Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488479

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

l-kurżitajiet, il-misteri u l-istorja tal-Addolorata (4) L-istatwa ta' Kristu li spiċċat f'qiegħ il-baħar Komplejna miexja u mill-bogħod, tolqot l-għajn, fl-għoli, ilmaħna statwa ta' Kristu, jixbaħ il-Monument ta' Kristu Re li wieħed isib fil-Furjana. Hija statwa prominenti, bi Kristu jidher bħal donnu qed iħares lejn il-bqija tal-oqbra. Din l-istatwa tinsab fuq kappella privata ta' familja li kunjomha Bartolo. Anke din l-istatwa għandha storja interessanti warajha. Il-familja kienet ordnat din l-istatwa mill-Italja fl-1928. Meta l-bastiment li kien fuqu wasal il-Marsa u l-istatwa riedet titniżżel l-art, xi ħaġa marret żmerċ u l-istatwa spiċċat waqgħet il-baħar. "Ovvjament għerqet. Din statwa tal-irħam. Tista' timmaġina x'biċċa xogħol biex dan ġie lokalizzat u reġa' ttella. Dak iż- żmien ma kienx hawn it-teknoloġija u t-tagħmir tal-lum," qal Bonnici. Meta l-istatwa twasslet f 'postha u l-kappella kienet lesta, is- sid kien qabbad lill-Isqof Mauro Caruana biex ibierek kemm l-istatwa u anke jikkonsagra l-artal tal-kappella. Bla dubju ta' xejn, din hija waħda mill-isbaħ kappelli fl- Addolorata. L-aktar qabar imfittex anke jekk sempliċi u mwarrab Tul il-mixja tagħna fl-Addolorata ltqajna ma' diversi monumenti u kappelli li trid seba' għajnejn biex tarahom. Rajna għexieren ta' oqbra ta' fratellanzi, ordnijiet reliġjużi u anke monumenti nazzjonali. Rajna wkoll xogħlijiet tal-arti mill-ien, iżda wieħed mill-aktar oqbra mfittxija, jekk mhux l-aktar wieħed imfittex, huwa sempliċi u 'l bogħod mill-għajn. Aħna u noqorbu lejn dan il-qabar b'Bonnici jirrakkontalna kemm hu mfittex, ilmaħna xi nies jitolbu quddiemu u meta wasalna stajna ninnutaw diversi bukketti ta' uri u anke xemgħat. Imma ta' min hu dan il-qabar? Il-qabar li qed nitkellmu dwaru huwa ta' Dun Alfred Gatt, saċerdot b'fama qaddisa. Dun Alfred miet fis-26 ta' Marzu tal-1937. Huwa kien mill-Belt u anke f 'ħajtu kellu fama ta' qaddis. Kien Kappillan tas-Sodalità tal-Erwieħ fil-Knisja ta' San Nikola ta' Bari fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta. F'din il-knisja huwa kien iqatta' sigħat twal iqarar. Fil-fatt kien meqjus bħala konfessur kbir. Huwa kien ukoll Kappillan tal-Monasteru ta' Sant'Ursola fl-istess Belt u xerred ħafna d-devozzjoni lejn il-Wiċċ ta' Kristu li xbieha tiegħu hija meqjuma fl-istess knisja ta' San Nikola, jew aħjar tal-Erwieħ kif inhi magħrufa. Patri Alessandru Bonnici, meta kiteb il-bijografija ta' dan is- saċerdot, kien iddeskrivih bħala: "seħer li kaxkar u entużjażma l-ġmiegħi." Sal-lum qabru għadu lok ta' diversi pellegrinaġġi. Fil-fatt, fuq il- qabar tiegħu ma ssibx biss lapida tal-irħam li tfakkar lilu, kif issib fuq oqbra oħra, imma diversi lapidi oħra li poġġew diversi devoti biex jirringrazzjawh għal grazzji maqlugħa bl-interċessjoni tiegħu. Il-Mafkar tas-Surmast taċ-Ċimiterju u l-Villa ta' Mintoff Aħna u neżlin it-taraġ li mill-kappella jagħti għall- grada prinċipali taċ-Ċimiterju, Bonnici waqqafna quddiem monument ieħor sabiħ. Dan huwa ta' Mikiel Busuttil li kien magħruf bħala "Is-Surmast taċ- Ċimiterju." Emanuele Luigi Galizia kien il-perit li ddisinja ċ-ċimiterju. Ovvjament dan ma setax ikun waħdu. Ried lil xi ħadd li jassistih fil-kostruzzjoni, speċi ta' supervisor. L-għażla waqgħet fuq Mikiel Busuttil li kien Għawdxi. Dan niżel joqgħod Ħal Tarxien biex ikun viċin ix-xogħlijiet. "Kien ġuvni, tfal ma kellux u wara seba' snin kien dera u baqa' jgħix Ħal Tarxien. Bena dar fil-periferija ta' Ħal Tarxien fuq biċċa art li kien xtara. Il-ġnien li kellu mad-dar ħawlu kollu siġar taż-żebbuġ," irrakkontalna Bonnici. Interessanti li meta miet, dan indifen fil-knisja ta' Ħal Tarxien u dak li hemm fl-Addolorata huwa biss monument li jfakkru. L-oqbra viċin il-monument li sar b'tiira tiegħu, irċevewh niesu li huma midfuna fih. Imma għaliex semmejna d-dar u fejn jidħol Mintoff? Bonnici spjega kif id-dar ta' Bonnici kien xtraha Duminku Mintoff. Mintoff kien waqqa' din id- dar u bena dik li għadha teżisti sal-lum imma ħafna mis-siġar taż-żebbuġ li kien żera' Mikiel Busuttil ħallihom hemm. Kien propju għalhekk li Mintoff, id-dar tiegħu, semmieha "e Olives," għas-siġar taż-żebbuġ li ta' Busuttil. 15 kultura illum • IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 Il-kappella u l-istatwa ta' Kristu Re proprjetà ta' familja privata Il-Monument ta' Mikiel Busuttil, magħruf ukoll bħala 's-Surmast taċ-Ċimiterju'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022