa. Nittama li mhux dak li qed naħseb!" temm jgħid Flores mingħajr ma kompla jelabora. Clint Flores

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 November 2022