Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488479

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum 'Wasal iż-żmien li l-Parlament Ewropew joħloq Kummissarju Il-Parlament Ewropew kien mimli attività u diskussjoni din il-ġimgħa wara li tajjar minn postha lil waħda mill-Viċi Presidenti tiegħu. Il-gazzetta ILLUM kienet fi Strasburgu u tkellmet ma' tliet MEPs Maltin dwar l-aħħar żviluppi... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-Parlament Ewropew theżżeż xi it hekk kif ġiet arrestata waħda mill- Viċi Presidenti tiegħu, Eva Kaili, arrest fuq suspetti ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus li allegatament ġew mill-Qatar biex dan il-pajjiż - li qed jiċħad l-allegazzjoni - jipprova jinfluwenza lil Membri Parlamentari Ewropej fuq kundanni li l-Parlament kien ressaq f 'riżoluzzjoni proprju dwar dan l-istess pajjiż. Kaili din il-ġimgħa ġiet imkeċċija mill-kariga b'vot prattikament unanimu, fi Strasburgu. Il-gazzetta ILLUM kienet preżenti waqt dawn l-avvenimenti storiċi fil-Parlament Ewropew u ltaqgħet ma' tliet MEPs Maltin: Cyrus Engerer u Alfred Sant - li allura ġejjin mill-istess Grupp politiku ta' Eva Kaili - u anke mal- MEP David Casa, biex tiem aħjar x'inhuma r-riperkussjonijiet kemm fuq il-Parlament imma wkoll fuq l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D). 'Sens ta' tradiment... Kburi li vvotajt kontra l-Qatar, kontra l-linja tal-partit u favur id- drittijiet tal-bniedem' "Sens ta' tradiment" wieġeb l-MEP Cyrus Engerer għall- mistoqsija tal-ILLUM dwar x'kien is-sentiment prevalenti wara l-arrest ta' Kaili. "Din persuna li kienet parti mill-grupp tagħna, li konna naħdmu magħha fuq diversi temi. Aħna hawnhekk il-Parlament jaħdem billi huwa maqsum f 'diversi Kumitati u l-kollegi noqgħodu fuq xulxin biex inkunu nafu x'inhu jiġri f 'Kumitat u f 'liema direzzjoni għandu jmur il-vot," sostna Engerer. Huwa qal li għalhekk tħossok tradut meta persuna tagħtik direzzjoni, "fl-istess ħin li kienet - allegatament - qed tirċievi flus u flus kbar." Imma possibbli ħadd mill- Partit Soċjalista ma għorkitu xi it għajnejh meta Kaili saħansitra qalet illi l-Qatar jinsab fuq quddiem fid-drittijiet tax-xogħol, meta kienu rrapportati eluf ta' mwiet u ġrieħi minn ħaddiema f 'temp ta' 10 snin ta' preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja? Engerer jammetti u jisħaq hekk mal-ILLUM: "Iva u jiena kburi u sodisfatt li ngħid illi meta flimkien mal-ħaddiema tal-uffiċċju tiegħi rajt x'qed ikun propost dwar il- Qatar, ivvutajt kontra l-Qatar u favur id-drittijiet tan-nisa, favur id-drittijiet ta' persuni LGBTIQ u favur id-drittijiet tal-immigranti wkoll," sostna Engerer. Huwa qal li huwa vvota mal-prinċipji li dejjem emmen fihom, kontra l-linja li ħadu s-Soċjalisti - li fil-fatt ivvotaw kontra l-istess riżoluzzjoni li tikkundanna lill- Qatar. Sena u nofs qabel elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Engerer jara illi dan l-episodju se jaffetwa l-immaġini kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi? Engerer beda billi qal li huwa jemmen li għad fadal bil-wisq aktar x'joħroġ, u ħeġġeġ sabiex "kull min għandu jinkixef, jinkixef u titwaqqaf kull responsabilità li dik il-persuna jista' jkollha. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-votanti biex jgħarblu l-ħidma tar-rappreżenti tagħhom fil-Parlament Ewropew, kif jaħdmu u kif jivvotaw. 'Il-Parlament Ewropew kien, għadu u jibqa' istituzzjoni li tagħti eżempju tal-istandards' Il-Parlament Ewropew huwa meqjus minn bosta bħala l-istituzzjoni li toħloq l-istandards u allura - bir-raġun - ħafna jgħidu u jistaqsu: Jiġifieri anke l-istituzzjoni li suppost tagħti eżempju fi ħdanha hemm Fuq: Cyrus Engerer u (lemin) Alfred Sant Eva Kaili

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022