MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo Għandna ħtieġa ta' politika tat-trasport li tagħmel sens F il-gżejjer Maltin kullimk- ien hu viċin: Prattika- ment tefa' ta' ġebla 'l bogħod. Huwa wkoll fatt stabilit u dokumentat fil-Pjan Nazzjonali tat-Trasport li nofs il-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati huma għal distanzi qosra li jieħdu inqas minn kwarta. Xi ħtieġa hemm li niddependu fuq il-karozzi privati għal distanzi daqshekk qosra? Tul is-snin it-trasport pubbliku kien ittraskurat. Fl-assenza ta' trasport pubbliku sura, u bħala reazzjoni għal dan il-fatt, inevitabilment żviluppajna dipendenza nazzjonali fuq il-karozzi. Il-konġestjoni tat-traffiku hi riżultat ta' dan il-fatt, u mhux kif ġie suġġerit minn Membru Parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern tul il-ġimgħa fil- Parlament, li qal illi dan kollu hu riżultat ta' titjib fil-kwalità tal-ħajja. Kien hemm titjib fit-trasport pubbliku f 'dawn l-aħħar snin, iva, imma li sar mhux biżżejjed. Li jkollna t-trasport pubbliku bla ħlas kienet inizjattiva tajba imma pre-matura. L-ewwel kellhom jittieħdu passi biex ikun effiċjenti u li tista' toqgħod fuqu. Anke d-deċiżjoni mħabbra l-ġimgħa l-oħra mill- Ministru tat-Trasport li ser isir investument biex jinħolqu rotot għaċ-ċiklisti kienet waħda tajba, avolja ftit tard! L-investiment qawwi fl- infrastruttura tat-toroq tul is-snin, b'mod ġenerali, ma kienx minfuq tajjeb għax flok ma iffoka fuq il-kawża tal- konġestjoni tat-traffiku iffoka fuq l-effetti tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji utilizzati fuq it-toroq fil-Marsa, fl-Imrieħel (Central Link) u bnadi oħra fl-aħħar ser jirriżulta li kienu flus moħlija għax il-konġestjoni tat-traffiku, fi żmien qasir, ser terġa titfaċċa, kif wara kollox diġà beda jidher. Ħaddieħor, qabilna, diġa għadda minn din l-esperjenza kif jidher ċar minn biżibilju studji li saru prattikament madwar id-dinja kollha dwar ir-rabta bejn il- konġestjoni tat-traffiku u t-titjib fl-infrastruttura tat-toroq. Huwa biss billi jkunu ipprovduti mezzi alternattivi ta' mobilità sostenibbli li l-imġieba problematika (tagħna lkoll) li żviluppat tul is-snin tista' tkun indirizzata. Imma, sakemm l-awtoritajiet jibqgħu jagħtu sinjali konfliġġenti, ftit li xejn ser ikun hemm tnaqqis f 'dawk li jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-karozza privata. Billi jitwessgħu jew jiżdiedu t-toroq, il-problema mhux ser tissolva, anzi l-problema ser tiggrava ruħha. Is-sussidju fil- prezz tal-petrol u d-dijżil għal kulħadd jagħti messaġġ wieħed u ċar li l-awtoritajiet ma jqisux illi d-dipendenza fuq il-karozza privata hi waħda problematika. Hemm tlett fatturi li rridu niffaċċjaw: Il-konġestjoni tat-traffiku, l-prezz tal-petrol u d-dijżil u l-elettrifikazzjoni tat-trasport. Jekk indirizzati sewwa, t-tlieta li huma jistgħu jkunu ta' għajnuna biex nersqu lejn sitwazzjoni ta' mobilità sostenibbli. Il-perjodu ta' tranżizzjoni, imma, joħloq diffikultà għal bosta jekk nibqgħu mexjin ħażin. Iktar ma ndumu biex nieħdu l-passi meħtieġa, iktar se jkunu kbar il- problemi li rridu niffaċċjaw. Il-parti l-kbira tax-xogħol li sar fit-toroq serva biex jipposponi il-konsiderazzjoni ta' din il-problema. Is-sussidji jagħmlu s-sitwazzjoni agħar għax jinjoraw l-eżistenza tal- problema. Min-naħa l-oħra, l-proċess tal-elettrifikazzjoni tat- trasport, jekk ma jkunx marbut ma' eżerċizzju determinat li jwassal għal tnaqqis sostanzjali tal-karozzi mit-toroq ser iżid problema oħra: Dipendenza ikbar għall-elettriku fuq sorsi minn barra l-pajjiż. Is-sovranità fil-qasam tal-elettriku ilha li taret mar-riħ: is-sitwazzjoni anke f 'dan il-qasam ser tmur għall-agħar. It-tieni interconnector tal- elettriku ma' Sqallija ser tagħmel is-sitwazzjoni agħar milli hi illum. Apparti id-dipendenza fuq il-karozza privata issa ser inkunu iktar dipendenti fuq l-elettriku ġġenerat fi Sqallija. Ilkoll nafu dan x'ifisser kull meta niftakru fil-konsegwenzi meta l-interconnector ma ħadimx jew għal xi raġuni kien bil-ħsara! Jeħtieġ li mmorru lil hinn mir- retorika u nieħdu passi qabel ma jkun tard wisq. Hu possibli, anke f 'dawn iċ-ċirkustanzi, li min hu vulnerabbli jkun imħares. Dan ikun ifisser li flok ma jkun issussidjat il-petrol u id-dijżil għal kulħadd, tingħata għajnuna ffukata lil dawk li verament għandhom bżonn. Il-persuni kollha b'diffikultà ta' mobilità għandhom ikunu mgħejjuna jiffaċċjaw l-isfida ta' bidla bħal din. Imma li nibqgħu bis-sussidji għal kulħadd la jagħmel sens u lanqas ma hu sostenibbli, kemm ekonomikament kif ukoll ambjentalment u soċjalment. L-ippjanar għall-użu tal-art jista' jkun ta' għajnuna konsiderevoli ukoll kemm-il darba jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-komunità kollha u ma jibqax jillimita ruħu biex jagħti servizz lill-iżviluppaturi. Jeħtieg nassiguraw li kull komunità lokali tkun awto-suffiċjenti f 'dawk li huma ħtiġijiet bażiċi u allura jonqos il- moviment għal din ir-raġuni. Id-dibattitu dwar it-tibdil fil-klima hu opportunità unika biex naħsbu sewwa dwar kif qed nippjanaw l-ibliet u l-irħula tagħna biex nilqgħu għal din l-emerġenza. Din l-idea ġiet kristalizzata fil-proposta magħrufa bħala 'the 15-minute city' ta' Carlos Moreno, arkitett konsulent tas-sindku ta' Pariġi. Tfisser tibdil sostanzjali fl- ippjanar urbanistiku b'mod li jkun assigurat li l-ħtiġijiet bażiċi tagħna kollha jistgħu jinqdew fil-komunità fejn ngħixu, u dejjem ikunu fil-viċin - mhux iktar minn kwarta 'l bogħod. Carlos Moreno jitkellem dwar dik li jsejjaħ ċirkularità soċjali biex il-ħajja fi spażji urbani tkun ibbażata fuq sitt funzjonijiet bażiċi: Residenzi diċenti, xogħol fil-viċin, servizzi fil-madwar, aċċess sostenibbli għall-edukazzjoni, saħħa u servizzi kulturali fil-madwar. Huwa meħtieġ li nagħtu ħarsa sewwa lejn l-istil tal-ħajja tagħna u nadattawha għal dawn il- parametri. Kull ma nagħmlu hu marbut katina. Ħaġa għandha impatt fuq oħra. Fl-aħħar mill-aħħar il-konġestjoni tat-traffiku u id-dipendenza tagħna fuq il- karozza privata huma riżultat tal-istil ta' ħajja li għażilna. Bi ftit ħsieb, ħieles minn preġudizzji, nistgħu nħollu r-rabta tagħna mal-karozza: Naddottaw stil ta' ħajja differenti li bla dubju tkun waħda ferm aħjar kif ukoll sostenibbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 November 2022