Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488479
Dawra fl-akbar belt ta' Malta; L-ILLUM dwar l-kurżitajiet, F'sensiela ta' artikli, il- gazzetta ILLUM iżżur iċ- Ċimiterju tal-Addolorata u tesplora l-kurżitajiet, il-misterji u l-istorja tiegħu flimkien ma' Eman Bonnici li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-akbar belt f'Malta YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM tkompli ddur aktar monumenti, oqbra u partijiet interessanti taċ- Ċimiterju tal-Addolorata biex tapprezza mhux biss l-arti li jinkludi imma anke tesplora l-istejjer, il-kurżitajiet u xi drabi l-misteri fih. Inkomplu nduru l-Addolorata ma' Eman Bonnici, responsabbli mill- amministrazzjoni u awtur ta' ktieb dwar l-Addolorata li minnu se nisiltu wkoll xi informazzjoni. F'din l-aħħar mixja, se nduru aktar monumenti interessanti u se nitkellmu wkoll fuq l-aktar xbiehat komuni fl-Addolorata. Se nżuru wkoll wieħed mill-aktar oqbra mfittxija fiċ- Ċimiterju. Liema huma x-xbiehat l-aktar komuni fiċ- Ċimiterju u għaliex? Aħna u nduru madwar iċ- Ċimiterju stajna ninnutaw diversi xbiehat ta' qaddisin fuq l-oqbra, xi ħaġa li forsi mhijiex daqshekk komuni barra minn Malta. Uħud mill-qaddisin tara diversi statwi tagħhom iżda tilmaħ oħrajn li mhumiex. Eman Bonnici spjega kif l-aktar xbieha komuni, bla dubju, hija dik ta' Marija Addolorata, jew inkella d-Duluri kif nafuha l-Maltin u li għaliha huwa ddedikat iċ-Ċimiterju. Warajha, l-aktar xbieha komuni, hija dik ta' San Ġużepp. Ix-xbiehat ta' Kristu huma popolari ħafna. Tilmaħ ħafna statwi ta' Kristu Irxoxt, għax wara kollox, in-Nisrani jemmen li l-mewt mhijiex it-tmiem iżda hemm oħrajn partikolari. Bonnici ħadna quddiem xbieha żgħira, imma unika, li turi lil Kristu mejjet, minquxa fl-irħam mill-iskultur popolari Carmelo Robinich, li tinsab fuq il-qabar ta' niesu. Kurċifiss sabiħ immens jinsab fuq il-qabar tal- Provinċja Duminkana, li l-ILLUM żaret ukoll. Dan huwa magħruf bħala 'Il-Kurċifiss tal-Lum' anke għax huwa differenti minn dawk li mdorrija naraw u huwa xogħol mill- isbaħ tal-iskultur Anton Agius. Xbieha komuni ħafna hija dik ta' San Pawl u warajh il-Kunċizzjoni, il-Bambina u l-Madonna tal- Karmnu. Ir-raġuni hija sempliċi ħafna. Bonnici fakkar li ċ-Ċimiterju oriġinarjment twaqqaf għan-nies tal-Belt, il-Furjana u l-Kottonera. San Lawrenz, li huwa l-Patrun tal- Birgu, issib biss żewġ xbiehat tiegħu, li waħda minnhom kienet insterqet. Għaliex ma tantx jidher San Lawrez għall-kuntrarju tal-patruni l-oħra tal-Belt u l-Kottonera? Għax il- parroċċa ta' San Lawrenz tal-Birgu kellha u għad għandha ċ-Ċimiterju tagħha fil-Birgu. Apparti dawn, kompla jispjega Bonnici, element li jispikka ħafna fiċ-ċimiterju huwa s-simboliżmu Franġiskan, inkluż l-istatwi ta' San Franġisk u Sant'Antnin, żewġ qaddisin popolari u li lejhom hawn devozzjoni kbira. Iżda jekk ix-xbiehat ta' dawn il- qaddisin huma komuni, ma jfissirx li ma hemmx oħrajn. Fiċ-Ċimiterju hemm ukoll xbihat uniċi. Fost dawn hemm, pereżempju, Santa Domitilla li kienet Martri tal-ewwel Era Kristjana. "Għaliex hawn statwa tagħha? Min ordnaha kien jisimha Domitilla u riedet statwa tal-qaddisa ta' isimha fuq il-qabar tagħha," spjega Bonnici. "Hemm oħrajn simili. Hemm Sant'Andrija fuq qabar ta' wieħed jismu Indri, Santa Madelena Sophia Barat, Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u anke San Ġwann Bosco, fost oħrajn. Dawn mhumiex fuq oqbra ta' ordnijiet reliġjużi. Dawn huma statwi fuq oqbra privati. Is-Salesjani lanqas għandhom statwa ta' San Ġwann Bosco fuq il-qabar." Bonnici saħaq li d-dispjaċir tiegħu huwa li llum oqbra u monumenti bħal dawn ma għadhomx isiru. Illum tmur u tordna statwa komuni li bħalha jkollu kulħadd. Eman Bonnici 14 kultura illum • IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 Xbieha mill-isbaħ ta' San Ġwann Bosco fuq qabar privat ta' familja Dettall mill- 'Kurċifiss tal-lum' xogħol l-iskultur Anton Agius