Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488479
l-ħabs fuq reat żgħir li wettaq snin qabel ... baqgħet tiġri warajh' 09 IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum aħbarijiet 'Il-kondotta qisha sentenza ta' għomor il-ħabs ... ċertifikat għandu juri l-progress li persuna tkun għamlet' Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni mid-Dlam għad- Dawl, George Busuttil, qal mal- gazzetta ILLUM li meta bniedem iwettaq reat, jitressaq il-Qorti u jingħata s-sentenza, din suppost ikollha żmien definit. Madanakollu, fi kliemu, bil-kondotta persuna tkun qisha ngħatat sentenza ta' għomor il-ħabs. Busuttil kompla jisħaq li l-investiment li jsir fil-priġunieri fil- ħabs u anke l-isforz li jagħmlu huma stess ikun inutli jekk meta joħorġu lura fis-soċjetà dawn il-persuni mhux se jsibu sostenn. "Inutli ngħinu persuna fil-ħabs imma mbagħad malli toħroġ mhux se nagħtuha ċans bħal ħaddieħor u nagħmluha ħajjitha aktar diffiċli," insista Busuttil u propju għalhekk li saħaq li kull pass lejn riforma tal- kondotta huwa pass tajjeb u bżonnjuż. Fi kliemu, huwa diffiċli li wieħed jitkellem fuq l-eliminazzjoni tal-kondotta darba għal dejjem, anke għax qal li ċertu impjegaturi jrid ikollhom it salvagwardja. Madanakollu saħaq li xi kultant, il- kondotta toffri sigurtà falza. "Issa mbilli jiġi xi ħadd b'kondotta nadifa. Mela inti taf x'għamlet persuna jew inkella x'kapaċi tagħmel?" staqsa Busuttil. 'Għandu jkun hemm ċertifikazzjoni li turi l-progress li persuna tkun għamlet' Propju għalhekk li Busuttil qal li jemmen li apparti l-kondotta għandu jkun hemm tip ta' ċertifikazzjoni li turi l-progress li persuna tkun għamlet fi żmien li kienet qed tiskonta s-sentenza u anke l-ħiliet ġodda li tkun kisbet. Insista li l-Gvern, jiġifieri s-settur pubbliku jrid jagħti l-eżempju, anke għax il-Gvern mhux jimpjega persuni li jkollhom kondotta mċappsa. Semma każ ta' żagħżugħ li baqa' mmarkat f 'moħħu. "Meta kellu 16-il sena, ma sħabu għamel ċuċata. Aktar prank milli reat. Il-Qorti kienet tagħtu sentenza sospiża imma kien hemm l-appell. Il-proċeduri fil-Qorti jdumu. Sadanittant, dan iż-żagħżugħ kiber, kompla jistudja, gradwa u beda jaħdem fis-settur tas-saħħa. F'daqqa waħda l-qorti tal-appell bidlet is- sentenza għal waħda effettiva u dan iż-żagħżugħ li kien laħaq biddel ħajtu u sab xogħol spiċċa l-ħabs. Tilef ix-xogħol minkejja li provajna. L-Istat investa fih imma mbagħad tefgħu 'l barra. Spiċċa telaq barra minn Malta biex isib xogħol," qal Busuttil. Insista li kieku r-reat kien relatat max-xogħol kien jiem it-tkeċċija tiegħu imma dan ir-reat ma kellux x'jaqsam u sar snin qabel. Fi kliemu dan kollu juri kemm il-pajjiż għadu lura biex verament jasal għal riforma aktar ħolistika. "Wasal iż-żmien li jsir eżerċizzju serju li jipproponi affarijiet aktar intelliġenti u moderni," insista Busuttil waqt li fakkar li ċ-ċokon ta' Malta, fejn kulħadd jaf lil kulħadd, joffri sfida akbar għal dawn il- persuni. Fi kliemu, la l-Gvern irid jagħmel din ir-riforma, ifisser li qed jirrikonoxxi li hemm bżonn il-bidla. Tenna li dan huwa pass wieħed imma fid-direzzjoni t-tajba. 'Naf b'nies li ħarġu mill-ħabs u lanqas 50 ċenteżmu ma kellhom' Filwaqt li rrikonoxxa li hemm problema ta' riżorsi, saħaq li l-ħabs kollu għandu jkun programm rijabilitattiv u kulħadd għandu jkollu aċċess għar-rijabilitazzjoni u għas- servizzi offruti. Fi kliemu diġà qed isir ħafna xogħol biex ikun assigurat li persuna li toħroġ mill-ħabs ikollha qafas fuq xiex tibni. "Naf b'nies li ħarġu mill-ħabs u lanqas 50 ċenteżmu ma kellhom fuqhom," insista Busuttil. "Mill- ewwel ġurnata li persuna tidħol il- ħabs għandha tibda l-ħidma biex l-awtoritajiet ikunu jafu x'inhuma l-bżonnijiet u l-isfidi ta' dik il- persuna partikolari biex tingħata l-għajnuna kollha li hemm bżonn." Kien hawn li saħaq li hemm bżonn li jsir pjan tas-sentenza sa mill-bidu nett u mhux kollox jitħalla għall-aħħar ġimgħa ta' persuna fil- ħabs. "Ix-xogħol irid jibda mill-ħabs. Persuna fil-ħabs għandha tqum filgħodu u jkollha skop. Persuna anke l-għażż tidra," kompla Busuttil. 'Jagħmel sens li nibagħtu persuna l-ħabs għal ftit xhur ... lanqas ħaqq iċċappasha' Staqsa wkoll kemm jagħmel sens li persuna tintbagħat il-ħabs għal it xhur biss. "Hemm pajjiżi li lanqas għal tliet snin ma tintbagħat il-ħabs u aħna ġieli nibagħtu lin-nies għal it xhur biss, lanqas sena. Lanqas ħaqq iċċappas persuna għal għomorha. Naħseb li wasal iż-żmien li nħarsu lejn is-sitwazzjoni kollha bis- serjetà." George Busuttil 'Biex persuna tikseb verament il-libertà tagħha trid tkun meħlusa minn kull preġudizzju' Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal- Priġunieri, Christopher Siegersma li spjega kif ix-xogħol tiegħu mhuwiex biss li jiddefendi d-drittijiet tal- priġunieri imma anke jassigura li dawn ikollhom aċċess għas-servizzi u anke għar-rijabilitazzjoni. Fil-fatt, Siegersma saħaq li fl-aħħar xhur, kien hemm żieda fl-ammont ta' priġunieri li qed jaħdmu fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u dan bil-għan li jkollhom dħul imma anke biex ikunu ppreparati għad- dinja tax-xogħol meta jirritornaw fis-soċjetà. Madanakollu, Siegersma saħaq li biex persuna tikseb vera l-libertà tagħha, irid ikun assigurat li tkun meħlusa minn kull preġudizzju jew fatturi li wassluha biex taqa' fil- kriminalità. 'Mingħajr impjieg, persuna tkun sfurzata tfittex mezzi illegali' "Hemm ħafna sfidi li dawn il- persuni jiffaċċjaw meta jirritornaw fis-soċjetà. Dawn jinkludu l-akkomdazzjoni, ir-reċidiviżmu u anke l-kuntatt mad-dinja kriminali. Imma l-akbar sfida għal bosta tibqa' dik li jsibu impjieg. Mingħajr impjieg, persuna tkun sfurzata tfittex mezzi illegali," insista l-Kummissarju. Fi kliemu, għaddejja ħidma permezz ta' kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija u servizzi oħra bil- għan li s-soċjetà tkun aktar lesta u ppreparata biex tilqa' lura lil dawn il- persuni li jkunu skontaw is-sentenza. Fakkar li huma tista' tgħid l-impjegaturi kollha li jagħmlu tfittxija u jistaqsu dwar il-passat ta' persuni li japplikaw għal xi mpjieg, imma l-Kummissarju saħaq li dan waħdu jista' jwassal għal preġudizzju qawwi u jkompli jkisser lil dawk il- persuni li qed jipprovaw jibdew ħajja ġdida, lilhinn mill-kriminalità. Qal li jkun hemm impjegaturi li jitolbu l-kondotta qabel ma' persuna tmur għall-ewwel intervista. Fi kliemu, waħda mis-soluzzjonijiet tista' tkun liġi li torbot lill-impjegaturi biex jistennew l-istadji inizzjali tal- proċess ta' ngaġġ qabel ma jingħataw aċċess għall-kondotta. 'Lanqas kont bażiku l-bank ma jistgħu jiftħu' Iżda fakkar ukoll li llum sempliċiment tfittxija fuq l-internet, malajr tgħidlek persuna xi tkun għamlet jew inkella x'issarraf. Il-fatt li Malta hija pajjiż żgħir ma jgħinx. Siegersma qal li sfida oħra li qed jiffaċċjaw dawn il-persuni, anke jekk jirnexxielhom b'xi mod isibu impjieg, hija li l-banek mhux qed jiħulhom kontijiet. "L-awtoritajiet għandhom jassiguraw li jindirizzaw din l-isfida biex il-banek ma jiqfux sempliċiment mal-kondotta u jagħtu lil dawn l-individwi d-dritt li almenu jkollhom kont bażiku." Il-Kummissarju fakkar li persentaġġ konsiderevoli tal- popolazzjoni għandha, b'xi mod jew ieħor, il-kondotta mċappsa. Fakkar ukoll li f 'Malta hawn nuqqas ta' ħaddiema u allura staqsa jekk is- soċjetà hijiex se tibqa' taħli r-riżorsi tagħha u titlef opportunitajiet milli timpjega persuni sempliċiment abbażi tal-kondotta tagħhom. "Il-fatt li eks priġunieri jingħataw ċans ieħor biex isiru membri produttivi tas-soċjetà se jipproteġi wkoll vittmi potenzjali tal-kriminalità. Se tgawdi s-soċjetà kollha," temm jgħid Siegersma. Christopher Siegersma