Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029
12 illum • IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 Il-MILIED L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju u n-nies wara din it-tradizzjoni Sa mit-twaqqif tagħha fis-sena 2013, l-Għaqda Hbieb tal- Presepju Għawdex – il-Fergħa ta' Għajnsielem ħadmet b'għan speċifiku wieħed, dak li tkabbar it-tradizzjoni tal-bini tal-presepju f 'kull familja u mhux bħala tiżjin ta' żmien il-Milied biss, imma bħala xi ħaġa li għandha titgawda matul is-sena. Barra korsijiet prattiċi u teoritiċi li torganizza ta' kull sena, li jkunu mmexxija mill-membri tal-kumitat, tistieden ukoll esperti barranin sabiex juru t-teknika tagħhom permezz ta' materjali diversi u nnovativi kif wieħed jista jagħmel il-presepju tiegħu. L-attendenza għal dawn il-korsijiet tkun dejjem numeruża fejn barra l-membri li jgħoddu iktar minn 200 persuna bejn Għawdxin u Maltin li huma tesserati fi ħdan il-Għaqda, jattendu wkoll persuni li jkunu interessati. L-attendenza li dejjem tkun numeruza jixhed l-interess kbir li jeżisti għall- presepju, u r-rispett li tgawdi fost id-delettanti, din il-Fergħa ta' Għajnsielem. Il-ħidma tal-Għaqda matul is-snin Fis-sena 2016, l-Għaqda kienet sabet wieħed mill-iktar imgħallmin magħrufa tal-presepji fl-Italja Claudio Mattei li x-xogħol tiegħu jinsab esebit f 'diversi mużewijiet tal-presepji madwar l-Ewropa kollha u anke l-Amerika sabiex jagħmel kors dwar il-bini tal- presepju. Għal kors tiegħu li kien ta' tliet ijiem kienu attendew il' fuq minn 80 parteċipant, li kien l-ewwel tax-xorti tiegħu fil-gżejjer Maltin. Kien kors inovattiv għal dawk iż-żminijiet peress li l-presepisti Maltin kienu ġeneralment jagħmlu il-presepju tagħhom bil-ġebel naturali jew inkella tal-kartapesta. F'dawn l-aħħar snin kien beda jintuża wkoll il-jablo u ġibs. Fil- kors intwera kif minn materjali li normalment jintużaw mill- industrija tal-bini u kostruzzjoni, issa tista' tibni il-presepju tiegħek. Kienu materjali li wieħed qatt ma kien jgħaddilu minn moħħu li jista' juża biex jagħmel il-presepju tiegħu. Wara dan il-kors l-Għaqda ħasset il-bżonn li tistieden iktar mgħallmin Taljani fejn fl-2017 ġie mistieden Maurizio Enrico Villa u fl-2018 ġie mistieden Francesco Farano. Dawn urew it-teknika nnovattiva tagħhom. Is-sena 2019 kienet waħda impenjattiva għall- Għaqda ta' Għajnsielem peress li ġiet mistiedna biex tesebixxi għal-ewwel darba 'il barra minn xtutna, wirja ta' presepji Maltin, ġewwa l-Italja. Din il-wirja saret fil-Palazzino di Caccia di Stupinigi li jinsab f 'Nichelino, Turin. F'din il-wirja pparteċipaw 35 presepista minn Għawdex u Malta u żaruha iktar minn 70,000 persuna. Il-ħbiberija mal-Għaqda Presepistika Taljana – Fergħa ta' Ponte San Pietro , Bergamo Il-kuntatt bejn iz-żewġ Għaqdiet, dik ta' Għajnsielem u ta' Ponte San Pietro f 'Bergamo kompla jissaħħaħ u l-ħbiberija ma' Mattei permezz tal-President Paul Stellini kompliet tikber ukoll. Ta' kull sena l-Għaqda bdiet tkun mistiedna għall- inawgurazzjoni uffiċjali tal-wirja annwali, li l-Għaqda Hbieb tal- Presepju Taljana – Fergħa ta' Ponte San Pietro f 'Bergamo torganizza u li tagħha huwa President is- Sur Claudio Mattei stess. Wirjiet li verament ikunu mtella' b'mod professjonali. Infatti l-wirja li tkun esposta għal pubbliku hija mfittxija ħafna fi żmien il-festi tal- Milied. Huwa stmat li mas-60,000 persuna iżuru din il-wirja ta' kull sena. Minn dawn il-wirjiet nibtet l-idea li ġewwa Għajnsielem ukoll tittella' wirja bi presepji u diorami Taljani. Sabiex wieħed itella wirja ta' dan it-tip jirrikjedi ħafna xoghol, speċjalment il-loġistika u l-preparamenti minn ħafna żmien qabel. Fis-sena 2019 l-Għaqda tellgħet l-ewwel wirja ta' dan it-tip. Kien ta' sodisfazzjon kbir peress li din il-wirja ħabtet ukoll mal-50 anniversarju ta' meta l-Fergħa ta' Ponte San Pietro twaqqfet bħala għaqda u għalhekk ħassejna li bix- xieraq din il-wirja tkun iddedikata kollha lil Mattei u x-xogħol tiegħu. Inġiebu 15-il presepju, kollha maħduma minnu matul il-50 sena ta' ħidma presepistika tiegħu. Din il-wirja nżammet fil-Knisja l-Qadima ta' Għajnsielem. Ta' min jirrimarka illi din kienet l-ewwel wirja personali ta' Claudio Mattei, kif ukoll l-ewwel waħda barra mill- Italja. F'Diċembru 2021 giet inawgurata it-tieni wirja ta' presepji u diorami miġjuba minn Bergamo, din id- darba maħduma mill-membri tal-Għaqda, l-Fergħa ta' Ponte San Pietro. B'kollox kienu esebiti 12-il Il-Presepju huwa tradizzjoni li s-snin ipperfezzjona grazzi għal mijiet ta' voluntiera, mhux l-inqas dawk f'Għajnsielem. Paul Stellini, il-Presdient tal-Għaqda Hbieb tal-Presepju Għawdex - Fergħa Għajnsielem jikteb dwar il-presepju ta' din is-sena qed ikun esebit f'Bergamo...