Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488479

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 intervista illum • IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 pass tajjeb iżda min kitibha Setgħet inkitbet aħjar' Adrian Delia u Bernard Grech." 'Aktar kemm tissussidja l-fjuwil aktar se tbiegħed lin- nies milli jużaw it-trasport pubbliku' Issa l-ILLUM tistaqsi lil Cacopardo fuq it-traffiku. Wieħed ma jistax jiċħad li minkejja l-inizjattiva ta' infrastruttura li tilqa' għal aktar karozzi - u anke bil-għan li tnaqqas it-traffiku - u t-trasport pubbliku b'xejn, it-traffiku xorta jibqa' problema u n-nies xorta jibqgħu ma jagħżlux tal-linja. Għaliex? "Din il-ġimgħa l-Gvern ħabbar li sal-2030 irid inaqqas il-karozzi b'41%. Jekk il-Gvern għandu din il-mira, ma'għandux jagħmel miżuri li jinkoraġixxu l-użu tal- karozzi. Studji xjentifiċi juru li jekk wieħed jagħmel toroq kbar, ikomplu jinkoraġixxu aktar karozzi. Jekk il-Gvern għandu l-opportunità li jgħolli l-fjuwil, għax ġie għoli minn barra, m'għandux jissussidjah," spjega Cacopardo. L-ILLUM terġa' twaqqfu u tirrimarka li infrastruttura li ma tilqax għan-numru ta' karozzi li qed joħorġu fit-toroq ta' kuljum, anke jekk b'mod temporanju sakemm aktar nies jitħajjru jużaw aktar it-trasport pubbliku, se toħloq kaos. Għal dan qal li jekk "il-Gvern se jnaqqas il- karozzi b'41% mela t-toroq li swew miljuni saru għalxejn. L-investiment kellu jsir biex jitjiebu t-toroq eżistenti u mhux biex jiżdiedu l-ġodda." Intant huwa qal li jekk il-fjuwil huwa ogħla u t-toroq huma mwaħħla mela awtomatikament dak li jkun jibda' jirrikorri għat- trasport pubbliku. "Dan l-istess qed narawh bħalissa fuq il- fliexken tal-plastik u l-iskema tal-BCRS. Ħafna nies issa qed jirrikorru reverse-osmosis u għall-alternattiva li tiswilhom inqas," żied Cacopardo. Huwa spjega li pajjiżna huwa żgħir u wieħed faċilment imur postijiet differenti bit-trasport pubbliku. Qal ukoll li nofs it- traffiku tagħna huwa ikkawżat minn vjaġġi ta' distanzi qosra ta' inqas minn 15-il minuta u għaldaqstant jekk nindirizzaw dawn il-50% bi trasport adegwat, "inkunu solvejna nofs il-problema." Iżda Cacopardo ma jirrikonoxxix li t-trasport pubbliku b'xejn diġà hija inċentiva li tħajjar lin-nies jagħmlu użu minnu? Huwa saħaq li l-ħlas tat- trasport pubbliku qatt ma kienet problema għall-Maltin, anzi jgħid li l-ikbar problema hija l-ineffiċjenza. "Ovvjament jekk huwa b'xejn dejjem aħjar iżda l-problema hija li mhumiex affidabbli. Jekk Tal-Linja suppost tiġi fid-9:00a.m. ma għandhiex tasal fid-9:30a.m., jew saħansitra ma tiġix għal kollox. Studji saru ħafna u l-Gvern jaf l-aktar ħinijiet bżonnjużi għall-poplu. Dan apparti li għandu jsir ferm aktar biex tiżdied il-frekwenza tal-vjaġġi." 'Fl-elezzjoni tal-2022 erġajna ksibna l-popolarità li kellna fl-2013' Din l-intervista issa tieħu xejra differenti u l-ILLUM tistaqsi fuq it-tmexxija tal-ADPD u l-irwol tal-ADPD fl-isfera politika preżenti. B'oppożizzjoni daqstant dgħajfa għaliex f 'għajnejn il-poplu l-ADPD m'hijiex alternattiva tajba? Cacopardo jibda' billi jgħid li l-ADPD, fl-aħħar elezzjoni, reġgħet kisbet il-popolarità li kellha fl-2013 u li tilfet fl- 2017. "Minkejja li n-numri tagħna għadhom żgħar, irduppjajna." Huwa żied jgħid li waħda mill-ikbar diffikultajiet għalihom bħala partit żgħir hija l-polarizzazzjoni u li "għad hawn ħafna nies li aktar milli jivvutaw għall-partit li jirrappreżenta dak li jemmnu, jivvutaw kontra dak li ma jridux. Għad hemm min jivvota għax ma jridx jara lill-Partit Laburista jew Nazzjonalista fil-Gvern u mhux għax ikunu konvinti mill-partit l-ieħor. Huwa jgħid li kuntrarju taż- żewġ partiti l-kbar, l-ADPD m'għandux gazzetti, radju jew stazzjon televiżiv tagħhom u li kieku ma jkunx għall- midja indipendenti "kieku ma jirnexxilniex insemmgħu l-vuċi tagħna." L-ADPD qed tilħaqhom biżżejjed liż-żgħażagħ? Huwa reġa' tenna li l-fatt li l-ADPD m'għandhiex il- mezzi daqs iż-żewġ partiti l-kbar tkompli titfahom lura. Madankollu tgħid li huwa minnu li din mhux se taffettwa liż-żgħażagħ u l-mod ta' kif jilħuqhom. Minkejja dan huwa jinnota b'pożittività li l-parti l-kbira tal-voti li żdiedu fl-aħħar elezzjoni kienu taż-żgħażagħ u s-sondaġġi jindikaw dan. "Wieħed irid iqis li dan huwa pajjiż li hu maqsum kważi fuq kollox. Kemm jekk hux politika, futbol, festi tal-irħula u ħafna aktar u huwa diffiċli li tkisser dik il-forma. Bil-mod il-mod din qed tinbidel. Fi żmien 30 sena għamilna avvanzi tajbin ħafna," żied Cacopardo. 'Jien lest niddiskuti ma' kulħadd, iżda ħadd ma jiddettali x'għandi ngħid' Hawn tant bżonn ta' Oppożizzjoni serja u l-partiti ż-żgħar għadhom maqsumin. L-ADPD ma kkunsidratx li tingħaqad ma' kandidati indipendenti u partiti żgħar oħra, bħal pereżempju l-Volt? Cacopardo jisħaq li l-fatt li ADPD, li qabel kien magħmul minn żewġ partiti u riċentament ingħaqad (AD+PD) juri li huwa lest għal possibiltajiet simili. Minkejja dan, jirrimarka li "fil- pajjiż għad hawn min jirraġuna li tiegħu biss hu tajjeb u ma jikkunsidrax x'jgħid ħaddieħor. Għalina ma kinitx faċli li tingħaqad, għax konna ġejjin minn linja ta' ħsieb differenti iżda sibna ħafna affarjiet li naqblu fuqhom u l-ADPD huwa xempju ta' dan." Sostna wkoll li huwa lest li jiddiskuti ma' kulħadd iżda "ħadd ma jiddettali x'għandi ngħid u x'għandi nagħmel." L-ADPD se jkollu mexxej ġdid? L-ILLUM fakkret lil Cacopardo li wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien qal li lest li jirreżenja biex jilħaq xi ħadd ieħor minfloku. Disa' xhur wara Cacopardo għadu chairperson. Wasal iż-żmien għall-bidla fit- tmexxija tal-ADPD? Possibbli ma hemm ħadd tajjeb biex jieħu postu? Cacopardo saħaq li huwa offra minn jheddu li jwarrab mill- kariga u dan għax fl-elezzjoni ġenerali li jmiss "jekk tiġi meta suppost, inkun qbist is-70 sena u ma jidirlix li għandi nibqa' fil- kariga. Anzi jkun ħafna aħjar li jkun hemm xi ħadd li huwa iżgħar. Għalhekk issa bdejna proċess li jsir tibdil u żgur li t-tibdil se jsir." Huwa iċċara li l-bidla fit- tmexxija se ssir b'mod gradwali u mhux mil-lum għal għada. Fakkar li fl-istorja tal-ADPD, l-aħħar elezzjoni kienet l-ewwel darba "li ma kellniex il-problema ta' min imexxi li rriżenja malli ntemmet il-kampanja elettorali." Cacopardo qal li l-affarjiet ma' jsirux hekk. "F'partit żgħir bħal tagħna, l-gradwalità hija ferm aktar importanti għax m'għandekx wisq fejn iddur. In-numri tagħna huma żgħar u t-tibdil, filwaqt li huwa neċessarju li jsir u ninkoraġġuh, irid jieħu l-ħin tiegħu," temm jgħid mal-ILLUM iċ-Chairperson tal-ADPD - The Green Party.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022