MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

Ħafna traffiku, ħafna inċidenti, imwiet u nies 06 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Ċifri tal-NSO juru illi fi tliet xhur f'Birkirkara biss seħħew aktar inċidenti tat-traffiku minn Għawdex kollu f'daqqa. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn iċ-ċifri u titkellem ma' sewwieq ta' mutur u d-Doctors for Road Safety... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'Birkirkara seħħew iktar inċidenti bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena milli seħħew f 'Għawdex kollu probabbilment f 'riflessjoni wkoll tal-fatt li din il-lokalità - it-tieni l-akbar raħal f 'Malta - għandha fiha diversi toroq arterjali li minnhom jgħaddu eluf ta' karozzi kuljum. Birkirkara hemm fiha u madwarha il-bypass li tibqa' sejra għall-Isptar Ġenerali Mater Dei u l-Università u lejn Ħal Lija fid-direzzjoni opposta, it-Triq tal-Wied (Valley Road) - li prattikament taqsam il- lokalità fin-nofs, mill-Imsida sa Ħal Balzan - u Psaila Street, li tgħaddi minn Birkirkara, Santa Venera u tibqa' sejra kważi sal- Ħamrun. Fil-fatt skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika jirriżulta li bejn Jannar u Settembru ta' din is- sena f 'Birkirkara seħħew l-akbar numru ta' inċidenti, b'total ta' 827 li fil-fatt huwa 111-il inċident aktar mill-istess perjodu s-sena l-oħra u jirrapreżenta 6.7% tal- inċidenti kollha li seħħew f 'dan il-perjodu. Fix-xhur tas-sajf biss seħħew 273 inċident f 'din il- lokalità, jew żieda ta' 20 inċident mill-2021. Dan huwa aktar mill-14- il lokalità Għawdxija kollha f 'daqqa hekk kif fl-ewwel disa' xhur tas-sena hawnhekk seħħew 798 inċident b'kollox, bl-aktar lokalità li fiha seħħew inċidenti - kif mistenni - tkun ir-Rabat (Victoria) b'243 u l-inqas tkun waħda mill-iżgħar lokalitajiet ta' Malta, San Lawrenz fejn seħħew seba' inċidenti biss. Ta' min wieħed ifakkar illi minkejja ċ-ċokon fil-popolazzjoni, il- lokalità ta' San Lawrenz xorta tattira diversi vetturi lejha għal dawk l-eluf ta' Maltin u anke barranin li qabel kienu jinżlu jaraw l-Azure Window u fejn hemm ukoll il-bajja magħluqa tad-Dwejra. Lokalitajiet oħrajn fejn, skont l-NSO, seħħew numru konsiderevoli ta' inċidenti huma Ħal Qormi (583), Il-Mosta (574) u anke San Pawl il-Baħar (573). Dawn huma kollha lokalitajiet ippopolati ħafna u fil-każ tal- aħħar tnejn, hemm numru kbir ta' stabbilimenti - kif ukoll imdawwrin b'toroq arterjali li minnhom jgħaddi ħafna traffiku. Lokalitajiet oħrajn fejn seħħew ħafna iktar inċidenti kienu dawk sinonimi ma' toroq traffikużi, fosthom il-Marsa fejn seħħew 431 inċident fl-ewwel disa' xhur tas-sena. Din hija lokalità b'uħud mill-aktar toroq użati, fosthom Triq Aldo Moro u l-Junctions il- ġodda kif ukoll Triq Diċembru 13, li mill-Marsa tieħdok lejn il- Furjana. Tajjeb wieħed jinnota li din l-aħħar triq hija waħda li traġikament fl-aħħar xhur rat diversi jitilfu ħajjithom f 'inċidenti. F'April miet raġel ta' 31 sena mill-Eritrea kmieni filgħodu, it wara miet raġel Sudaniż matul il-lejl ukoll u f 'Awwissu reġa' tilef ħajtu raġel Eritrean. Ta' min wieħed ifakkar ukoll li din is-sena kienet waħda mill-aktar snin illi matulhom tilfu ħajjithom nies fit-toroq ta' pajjiżna - 22 persuna sa issa. Il-lokalitajiet fejn kien hemm numri żgħar ta' inċidenti kienu dawk pjuttost iżgħar u fejn ma hemmx komunità kummerċjali, fosthom Santa Luċija b'16-il inċident f 'disa' xhur, ix-Xgħajra (16), il-Kalkara (20), l-Imtarfa (24), l-Imdina (25) u Ħad Dingli (34). Iż-Żejtun kienet il-lokalità li fit-tielet kwart tas-sena rat l-ikbar tnaqqis fl-inċidenti meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra (-32) segwita minn Ħal Qormi u Ħ'Attard, li t-tnejn raw 29 inċident inqas fil-perjodu in kwistjoni. Interessanti wieħed jinnota li d-distrett li fih hemm Birkirkara u anke Ħal Qormi - u allura dak tat-Tramuntana tal-Port huwa l-iktar wieħed li fih mhux biss seħħew inċidenti tat-traffiku, imma wkoll l-aktar wieħed li fih seħħew inċidenti li fihom persuni sofrew minn ġrieħi. Fil-fatt bejn Jannar u Settembru n-numru ta' nies li weġgħu wara li kienu involuti f 'inċident kienu 321, filwaqt li fix-xhur tas-sajf (Lulju sa Settembru) kienu ta' 124 jew żieda ta' 22.8% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta' qabel. Dan ir-reġjun jinkludi wkoll lokalitajiet bħal Tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke u Ħamrun. B'kuntrast, fil-Punent tal-pajjiż li jinkludi Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat u Ħ'Attard l-inċidenti matul is- sajf naqsu b'37.8% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Min kien l-aktar involut f 'inċidenti? L-anzjani l-inqas, imma mhux iż-żgħażagħ l-aktar! L-istess NSO qasam iċ-ċifri wkoll skont dawk li kienu involuti fl-inċidenti u mhux biss skont il-post fejn seħħ. Minkejja li l-perċezzjoni komuni tista' tkun li dawk iżgħar fl-età huma ġeneralment dawk li l-aktar ikunu involuti f 'inċidenti, speċjalment matul ix-xhur tal- ħruġ u t-tbaħrid tas-sajf, dan ma kienx il-każ din is-sena. Fil-fatt l-aktar persuni li kienu involuti f 'inċidenti kienu dawk bejn is- 26 u l-40 sena b'total ta' 156 u warajhom dawk bejn 41 u 59 sena b'108 persuni. B'kollox kienu 90 persuna bejn it-18 u l-25 sena li kienu involuti f 'inċidenti tat- traffiku f 'dawn it-tliet xhur. Imma kif konna s-sena l-oħra? Fl-2021 - matul Lulju u Awwissu - kienu 86 persuna bejn it-18 u l-25 sena involuti f 'inċidenti u allura fl-istess livelli ta' din is-sena (erba' każi inqas). Dan huwa l-istess għal dawk bejn is-26 u l-40 sena u anke fost dawk bejn il-41 u d-59 sena fejn in-numri baqgħu viċin ħafna ta' xulxin. Minn naħa l-oħra kienu biss 16-il persuna ta' bejn is-60 u l-64 sena li kienu involuti f 'inċident tat-traffiku u 40 persuna minn 65 sena 'l fuq, li kienu involuti f 'inċidenti fit-tielet kwart tas- sena. Il-ġrieħi ta' xufiera ta' muturi kienu aktar "gravi" minn dawk tal-karozzi Intant kif mistenni l-aktar li kien hemm huma inċidenti b'karozzi u anke muturi. Fil-fatt l-istess ċifri juru kif kien hemm total ta' 122 inċident li kienu jinvolvu xufiera ta' karozzi pero' kien hemm aktar, jew 139 li involvew muturi bejn Lulju u Settembru. Huwa ċar ukoll minn din l-istatistika li, għallinqas matul dawn it-tliet xhur, l-inċidenti b'muturi kienu ħafna iktar dannużi hekk kif filwaqt li kienu 46 xufier ta' mutur li weġġgħu gravi, kienu 12-il xufier biss tal-karozza li kellhom l-istess tip ta' ġrieħi. Kienu 60-il passiġġier ta' karozza li sofrew minn ġrieħi, b'persuna waħda saħansitra titlef ħajjitha. Minn naħa l-oħra x-xhur tas-sajf ħasdu l-ħajja ta' ħames persuni oħra li kienu mexjin fit- triq (pedestrians), tnejn li ttajru minn karozzi u tnejn oħra minn muturi, filwaqt li persuna oħra ttajret minn xarabank. 'Is-sitwazzjoni qegħda ssir Mal-ILLUM tkellem Alex Meszaros, sewwieq Ungeriż ta' mutur iżda li ilu jgħix u juża t-toroq Maltin għal it aktar minn 10 snin. Mistoqsi jekk jaħsibx li t-toroq Maltin qed isiru inqas sikuri u r-raġuni għal dan, huwa qal li ma hemmx dubju illi s-sitwazzjoni fit-toroq Maltin qegħda issir "dejjem agħar." Huwa semma' t-traffiku li qed jiżdied u li qed iġib miegħu ukoll "nuqqas ta' rispett kontinwu u frustrazzjoni fit- toroq." Meszaros qal lil din il-gazzetta illi minkejja li llum ir-rispett lejn min isuq il-mutur żdied xi it, xorta jibqa' fatt li qed jiżdiedu l-inċidenti u jgħid li fil-fatt l-inċidenti kollha li kellu hu fl-10 snin kemm ilu hawn, kollha seħħew fl-aħħar tliet snin. Mistoqsi x'jaħseb dwar l-argumenti kuntrarji, li l-muturi jistgħu jkunu soluzzjoni għat-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 November 2022