Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 kultura IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Dawra fl-akbar belt ta' Malta; L-ILLUM dwar l-kurżitajiet, F'sensiela ta' artikli, f'dan ix-xahar li fih niftakru f'dawk li ħallewna, il-gazzetta ILLUM iżżur iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u tesplora l-kurżitajiet, il-misterji u l-istorja tiegħu flimkien ma' Eman Bonnici li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-akbar belt f'Malta YENDRICK CIOFFI Mimli arti, kwiet u serenità. Fl-istess ħin inikktek anke jekk għan-Nisrani għandu jqanqal sens ta' tama għax jemmen li l-mewt mhijiex it-tmiem u jekk il-ġisem jintemm fil-qabar, ir-ruħ tgħix għal dejjem. B'aktar minn 300,000 difna, iċ-Ċimiterju tal- Addolorata huwa l-akbar belt f 'Malta. L-ILLUM żaret u daret iċ-Ċimiterju ma' Eman Bonnici, responsabbli mill- amministrazzjoni u awtur ta' ktieb dwar l-Addolorata. Miegħu tkellimna dwar il-karatteristi taċ-Ċimiterju u dorna oqbra partikolari li warajhom hemm storja interessanti x'wieħed jirrakkonta. Kull qabar hemm warajh persuna jew familja u anke l-isforz ta' qrabathom biex jibqgħu ifakkruhom bl-aħjar mod possibbli. F'din is-sensiela ta' artikli se nitkellmu dwar dan, bl- għajnuna ta' Bonnici u tal- ktieb tiegħu. Illum inħarsu lejn l-istorja u nżuru l-ewwel monument. Il-ġimgħa d-dieħla nitkellmu fuq aktar oqbra partikolari u kurżitajiet dwar iċ-ċimiterju, inkluż is-serq. Inbena ċimiterju ġdid imma ħadd ma ried jindifen fih Jekk illum, iċ-ċimiterju tal- Addolorata huwa meqjus bħala ċ-ċimiterju nazzjonali, oriġinarjament dan infetaħ għan- nies tal-Belt, il-Furjana u tat-Tlett Ibliet. Irħula oħra kellhom u għad għandhom iċ-ċimiterji tagħhom u ta' min ifakkar li dak iż-żmien, id- dfin fil-knejjes kien komuni jekk mhux in-norma wkoll. L-inħawi tal-Belt u l-Kottonera kienu wkoll l-aktar bnadi popolati minħabba t-Tarzna u l-x-xogħol fil- portijiet. Iċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata u l-forma arkitettonika tiegħu kellu jkun rivoluzzjoni hekk kif bis-saħħa tiegħu f 'Malta daħal l-istil neo-Gotiku. Kien l-arkitett Belti Emmanuele Luigi Galizia li ppreżenta l-pjanta tiegħu fl-1863 u din minnufih intlaqgħet. Jingħad li biex wasal għall-ideal tiegħu, l-arkitett Galizia żar ħdax- il ċimiterju differenti madwar l-Ewropa. Iċ-Ċimiterju tal-Addolorata nbena fi żmien seba' snin u x-xogħol sar taħt is-superviżjoni ta' Mikiel Busuttil, Perit tal-Gvern li kien Għawdxi u niżel joqgħod Ħal Tarxien biex ikun eqreb tal-post. Iċ-ċimiterju tbierek fit-tieni Ħadd ta' Mejju tal-1869 u l-kappella ġiet ikkonsagrata fl-20 ta' Mejju tal-istess sena. Iżda ta' min isemmi li dan ma jfissirx li d-dfin beda minnufih u mexa ħarir. In-nies kienu mdorrija għal sekli sħaħ jidfnu lil nieshom fil- knejjes u ma tantx niżlithom tajjeb li jidfnu lill-qraba tagħhom f 'ċimiterju 'l bogħod minn fejn jgħixu. Kienu mdorrija jidħlu fi knisja u minnufih imorru jsellmu lil qrabathom. Ma ninsewx li dak iż-żmien, ma kienx hawn il-mezzi tal-lum biex wieħed jivjaġġa. Kienu ddaħħlu diversi inċentivi biex in-nies jitħajru jidfnu lill- qrabathom hawn. Fost oħrajn, il- Gvernatur Grant ħareġ ordinanza biex jipprojbixxi d-dfin fil-limiti tal-Belt, il-Birgu, l-Isla, Bormla u l-Furjana. Bis-saħħa tagħha, persuni li kellhom qabar fil-knejjes, li issa d-dfin fihom kellu jieqaf, ingħataw bi bdil biċċa art fiċ-Ċimtiterju li fiha seta' jitħaffer qabar. Dan kien jgħodd ukoll għall-fratellanzi. Kif jiġri dejjem, din id-drawwa damet it mhux ħażin ma tidħol fis-seħħ u d-dfin fil-knejjes baqa' għaddej sakemm inqata' totalment fl-1872. Inċentivi oħra kienu jinkudu quddiesa pro-populo ċċelebrata ta' kuljum mill-kustodji taċ- Ċimiterju, dfin b'xejn fil-qabar tal- komun għal min ma kellux qabar tiegħu u anke daqq ta' qniepen b'xejn għax min jagħmel użu miċ- Ċimiterju. L-ewwel persuna li ndifnet kienet Anna Magro li mietet fl-Isptar Ċentrali tal-Furjana. Din kienet tallaba armla u l-katavru tagħha baqa' ma ġabru ħadd. Hija kienet min-Naxxar imma għax mietet il- Furjana, inħareġ il-permess biex tindifen fl-Addolorata. Fi kliem sempliċi, sabu skuża, biex issir l-ewwel difna. Kienu l-Bormliżi li taw spinta lill-Addolorata għax qablu li jibdew jużaw dan iċ-ċimiterju. Dan il- ġest kien apprezzat immens tant li l-Isqof tad-Djoċesi, Monsinjur Pace Forno, ħarġilhom privileġġ biex il-mejtin Bormliżi jiddaħħlu fil-kappella tal-Addolorata għall- aħħar talb qabel id-dfin. Id-dfin it it qabad u matul is-snin saru diversi estensjonijiet fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Fl- 1889 inxtrat l-ewwel art għal dan il-għan. Dwar id-dfin fl-Addolorata, kif dan infetaħ għal kulħadd u l-famuża 'Miżbla' se nitkellmu aktar f 'artikli oħra ta' din is-sensiela fil- ġimgħat li ġejjin, anke għax hemm xniegħat li mhumiex minnhom. Wieħed mill-isbaħ anġli fl- Addolorata li jinsab fuq bieb ta' kappella privata xogħol ta' Francesco Saverio Sciortino. Ritratt ta' James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022