Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 FIFA World Cup Qatar 2022 IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Id-dinja tieqaf u ssegwi l-logħba tal-ballun… Min se jirbaħ L-orġini, il-kurżitajiet, il-Qatar, ir-rebbieħa kollha u l-istorja tat-trofej… Anthea Cachia tagħti ħarsa lejn dak kollu li jagħmel it-Tazza tad-Dinja dik li hi illum… Tant maħbuba u tant segwita L-istorja tat-Tazza tad-Dinja: Kurżitajiet u oriġini L-ewwel Tazza tad-Dinja seħħet fl-1930 fl-Urugwaj, organizzata mill-President tal- Federazzjoni Internazzjonali tal- Assoċjazzjoni tal-Futbol (FIFA), Jules Rimet. L-għan tiegħu kien li jsir turnament li jlaqqa timijiet tal-futbol tal-irġiel minn kull kantuniera tad-dinja. Fil-fatt l-ewwel turnament ġew mistiedna 13-il tim internazzjonali. It-tazza tad-dinja tintlagħab kull erba' snin biex tagħti ċans lit-timijiet ta' madwar id- dinja jorganizzaw il-logħob addizzjonali, li r-rebbieħa tagħhom sussegwentament jikkwalifikaw għat-tazza tad-dinja. It-timijiet għal dawn il-logħob jitqassmu f 'konfederazzjonijiet ibbażati fuq ir-reġjuni ġeografiċi li jinstabu fihom. Fil-fatt sa' issa hemm sitt konfederazzjonjiet b'kollox. Din is-sena l-Italja - b'dispjaċir kbir għal diversi Maltin li jsegwuhom - l-Isvezja u l-Ukrajna fost oħrajn ma kkwalifikawx biex jipparteċipaw f 'waħda mill-ikbar kompetizzjonijiet sportivi fid- dinja. Sa' issa l-Brazil huwa l-aktar pajjiż li rebaħ din il- kompetizzjoni, b'ħames rebħiet. Segwiti mill-Italja u l-Ġermanja li rebħu erba' darbiet kull wieħed. Tajjeb li nsemmu li l-aħħar tazza tad-dinja, nofs il- popolazzjoni dinjija, jiġifieri 3.572 biljun raw il-logħob tat- tazza tad-dinja minn djarhom. Sa' issa qed jiġi stmat li tal- 2022 se taqbeż din iċ- ċifra b'total ta' 5 biljun segwaċi. Għaliex il-Qatar? Għall-ewwel darba fl-istorja, it-tazza tad-dinja se tintlagħab f 'pajjiż tal-ilvant nofsani u fix-xhur tal-ħarifa. Dan għaliex, it-temeperaturi fil-ġimgħat sajfin tal-Qatar jaqbżu l-45grad, fil-fatt anke issa - u wkoll għall-ewwel darba - l-istadiums tal-Qatar se jkunu mgħammra bl-arja ikkundizzjonata (AC). Hemm ħafna kontroversji fuq kif intagħżlet il-Qatar bħala d-destinazzjoni li tospita t-tazza tad-dinja tal-2022, iżda b'mod ġenerali l-pajjiż jintagħżel permezz ta' sistema ta' votazjoni. Apparti minn hekk dawn id-destinazzjonijiet jintagħżlu seba' snin qabel ma tkun skedata t-tazza tad-dinja li jmiss. Madankollu dik tal- Qatar ġiet uffiċjalment magħżula fl-2010 ma' tal-2018, li saret fir-Russja. Tajjeb li nsemmu wkoll li għat-tazza tad- dinja li jmiss, jiġifieri dik tal-2026 se ssir fi tliet partijiet tal-Istati Uniti: L-Amerka, il-Kanada u l-Messiku. Dawn se jitqassmu f 'żewġt ibliet fil-Kanada: Toronto u Vancouver, fi tliet ibliet fil-Messiku: Monterey, Mexico City u Quadalajara u 11-il belt fl-Amerka; Boston, Atlanta, Dallas, Houston, Kansas City, Lost Angeles, New York City, Jersey, Philadelphia, San Francisco Bay Area, Seattle. Instant għall-2030, sal-ġimgħa li għaddiet, ġew ikkonfermati l-Arġentina, ċ-Ċili, il- Paragwaj u l-Urugwaj li tefgħu n-nomina biex ikunu d-destinazzjoni ta' dik is-sena. Fi żmien 92 sena, min kienu l-aktar plejers li skurjaw? 1. Cristiano Ronaldo irnexxielu jiskurja 18-il darba f 'erbgħa turnamenti tat-tazza tad-dinja. 2. Miroslav Klose skurja 16-il darba f 'erbgħa turnamenti tat- tazza tad-dinja. 3. Gerd Müler skurja 14-il darba f 'żewġ turnamenti tat-tazza tad-dinja. 4. Just Fontaine, jikser ir-rekord fl-istorja tat-tazza tad-dinja hekk kif skurja 13-il darba f 'turnament wieħed tat-tazza tad-dinja. Plejers li skurjaw sitt darbiet f 'turnament wieħed tat-tazza tad- dinja kienu: Enrich Probst (1954), Josef Hügl (1954), Pélé (1958), Helmut Rahn (1958), Helmut Haller (1966), Mario Kempes (1978), Paolo Rossi (1982), Gary Lineker (1986), Salvatore Schillaci (1990), Hristo Stoichkov (1994), Oleg Salenko (1994), Darov Šuker (1980), James Rodríguez (2014) u Harry Kane (2018). It-trofew l-antik: Dan intuża mill-FIFA għal 40 sena Ritratt ta' waħda mill-ewwel logħbijiet tal-ewwel edizzjoni tatTazza tad-Dinja Għall-ewwel darba se jintużaw erba' stadiums biss. Sa' issa l-inqas pajjiż li għamel użu minn stadiums kienet l-Arġentina fl-1978, b'sitta biss Gerd Müler Cristiano Ronaldo Maradona iżomm it-trofew għar- rebħa Arġentina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022