Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

Din hi l-emenda għall-Kodiċi Kriminali li qed tiġi diskussa fil-Parlament Q. Din emenda li se ddaħħal l-abort? A. Le. Għax mhu se jitneħħa ebda reat mil-liġi tagħna u l-abort se jibqa' reat. Q. X'inhu l-iskop ta' din il-liġi? A. Din hi liġi favur id-dritt tal-ħajja u s-saħħa tal-omm u li se tiċċara fil-liġi dak li għal snin twal kien prassi interna fl-aħjar interess tal-pazjent. Q. Min qal li l-liġi kif inhi llum ma tkoprix lill-professjonist mediku? A. Kien l-Avukat tal-Istat li f'parir li ta, iddikjara b'mod ċar li l-prassi li ilha tintuża mit-tobba tagħna mhix koperta b'saħħa legali. Għalhekk jirriskjaw proċeduri kriminali kontra tagħhom, inkluż kontra l-omm. Q. Omm tista' tiddeċiedi waħedha li tittermina t-tqala? A. Le. Id-deċizjoni li tkun itterminata t-tqala tista' tittieħed biss mill-professjonisti mediċi bil-kunsens tal-omm u jekk ikun hemm l-estremitajiet provduti fil-liġi li huma riskju ta' ħajja u periklu ta' saħħa gravi. L-omm tista' dejjem tirrifjuta intervent mediku. Q. X'jiġri jekk it-terminazzjoni tat-tqala ssir b'abbuż tal-liġi? A. Kemm il-professjonist mediku u kif ukoll l-omm ikunu suġġetti għal proċeduri legali kontra tagħhom. Q. Jekk il-fetu jkun vijabbli u jista' jgħix indipendentament mill-omm x'jiġri? A. F'dak il-każ ma tiskattax in-neċessità rikjesta fil-liġi u jekk ikun stabbilit li l-fetu huwa vijabbli ( jista' jgħix barra l-ġuf) jrid jsir intervent mediku fl-interess tal-omm u kif ukoll tal-fetu, jiġifieri għandu jiġi mwelled. Il-ħajja tibqa' prijorità. 2. Minnufih wara l-artikolu 243A tal-Kodiċi għandu jidħol l-artikolu ġdid li ġej: 243B. Ma jkun tweaq l-ebda reat taħt l-artikolu 241(2) jew l-artikolu 243 meta t-terminazzjoni ta' tqala tirriżulta minn intervent mediku magħmul bil-għan li tkun protea s-saħħa ta' mara tqila li tkun qiegħda tbati minn kumplikazzjoni medika li tkun tista' tqegħdilha ħaj…itha f 'riskju jew saħħitha f 'periklu gravi." FAQs Bl-emenda li ressaq il-Gvern, l-artikli fil-Kodiċi Kriminali li jagħmlu l-ABORT ILLEGALI, kienu, għadhom u SE JIBQGĦU HEMM. 1. 2. L-emenda tagħti ċertezza legali lit-tobba u l-ommijiet f 'każ li ĦAJJET l-omm tkun f 'riskju jew saħħitha f 'PERIKLU GRAVI. IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022