Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 kultura illum • IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 l-kurżitajiet, il-misteri u l-istorja tal-Addolorata (1) Mill-kanċell prinċipali sal-kappella ... mixja ta' fidi Meta wieħed iżur iċ-Ċimiterju, x'aktarx li jmur fuq il-qabar tal-familja jew ta' xi ħabib u jieqaf hemm, iżda l-Addolorata jinkludi mixja ta' fidi li tirrappreżeta t-twemmin tan-Nisrani. Dan kien fil-ħsieb tal-arkitett Galizia stess li jippreżenta mixja spirtwali. Il-kanċell imponenti jissimbolizza l-bidu tal- mixja spiritwali tal-bniedem. Minnufih, mill-kanċell, wieħed isib bħal fetħa kbira u fiċ-ċentru tagħha, prominenti, salib kbir. Warajh, loġġa bi tlettax-il arkata. L-arkata tan-nofs tissimbolizza lil Kristu u s-sitta l-oħra fuq kull naħa jissimbolizzaw l-appostli, dawk li mxew warajh. Wieħed bilfors irid jgħaddi mill-arkata tan- nofs biex jimxi lejn il-kappella għax Kristu biss huwa t-triq tas-salvazzjoni. Warajha wieħed isib vaska bil-ħut li tissimbolizza l-Magħmudija. Wara l-vaska hemm żewġ toroq li donnhom huma dirgħajn miuħa. Dawn huma d-dirgħajn tal-Knisja li tilqa' fi ħdanha lil dan il-membru ġdid bil-għan li tgħinu jasal għall-ħajja ta' dejjem. It-triq għan-Nisrani mhijiex faċli u għalhekk li biex tasal sal-kappella, it-triq hija għat-telgħa u iebsa. B'kollox wieħed isib 135 tarġa u ma hemm l-ebda poġġamman biex jgħinek. Malli t-taraġ jintemm, wieħed jitla' z-zuntier u eventwalment jidħol fil-kappella. In-Nisrani jkun laħaq il-milja tiegħu u jkun sab ruħu fid- Dar tal-Mulej. Madwar il-kappella wieħed isib ukoll il- Via Sagra. Qabel, is-siġar kollha taċ-ċimiterju kienu taċ-ċipress iżda dawk ta' madwar il- Via Sagra huma palm u żebbuġ, simboli tal- Passjoni ta' Kristu. Galizia ried ukoll li l-oqbra jkunu jħarsu kollha lejn il-kappella, bħal fi ċrieki dejjem jitwessgħu, biex dakinhar tal-Ġudizzju, ħadd ma jqum dahru lejn Alla. Maż-żmien, minħabba l-estensjonijiet, dan is-simbolu ntilef. Il-Monument ta' Alberici u l-misteru warajh L-ewwel qabar li żorna ma' Eman Bonnici, kien dak tal-Kavallier Alberici. Jinkludi monument mhux kbir imma huwa mill-isbaħ u wieħed mill-aktar partikolari tal-Addolorata. Bonnici spjega kif Angelo Alberici kien minn Modena u kien il-Konslu Taljan f 'Malta. Miet ta' 45 sena fil-Belt Valletta fit-30 ta' Ġunju 1884. Il-ħsieb kien li hu jindifen f 'Malta temporanjament, iżda sal-lum għadu jistrieħ fiċ-Ċimiterju tal- Addolorata. Kienet l-armla tal-Konslu, Agnese xebba Marcofioli li xtrat żewġ oqbra fit-18 ta' Ottubru tal-istess sena. Fil-monument tidher mara u tifla għarkupptejhom. Il-mara qed tħares lejn xbieha ta' Alberici rbuzzata u t-tifla, b'idha marbuta mal-mara, qed tħares lejha donnu biex issabbarha. Minkejja li l-monument juri familja, mhuwiex ċert jekk dawn il-figuri humiex tal-armla u t-tifla ta' Alberici. Fil-fatt ma hemm l-ebda informazzjoni dwar xi wild li dawn seta' kellhom u lanqas ħadd ma jaf x'ġara minn martu wara. Tant u hekk li minkejja li l-monument huwa mibni fuq żewġ oqbra, taħt dan il- monument hemm midfun biss il-Konslu u meta tpoġġa dan il-monument, l-oqbra kienu ssiġġilati darba għal dejjem. Bonnici spjega li kienet saret riċerka kbira fuq dan ir-raġel anke bl-għajnuna tal-awtoritajiet f 'Modena u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan. Mir-riċerka ġie stabbilit li għall-Italja, dan ir-raġel ma kienx miżżewweġ. Allura dan jew iżżewweġ Malta jew inkella kien Konslu xi mkien ieħor qabel Malta u żżewweġ hemm. "Imkien ma sibna li dan kellu tifla. Misteru ieħor. Din il-mara u t-tifla x'sar minnhom? Marru lura l-Italja. Fittixna ħafna. Sibna biss li hu kellu ħafna aħwa u ħadd minnhom ma żżewweġ." Il-monument, għall-kuntrarju tal- bqija tal-monumenti li huma tal-ġebel jew tal-irħam, huwa maħdum fil-fuħħar. Fil-fatt dan huwa uniku fiċ-ċimiterju kollu. Bonnici spjega kif ir-raġuni għaliex huwa tal-fuħħar x'aktarx li hi sempliċi ħafna. Qabel monument jinħadem fil- bronz, l-ewwel jinħadem fit-tafal jew il- fuħħar. Jista' jkun, li l-armla ordnat dan il-monument iżda ndunat li l-bronz huwa għoli ħafna u minflok użat 'l-abbozz.' Bonnici qal li mhuwiex magħruf minn ħadem dan il-monument għalkemm huwa attribwit lil Filippo Antonio Cifariello għax l-istess artist Naplitan ħadem diversi monumenti simili. Fil-fatt, spjega Bonnici, monumenti bħal dan f 'ċimiterji fl-Italja huwa komuni mmens iżda f 'Malta huma it u partikolari. Dawn il-monumenti għaliex mhux jiġu rrestawrati? Dan il-monument illum ma tantx jinsab fi stat tajjeb. Partijiet minnu qed jispiċċaw anke għax it-tafal mhux b'saħħtu. Allura ma jistax jiġi rrestawrat? Bonnici fakkar li l-qabar jibqa' dejjem proprjetà tal-familja. Spjega kif hemm oqbra li għadhom imkaħħla bid-deffun u dan ifisser li ilhom aktar minn 70 sena ma jinfetħu. Minkejja dan, il-qabar, jibqa' jgħajjat lil sidu u lil ħadd aktar. Kompla jispjega kif meta Ugo Mifsud Bonnici kien għadu Ministru tal-Edukazzjoni, kien hemm sforz biex dan il- monument isir replika tiegħu biex l-oriġinal jinżamm f 'mużew u jkun ippreservat. "L-idea kienet tajba imma ħadd mill-qraba ma ħareġ dan il- permess. Dan jista' jinqala' xi qarib xi darba u ma jiħux gost b'xi ħaġa hekk. Sa issa qatt ma sibna li hemm dixxendent. Il-misteru huwa dan. Din it-tifla vera eżistiet jew dan huwa sempliċiment punt romantiku? Jekk eżistiet x'sar minnha?", staqsa Bonnici. Sa issa dan il-misteru għadu midfun taħt dan il-monument uniku u sadanittant iż-żmien jibqa' jisraq mis-sbuħija tiegħu. Apparti minnn hekk, kompla Bonnici, hemm oqbra li fuq xewqa tas- sid stess, ġew issiġġilati jiġifieri ma jistgħux jerġgħu jinfetħu jew jindifen xi ħaddieħor fihom. Allura, għax ma jkunx hemm interess mill-qraba, aktar u aktar hemm ċans li dawn ma jiġu qatt irrestawrati. "Meta tixtri qabar tixtrih b'mod perpetwu. Jekk qabar inxtara mitt sena ilu, dan jibqa' ta' min xtrah. Min għandu dritt jindifen fih, ma jfissirx li huwa s-sid tal-qabar u jindifen biss, bis-saħħa ta' dak li xtara l-qabar oriġinarjament, " kompla jispjega Bonnici. Fi kliemu tant kemm l-amministrazzjoni ma għandha l-ebda jedd fuq l-oqbra li lanqas ritratt ma jieħdu. Fi kliem Bonnici, jiġu nies jistaqsu biex jieħdu ritratt ta' xi qabar partikolari bħal ta' Borg Olivier jew Mintoff iżda l-permess ma jingħatax sakemm ma tkunx qablet il-familja, għax dak huwa qabar privat. "Il-qabar mhuwiex proprjetà tiegħi," insista Bonnici. Eman Bonnici Il-Monument ta' Micali. Ritratt ta' James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022