Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 aħbarijiet L-abort u l-partiti... Dak li qed jissottovalutaw, ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-suġġett tal-abort mhux issa qam l-ewwel darba imma ilu jqum b'mod sporadiku fid- diskors politiku 'l fuq minn 20 sena, daqqa għax ġejja xi elezzjoni tal-Parlament Ewropew, daqqa għax kienet qed tiġi diskussa f 'Xarabank, daqqa għax sar xi sondaġġ u daqqiet oħra għax toħroġ xi statistika li turi kemm nisa Maltin fil-fatt qed isiefru u jwettqu abort barra mill-pajjiż - speċjalment fir-Renju Unit. Lilhinn minn dak li ntqal fil- Parlament (ara paġni 10 u 11) u lilhinn mill-argument morali, l-abort huwa wkoll kwistjoni politika - bħal kull ħaġa oħra li d-deċiżjoni dwarha jrid jeħodha l-politiku. Għalhekk minkejja l-ħafna 'din mhux kwistjoni ta' blu u aħmar (jew aħdar)' - l-abort jibqa' wieħed mill-aktar suġġetti politiċi, għaliex jidħolx jew le jiddependi mill-ottika politika ta' dak il-Gvern: X'jiem b'ħajja dak il-Gvern u meta jemmen li tibda? Fejn u kif jilħaq il-bilanċ bejn id-dritt tal-mara (jekk hux ħajja, saħħa jew inkella sempliċiment l-awtonomija fuq ġisimha) u d-dritt tat-tarbija jew inkella l-fetu? Tant hija kwistoni politika li fl-Istati Uniti - fejn naraw polarizzjoni qawwija li tixbah lil tagħna u tissupera lil tagħna (kif rajna b'attakki fuq il-Capital Hill wara l-aħħar elezzjoni) l-abort ukoll jitqajjem ħafna fuq l-aġenda politika, bi Trump u r-Repubblikani jkunu l-poster boys tal-moviment kontra l-abort. Mela definittivament l-abort hija kwistjoni politika għaliex tifred u tagħmel differenza ideoloġika u politika bejn partit u ieħor, u għaliex huwa l-eżekuttiv magħmul mill-politiċi li jridu jiddetereminaw ikunx hemm l-abort jew le u kif jiddaħħal l-abort. Naturalment l-abort jibqa' wkoll kwistjoni legali kif rajna fid- deċiżjoni ta' Roe vs. Wade fl-Istati Uniti u kif jaf li naraw fil-kawża kontra l-Gvern Malti ta' Andrea Prudente . Hija wkoll kwistjoni morali u reliġjuża għaliex hemm differenza fil-ħsieb dwar meta tibda l-ħajja: Dibattitu morali, etiku u xjentifiku li dwaru la qatt kien hemm u la qatt se jintlaħaq qbil. Imma l-għan ta' din l-analiżi mhux li janalizza dak li huwa xjentifiku, imma dak li huwa politiku u allura l-effetti li l-emenda li qed iressaq il-Gvern - li jfakkar illi ma tfissirx abort, ħlief f 'każ fejn saħħet jew ħajjet il- mara tkun ipperikolata - se jkollha fuq il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Il-PL u l-PN: It-tnejn b'elementi kruċjali liberali u konservattivi L-ebda partit mill-PN u l-PL mhu omoġenju - jiġifieri l-ebda wieħed minnhom ma hu magħmul mill-istess nies, li għandhom l-istess fehmiet. Fl-aħħar snin iżda l-Partit Laburista ppożizzjona lilu nnifsu bħala l-partit aktar liberali u dak Nazzjonalista, bħala dak aktar konservattiv. Il-Labour - u speċjalment Joseph Muscat - kien favur id-divorzju fl-2011 meta sar referendum illi kontra kull mistenni intrebaħ minn dawk li kienu favur l-introduzzjoni tad-divorzju. L-oppożizzjoni għall-introduzzjoni kienet qalila dakinhar u l-Partit Nazzjonalista - speċjalment Lawrence Gonzi - kien ħa pożizzjoni kontra, flimkien mal-Knisja u diversi għaqdiet oħrajn li għandhom rabta mal- Knisja. Fl-2014 Gvern Laburista ġdid kien ippilota l-liġi tal-Unjoni Ċivili, żvilupp storiku fil-pajjiż li wassal biex għall-ewwel darba persuni tal-istess sess setgħu jifformalizzaw ir-relazzjoni tagħhom u pass li eventwalment - fl-2017 - wassal biex iddaħħal iż- żwieġ ugwali. Mill-ġdid il-PN kellu elementi mill-aktar voċiferi kontra tali bidliet, anke jekk il-partit ma ħax pożizzjoni fl-2014 (u astjena fuq il-vot) filwaqt li fl-2017 ivvota favur (għajr għal Edwin Vassallo). Il-Labour mexxa aġenda liberali permezz ta' diversi bidlet oħrajn li llum it li xejn qatt jiġu kkontestati, għajr minn elementi żgħar ħafna ta' konservattivi f 'partiti żgħar: Il-Liġi tal-Ġeneru li taffetwa persuni trans, estensjoni u emendi tas-servizzi tal-IVF, adozzjoni minn koppji LGBTIQ, il-liġi li ddikriminalizzat id-droga għall-użu personali, il-Liġi li titratta l-Kannabis għal skopijiet rikreattivi u l-proċess ta' Sperm Donation, fost oħrajn. Fuq dawn il-kwistjonijiet il-PN jew kien kontra, jew kellu elementi kontra jew inkella kellu riżervi qawwijin dwarhom. Dan kollu jfisser li suppost id- dar "naturali" tal-konservattivi huwa l-PN u tal-votanti liberali huwa l-PL. Imma r-realtà hija bil- wisq aktar ikkumplikata minn hekk u tul is-snin deċiżjonijiet li ħadu ż-żewġ partiti fissru li fit- tnejn kien hemm - u għad hemm - element qawwi ta' taħlit u diversità fil-ħsieb. Grazzi għad-deċiżjoni li jilliberalizza l-ekonomija fis-snin 90 u l-fatt li kien favur s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea - fost oħrajn - il-PN għandu element aktar liberali fih u kellu wkoll kapijiet li kienu ħafna aktar liberali fil-ħsieb minn oħrajn. Gonzi - minkejja li huwa eks President tal-Azzjoni Kattolika - kien meqjus it aktar liberali minn Eddie Fenech Adami, li minkejja li kien irnexxielu jattira eluf ta' votanti liberali minħabba l-politika ekonomika u barranija tiegħu baqa' jirreżisti bil-qawwi bidliet fil-liġijiet li jirrifletti dawk fis-soċjetà. Dan huwa rifless fit-titubar tal-istess Fenech Adami biex jintroduċi Liġi li titratta l-Koabitazzjoni, anke jekk fl-1998 kien hu stess li wegħda! Gonzi beda jidher lest li jiċċaqlaq u fil-fatt - anke jekk ma kellux għażla oħra - kellu jaċċetta li jintroduċi d-divorzju. Simon Busuttil imbagħad huwa meqjus ħafna iktar ewropejista fil- ħsieb u allura b'konsegwenza ħafna iktar liberali. Huwa fatt magħruf li hu kien wieħed minn dawk fil-PN illi kienu favur Unjoni Ċivili għal koppji tal-istess sess. Adrian Delia u issa Bernard Grech huma ħafna inqas ewropejisti fil-ħsieb u jappellaw aktar għall-bażi konservattiva, għalkemm huwa dibattibbli min minnhom huwa l-aktar konservattiv. Fuq in-naħa l-oħra wkoll iżda. Il-Partit Laburista għandu bażi b'saħħitha ta' votanti li ma jarawx lill-Knisja - fis-sens istituzzjonali - f 'dawl pożittiv, iżda li huma parteċipi fl-attivitajiet tal-Knisja b'mod speċjali dawk reliġjo- komunitarji u li għandhom ħsibijiet b'saħħithom ukoll fuq kwistjonijiet u liġijiet li semmejna. Ma ninsewx li l-ġlieda ta' Mintoff fis-snin 60 mal-Arċisqof Mikiel Gonzi u dik dwar l-iskejjel tal-Knisja ('Jew xejn jew b'xejn) immexxija minn Karmenu Mifsud - huma naturalment episodji li komplew jbiegħdu lil ħafna votanti Laburista mill-Knisja, imma fis-sens istituzzjonali tagħha u mhux neċessarjament jew awtomatikament mit-tagħlim nisrani, inkluż li l-ħajja tibda mill- konċepiment. Ma ninsewx ukoll illi kif innota ma' din il-gazzetta l-awtur u l-eks Editur Aleks Borg il-Laburisti kienu u baqgħu mweġġgħin mill-impożizzjoni tad-dnub il- mejjet, propju għax għandhom apprezzament tal-Knisja u t-tagħlim tagħha, anke jekk wieħed naturalment irid iżomm f 'moħħu li s-soċjetà ta' dakinhar hija kompletament differenti minn dik tal-lum, lanqas biss tingħaraf. Jekk inħarsu lejn il-mexxejja Laburisti wkoll naraw li kienu Dom Mintoff u Joseph Muscat l-aktar li mexxew 'il quddiem aġenda liberali; Mintoff bid-dikriminalizzazzjoni tas-sodomija, li kienet meqjusa bħala dikriminalizzazzjoni tal- omosesswalità, kellu l-ewwel nisa fit-tmexxija tal-partit u anke tal-Gvern (Marie Louise Coleiro Preca u Agatha Barbara), filwaqt li mexxa politika li tinkoraġġixxi s-separazzjoni assoluta bejn il- Knisja u l-istat. Imma Mintoff qatt ma ċaħad it-tagħlim tal-Knisja u qatt ma ħeġġeġ lil-Laburisti biex jiċħdu t-twemmin. Fil-fatt darba kien qal hekk, it wara li kien intlaħaq qbil bejn il-Knisja u l-Partit Laburista li permezz tiegħu tneħħa l-interdett: "Ejja ma ninsewhx dan... ejja ma ninsewhx dan. Mhux billi għamlu l-paċi magħna, użgur li jagħmlu l-paċi magħna għax kien jaqblilhom għamlu l-paċi magħna, għax kienu qed jitkissru għamlu l-paċi magħna. Ma għamlux il- paċi magħna għax huma Nsara. Aħna konna ngħidulhom, aħna l-insara mhux intom. F'wiċċhom... dakinhar...meta kienu jsawwtuna. Meta kellna lill-Gvern Ingliż jiturufna lin-nies tagħna. Meta kellna Arċisqof jiġbor lin-nies taħt l-umbrella u jgħidilhom ejja nduru kontra tagħhom dawn." Muscat imbgħad, ħafna iktar riċenti, beda t-triq tal-bidliet kollha li rajna tul dawn is-snin u li diġà semmejna f 'dan l-analiżi. Iżda Karmenu Mifsud Bonnici - kif akarna f 'mewtu it ġimgħat ilu kien ġej minn sfond tal-Azzjoni Kattolika, filwaqt li l-Mexxej Laburista tal-lum għandu lil missieru (Il-President Emneritus George Abela) li fil-fatt kien irrapportat illi ma kien komdu xejn bil-liġi tal-Unjoni Ċivili lura fl-2014, tant li ma ffirmahiex u sussegwentement ġiet iffirmata mis-suċċessur tiegħu Marie Louise Il-Labour mhuwiex magħmul mil-liberali biss u l-PN mhux konservattivi biss fih imma għandu element b'saħħtu ta' votanti liberali. Ħarsa lejn il-partiti u dak li qed jissottovalutaw fin-narrattiva tagħhom dwar l-emenda li se tippermetti abort f'każ ta' periklu fuq saħħet il-mara...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022