Illum previous editions

ILLUM 25 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum 'L-aċċess għall-internet għandu jkun dritt fundamentali' - Josianne Cutajar ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-internet illum għadu lussu? U dażgur li le. Imma hija realtà wkoll li hemm tliet kategoriji ta' nies: Dawk li ma jafux jużaw is-servizzi online, dawk li ma jifilħux iħallsu għal servizzi onlajn u finalment dawk li jgħixu f 'żoni fejn il- konnettività hija waħda batuta, bil-konsegwenza li l-aċċess ikun limitat. Fid-Digital Decade Programme l-MEP Maltija Josianne Cutajar qed taħdem propju sabiex l-aċċess għall-internet isir wieħed fundamentali, xi ħaġa li bdiet timbotta 'l quddiem meta għamlet domanda parlamentari lill-Kummissjoni Ewropea. "Bil- pandemija indunajna kemm l-internet huwa neċessità u hekk kif il-lectures marru onlajn bdejna nindunaw li kellek studenti li kellhom diffikultà relatata ma' aċċess għall-internet jew inkella tagħmir li ma jkunx tajjeb," sostniet l-MEP Maltija f 'kummenti mal-ILLUM. Hija qalet illi minkejja li ħafna jieħdu l-aċċess għall-internet bħala xi ħaġa awtomatika, din mhux hekk għal kulħadd. Hija qalet li apparti lezzjonijiet onlajn, anke numru kbir ta' servizzi pubbliċi marru onlajn, minn servizzi ta' dipartimenti għal servizzi ta' għajnuna lil vittmi ta' vjolenza domestika jew ta' saħħa mentali. Għalhekk fakkret illi n-nuqqas ta' servizz adegwat ta' internet jista' jimpatta kemm is-saħħa u anke s-sigurtà ta' persuna li ma tkunx tista' tagħmel użu minn servizzi soċjali jew ta' għajnuna. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi għalhekk jekk dak propost ifissirx li per eżempju jiddaħlux benefiċċji li jiggarantixxu illi kulħadd ikollu dan l-aċċess. Cutajar tgħid mal-ILLUM illi jekk ikun hemm status legali għal dritt fundamentali dan ikun aktar b'saħħtu. "Il-fatt li jkollok status legali u allura gvernijiet ikollhom id-dritt li jassiguraw illi kull persuna jkollha l-aċċess għall- internet tfisser illi tingħata l-għajnuna meħtieġa lil persuni vulnerabbli" fakkret Cutajar. 'Għalissa jrid ikun aċċertat servizz offline' Apparti d-dritt tal-internet l-MEP Soċjalista qed taħdem ukoll fuq id-diġitalizzazzjoni tas- servizz pubbliku - fi kliem ieħor li minflok toqgħod tistenna xi nofs ta' nhar fi kju, f 'dipartiment se jegħreq bid-dokumenti u l-karti, is-servizzi offruti jmorru onlajn. Cutajar tgħid li kif il-Parlament Ewropew qed jagħmel tragwardi għall-ambjent, hekk ukoll qed jagħmel fuq is-settur diġitali, fuq il-binarji tal-ħiliet, tas- servizz pubbliku u l-konnettività. "Aħna nitkellmu ħafna fuq il- konnettività ta' trasport," sostniet Cutajar b'referenza indiretta għal Għawdex, min fejn fil-fatt hi Josianne Cutajar. Kompliet tispjega iżda li hemm ukoll l-importanza tal-aċċessibilità online, li tfakkar li hija problematika speċjalment fost ħafna anzjani. "Ħafna anzjani, per eżempju, ma jafux jużaw servizzi onlajn. Irridu naraw li ma jkunux esklużi u għalhekk qed nipproponu servizz garanitit offline - jiġifieri servizz li jingħata fiżikament - sakemm ikun aċċertat li kulħadd ikollu l-ħiliet meħtieġa," temmet tgħid Cutajar fuq dan il-punt. Cutajar dwar l-akkużi kontra Eva Kaili... U finalment nistaqsu lil Josianne Cutajar dwar dak li seħħ fl-aħħar ġimgħat fil- Parlament Ewropew, bit-tkeċċija ta' Eva Kaili minn Viċi President wara akkużi li aċċettat flus mill-Qatar biex tinfluwenza riżoluzzjoni dwar dan il-pajjiż xhur ilu - qabel ma saret it- Tazza tad-Dinja. Taħseb li l-Parlament baqa' wisq miftuħ u mhux protett minn prattiċi u intenzjonijiet korrotti? Hija qalet illi filwaqt li l-allegazzjonijiet huma ta' natura serja wieħed irid iħares 'il quddiem biex jara li dawn l-affarijiet ma jirrepetux ruħnhom. "Mhux biss nippridkaw il-valuri imma nwettquhom, kemm għall- MEPs u anke dawk li jaħdmu magħhom," kompliet tispjega. Hija qalet illi trid tiġi mill- MEP innifisha biex tibbilanċja u żżomm rekord tal-lobbyists li ltaqgħu magħha jew ma' membri tal-istaff tagħha. Hija appellat ukoll biex meta jsiru ċerti stqarrijiet li jistanew - bħal ma fil-fatt kienet għamlet Kaili meta qalet illi l-Qatar huma fuq quddiem fid-drittijiet tax-xogħol - għandu jkun hemm analiżi minn qabel biex dak li seħħ ma jerġax iseħħ, temmet tisħaq Josianne Cutajar. Malajr wieħed jaħseb li internet kulħadd għandu, imma dan mhux il-każ! Hemm min ma jaffordjax is-servizz u hemm min għandu konnettività ħażina. L-MEP Josianne Cutajar titkellem mal-ILLUM dwar id-dritt fundamentali li jkollok l-internet...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 December 2022