Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585
09 illum • IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 FIFA World Cup Qatar 2022 Fejn saru l-edizzjonijiet passati tal-World Cup u min rebaħhom? 1930: Intlagħbet l-Urugwaj. L-Urugwaj tirbaħ lill-Arġentina (4-2) 1934: Intlagħbet l-Italja. L-Italja tirbaħ liċ-Ċekoslovakkja (2-1) 1938: Intlagħbet fi Franza. L-Italja tirbaħ lill-Ungerija (4-2) 1942 u 1946: Ma saritx. 1950: Intlagħbet il-Brażil. L-Urugwaj tirbaħ lill-Brażil (2-1) 1954: Intlagħbet l-Iżvizzera. Il-Ġermanja tal-Punent tirbaħ lill-Ungerija (3-2) 1958: Intlagħbet l-Iżvezja. Il-Brażil tirbaħ lis-Svezja (5-2) 1962: Intlagħbet iċ-Ċili. Il-Brażil tirbaħ liċ-Ċekoslovajja (3-1) 1966: Intlagħbet l-Ingilterra. L-Ingilterra tirbaħ lill-Ġermanja tal-Punent (4-2) 1970: Intlagħbet il-Messiku. Il-Brażil tibraħ lill-Italja (4-1) 1974: Intlagħbet il-Ġermanja tal-Punent. Il-Ġermanja tal-Punent tirbaħ lill-Olanda (2-1) 1978: Intlagħbet l-Arġentina. L-Arġentina tirbaħ lill-Olanda (3-1) 1982: Intlagħbet Spanja. L-Italja tibraħ lill-Ġermanja tal-Punent (3-1) 1986: Intlagħbet il-Messiku. L-Arġentina tibraħ lill-Ġermanja tal-Punent (3-2) 1990: Intlagħbet l-Italja. Il-Ġermanja tal-Punent tirbaħ lill-Arġentina (1-0). 1994: Intlagħbet l-Amerika. L-Italja tirbaħ lill-Ġermanja tal-Punent. Il-logħba spiċċat xejn b'xejn iżda imbagħad il-Ġermanja rebħet permezz tal-penalties (3-2) 1998: Intlagħbet fi Franza. Franza tibraħ lill-Brażil (3-0) 2002: Intlagħbet fil-Ġappun u l-Korea ta'isfel. Il-Brażil tirbaħ lill-Ġermanja (2-0) 2006: Intlagħbet il-Ġermanja. L-Italja tirbaħ lill-Franza. Il-logħba spiċċat wieħed b'wieħed iżda imbagħad l-Italja rebħet permezz ta' penalties (5-3). 2010: Intlagħbet l-Afrika ta' Isfel. Spanja tirbaħ lill-Olanda (1-0) 2014: Intlagħbet il-Brażil. Il-Germanja tirbaħ lill-Arġentina (1-0) 2018: Intlagħbet ir-Russja. Franza tirbaħ lill-Kroazja (4-2) jirbaħ it-Tazza tad-Dinja tal-2023? Moħbija min-Nazzisti u misruqa darbtejn. X'inhi l-istorja tat-Trofew ikoniku? It-trofew tat-tazza tad-dinja mhijiex l-unika premju għat-tim, jew aħjar għall-pajjiż, rebbieħ però wieħed ma jistax jiċħad il-fatt li għandha valur kbir. It-trofew tad- deheb għandha ġrajjiet ikoniċi fil- fatt il-viżjoni ta' Maradona jgħolli t-trofew, meta l-Messiku rebaħ fl-1986, għadha fil-memorja ta' ħafna nies madwar id- dinja. Tajjeb li n f a k k r u wkoll li minkejja li waqt i t - Ti e n i G w e r r a D i n j i j a żewġ edizzjonijiet tal-World Cup ma sarux, il-Viċi President tal-FIFA ta' dak iż-żmien, Ottorino Barassi ħareġ it-tazza mill-bank tefaha f 'kaxxa taż-żraben u ħbiha taħt is-sodda bil-għan li ma tinsteraqx min-Nazzisti. Ħafna ma jafux iżda li fl-istorja ta' aktar minn 90 sena, kien hemm żewġ trofej. It-trofew oriġinali kienet imsemmija 'Victory' iżda fl- 1946 ingħatat l-isem ta' Jules Rimet bħala dedika għall-President hekk kif irtira mill-irwol tiegħu fil-FIFA li irtira dak iż-żmien. Fl-1970 din it- trofew ingħatat b'mod permanenti lill-Brażil. Snin wara fl-20 ta' Marzu 1966, it-tazza tpoġġiet f 'Westminister Centrall Hall bħala parti minn eżebizzjoni pubblika. Ġara li din insterqet, erba' xhur qabel edizzjoni oħra tat-Tazza tad-Dinja. Ġimgħa wara kienet instabet imgeżwra f 'gazzetta ġewwa arbuxell, fin-naħa ta' isfel ta' Londra. L-eroj wara din is-sejba kien kelb jismu Pickles, li kien irnexxielu jsib din it-trofew tant prestiġġjuża. Fl-1986, it-tazza reġgħet insterqet din id-darba minn gang li daħħlet fil-Konfederazzjoni tal-Futbol fil-Brazil fejn kienet moħbija. Sa' llum, it-tazza għadha mhux misjuba iżda hemm għajdut li ddewbet u nbigħat separatament. Manifatturata fl-Milan, it-tieni edizzjoni tat-tazza tad-dinja saret minn Silvio Gazzaniga u li turi żewġ figuri jgħollu d-dinja b'idejhom u tiżen 6.15kg. L-eroj li sab it- trofew misruq Silvio Gazzaniga waqt il-manifattura tat-trofew moderna