Illum previous editions

ILLUM 25 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

opinjoni opinjoni IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Miriam Dalli Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża 2022: is-sena tal-istabbiltà Ż mien il-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena huma mhux biss okkaż- joni biex ngawdu ftit aktar il-familji u l-ħbieb tagħna, imma jservu ta' opportunità biex inħarsu lejn is-sena li għaddiet: nieħdu rendikont ta' dak li sar, biex inħarsu 'l quddiem għal dak li ġej. Inħares lura lejn din is-sena, nara b'sodisfazzjon li wettaqna ħafna... imma rridu nagħmlu aktar. Din is-sena żgur li tibqa' mfakkra għall-istabbilità u ċ-ċertezza li qed igawdu l-familji tagħna, minkejja dak kollu li qed jiġri fuq livell internazzjonali. Wara sentejn ta' pandemija, faqqgħet il-gwerra bejn ir- Russja u l-Ukrajna, il-prezz internazzjonali taż-żejt laħaq livelli bla preċedent u l-pajjiżi qed jiffaċċjaw rati ta' inflazzjoni ogħla. F'Malta u Għawdex, ir- residenti qed jgħixu realta differenti – waħda li fiha sabu l-appoġġ kollu tal-Gvern. Dan ma ngħiduhx bi ftaħir, imma b'sens li ngħarrfu r-realtajiet. Lanqas ma jfisser li Malta hija xi pajjiż speċjali li ma tintlaqatx minn dak li qed jiġri fuq livell globali. Ifisser iżda, li l-politika ta' dan il-Gvern qed taħdem. F'dawn l-aħħar ġimgħat, u anke matul is-sena, kienu diversi d-drabi li kelli nitla' Brussel biex niddiskutu s-sitwazzjoni tal-enerġija u nilħqu ftehim li jipproteġi l-konsumaturi. Ħdimna biex naraw li ma tkunx imminata l-kompetittivita tan- negozji Maltin u Ewropej. Bħala pajjiż dipendenti fuq il-gass għall-produzzjoni tal-elettriku, ħdimna biex inġibu deroga minn regoli tal-Kummissjoni Ewropea li jobbligaw lill-istati membri biex inaqqsu l-użu tal-elettriku tagħhom. B'din id-deroga ma jfissirx li kull wieħed u waħda minnha m'għandux joqgħod attent biex innaqqsu l-konsum tal-enerġija u biex inkunu aktar effiċjent fl-użu tal-enerġija. Anzi, rridu nsaħħu l-ħida f 'dan il-qasam. Bl-istess mod kif ħdimna biex jintlaħaq ftehim dwar il-limitu tal-prezz tal-gass – mekkaniżmu ta' korrezzjoni tas-suq biex iwassal għall-istabbilità fis-swieq tal-gass naturali meta l-prezzijiet jibdew jogħlew b'mod eċċessiv. Ma kinitx faċli biex jintlaħaq ftehim – imma Malta kienet waħda mill-ewwel pajjiżi li pproponiet dan il-mekkaniżmu u bqajna ninsistu sakemm lħaqna qbil fuq livell li jagħmel sens. Fil-fatt, il-ftehim milħuq għandu l-għan li jattiva dan il-mekkaniżmu ta' korrezzjoni meta l-prezz tal-gass jogħla 'l fuq minn €180. Għalhekk, il- limitu tal-prezz milħuq flimkien mal-mekkaniżmu kollu se jwasal għall-prezzijiet tal-enerġija aktar stabbli madwar l-Ewropa, minn fejn Malta timporta wkoll l-elettriku permezz tal- interconnector. Prezzijiet tal-enerġija stabbli u kontijiet stabbli jfissru ċertezza għan-negozji. Kif rifless mill- credit rating agencies. Jgħidu li Malta se tkun fost l-aqwa fejn jidħol tkabbir ekonomiku; grazzi għall-politika ta' dan il-Gvern. Ngħid jien, grazzi wkoll għall- kuraġġ ta' imprendituri Maltin u barranin li jaraw f 'Malta il-post li mhux biss jistgħu jistabbilixxu ruħhom fih, imma jistgħu wkoll ikomplu jikbru. Quddiem l-isfidi internazzjonali mhux naqqasna r-ritmu tagħna imma ħdimna ħafna u ħafna aktar. Rajna li nkomplu nsostnu lin-negozji Maltin u komplejna naħdmu biex nattiraw aktar investiment dirett barrani b'saħħtu. F'għaxar xhur din is-sena, il- Malta Enterprise approvat 72 proġett, li bejniethom ikunu qed iwasslu għall-investiment kapitali ta' €53 miljun minn kumpaniji lokali; joħolqu l-opportunita għal 650 karriera ġdida. Imbagħad, għall-investiment dirett barrani, ġew approvati kważi 40 proġett ieħr, b'investiment totali ta' €80 miljun. Qed nitkellmu dwar espansjonijiet u tkabbir fl-oqsma tal-innovazzjoni diġitali. Dan jinkludi fih l-intelliġenza artifiċjali, is-cybersecurity, il-Life Sciences, il-farmaċewtika u l-medical technology. Qed naħdmu biex nattiraw startups innovattivi u mill-analiżi li għammilna rajna kif – f 'dawk l-istartups approvati mill-Malta Enterprise – is-salarju medju kien it aktar minn €40,000. Xi jfisser dan? Li l-istartups qed joffru postijiet tax-xogħol ta' kwalita, f 'pajjizna stess. Din it-turija ta' fiduċja f 'pajjiżna ittina l-kuraġġ biex naħdmu aktar, u biex dan il-ġid jissarraf f 'opportunitajiet għall- familji u r-residenti tagħna. Dan il-ġid qed naraw li jinqasam maċ-ċittadini mhux biss f 'servizz pubbliku aktar b'saħħtu jew għajnuna soċjali differenti li tilħaq fierxa differenti ta' nies; imma li ninvestu direttament fil- komunitajiet tagħna. Bħala Gvern, din is-sena infetħu tmien postijiet ġodda ta' rikreazzjoni – spazji miftuħa viċin in-nies: il-Park ta' Ta' Qali, Ġnien il-Mall il-Furjana, Ġnien il-Belveder fil-Marsa, Ġnien Victor Calvagna fil-Mosta, Misraħ 7 ta' Ġunju fil-Ħamrun, Ġnien ir-Rnella fil-Kalkara, l-ewwel pocket garden f 'San Ġwann u spazju ta' 4,000 metru kwadru fil-Ġnien Romeo Romano f 'Santa Venera. Fost il-ħidma li qed inħares lejha għas-sena d-dieħla, hemm l-aġenzija Project Green, li se tkun qed tikkolabora ma' entitajiet oħra tal-Gvern biex tassigura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta' l-inizjattivi taħt il-wedgħa tas- €700 miljun. Proġetti li bihom irridu nwettqu tħaddir urban. Se nitilqu mill-mudell ta' snin ilu, b'ġonna b'ħafna ċnut u passaġġi wiesa, u nimxu lejn spazji aktar ħielsa, b'aktar siġar u pjanti. Postijiet li jkunu aċċessibbli għal kulħadd u forom differenti ta' spazji miftuħa: minn eco-gardens, għal ġonna carbon neutral, minn parks kbar għal pocket parks. Is-sena 2023 se tkun sena oħra ta' ħidma biex inkunu nistgħu noffrulkom l-aqwa u l-aħjar. Filwaqt li nħares 'il quddiem għas-sena li ġejja, nieħu din l-okkażżjoni biex nawgura lilek għażiż qarrej il-Milied u s-Sena t-Tajba.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 December 2022