Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489262

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

11 ħarsa lejn l-2022 illum • IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 Ir-riżultat? Ma għaddejniex għall-Finali tal-Eurovision! Joseph Muscat Maħbub u mibgħud bl-istess intensità. Din is-sena kienet ħażina u tajba għal Muscat. Kienet ħażina għax bdiet bit- tfittxija fid-dar tiegħu. Tfittxija marbuta ma' kummissjonijiet li ħa mingħand Accutor, kumpanija li ingħatat xogħol minn Steward Healthcare. L-implikazzjoni sottili - dejjem miċħuda minnu - kienet illi kien hemm xi arranġament biex jieħu dawn il-flus mill- konsulenzi meta hu kien għadu Prim Ministru. Minkejja t-tfittxija ordnata mill-Maġistrat Inkwirenti, l-ebda passi kontra Muscat għadhom ma ttieħdu. Dan ma jfissirx li l-investigazzjonijiet ma baqgħux għaddejjin hekk ukoll kif l-inkjesta maġisterjali dwar il- kuntratt tal-VGH għadha mhux konkluża. Minn naħa l-oħra, Muscat iżda kompla s-sena billi kien maħtur Chairman tal-Malta Professional Football Clubs Association (MPFCA). Seba' Clubs ivvotaw favur erbgħa kontra u tlieta astjenw. Anġlu Farrugia Għal Anġlu Farrugia din kienet is-sena li fiha huwa reġa' kien ikkonfermat Speaker - anke jekk it qabel l-elezzjoni l-Oppożizzjoni weriet nuqqas ta' fiduċja fih. Farrugia kien maħtur Speaker għat-tielet darba, biex huwa l-aktar persuna li okkupat din il-kariga minn kemm ilu jeżisti l-Parlament. Victoria Buttigieg Għall-Avukat Ġenerali wkoll ma tantx kienet xi sena tajba wisq hekk kif spiċċat f 'nofs żewġ kontroversji, li apparti l-kritika qawwija tefgħuha wkoll taħt dell tra' dubju. L-ewwel "żball" ta' Buttigieg kien dak li jitratta akkużi ta' tixħim mill-avukati ta' Yorgen Fenech fil- konfront tal-eks ġurnalist ta' e Times Ivan Martin. Fis-sentenza tagħha, nhar is- 27 ta' Ġunju 2022, il-Maġistrat Natasha Galea L-Avukati ta' Yorgen Fenech inħelsu minn kull akkuża b'rabta mal-każ li fih kienu qed ikunu akkużati li pprovaw ixaħħmu lill-ġurnalist. Fis-sentenza tagħha, il- Maġistrat Natasha Galea Sciberras spjegat kif l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali naqas meta ġie biex jiddefinixxi b'mod ċar l-akkuża ta' tixħim. Skont il-ġurnalist Ivan Martin wara laqgħa mat-tim legali ta' Yorgen Fenech, li saret f 'Novembru 2020, l-Avukat Gianluca Caruana Curran tah pakkett bi flus kontanti tal-€500. L-Avukat stess kien ammetta li għadda dawn il-flus imma kien qal li għamel dan għax ħaseb li hija prassi normali ġaladarba talbu l-għajnuna tal-ġurnalist. Sciberras spjegat kif l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali naqas meta ġie biex jiddefinixxi b'mod ċar l-akkuża ta' tixħim. Fi kliem sempliċi, il-Maġistrat spjegat kif minkejja li ż-żewġ Avukati, Caruana Curran u anke Charles Mercieca kienu ġew akkużati b'tixħim attiv, aktar tard fil-proċedura, l-Avukat Ġenerali kkwota parti oħra mill-Kodiċi Kriminali dwar tixħim passiv, li f 'dan il-każ ma jirriżultax. Dan ifisser li minkejja li l-Avukati tressqu l-Qorti akkużati b'akkuża partikolari, aktar tard fil-proċedura, l-Avukat Ġenerali spiċċat kkwotat artiklu ieħor tal- liġi li biddel l-akkuża oriġinali. Biex tgħaxxaq, u għad- detriment tal-Avukat Ġenerali, l-2022 kienet ukoll is-sena illi matulha sar patteġġjament mat-Topo biex dan jikxef aktar informazzjoni dwar is-serqa tal-HSBC 10 snin ilu. Imma mbagħad irriuta li jikxef, anke jekk eventwalment weħel sitt xhur ħabs. Sigmund Mifsud Sigmund kien persuna magħrufa għall-kapaċitajiet tiegħu bħala Direttur tal- Orkestra, wiċċ familjari ħafna ma' dawk li kienu jmorru r-Rockestra. Wiċċ tal-politika moderata. Iżda l-2022 ma kellhiex tkun daqstant kumplimentuża hekk kif Mifsud spiċċa arrestat u qed jiffaċċja tliet akkużi, li jitrattaw kemm vjolenza morali jew psikoloġika kif ukoll li prova jwaqqaf persuna milli tixhed, primarjament fuq każ ta' allegat abbuż sesswali. Huwa kien akkużat ukoll - fuq kollox - illi lill-vittma prova jwaqqaa milli tagħti xhieda jew informazzjoni f 'każ ta' allegat abbuż sesswali. Il-vittma in kwistjoni kienet allegatament iffastidjata sesswalment, b'uffiċjal tal- istess Orkestra Nazzjonali b'mod persistenti jipprova jinvadi l-ispazju personali tal- mara u jmissha b'mod li mhux propizju, minkejja r-reżistenza u l-oġġezzjonijiet tagħha. Alex Borg Mudell f 'numru ta' wirjiet tal-moda, wiċċ kompletament ġdid fil-politika u immaġini ta' żagħżugħ li tarah f 'xi okkażjoni ta' divertiment. Żgur mhux l-isterjotip ta' politiku. Minkejja dan, Alex Borg għamel suċċess enormi fl-ewwel elezzjoni li kkontesta u mhux biss mar tajjeb imma kien l-aktar kandidat Nazzjonalista wara Bernard Grech li kiseb voti. Fil-fatt Borg kiseb xejn inqas minn 6,108 voti minn Distrett wieħed biss, li jagħmlu l-aktar kandidat nazzjonalista popolari, apparti l-Kap tal-PN. Matul is-sena deher li għadu qed isib saqajh u espressament irriuta li jkun Viċi Kap. Imma min jaf l-2023 x'se tfisser għal dan id-Deputat Għawdxi? Vladimir Putin Mix-xena internazzjonali (u anke lokali sa ċerta punt) ħadd ma sar għadu numru wieħed tal- Ewropa, l-Istati Uniti u l-Punent in ġenerali daqs il-mexxej ta' wieħed mill-aktar pajjiżi li l-punent dejjem baqa' jħares lejh b'għajn ta' xettiċiżmu, ir-Russja, Putin beda gwerra u pprova jaħtaf - kif ilu jipprova jagħmel - pajjiż sovran. Imma ma tantx sab ħafna appoġġ, apparti mid- dittaturi ħbieb tiegħu tas-soltu - bħall-Iran u s-Sirja! Fl-2022 Putin kellu jiffaċċja sanzjonijiet iebsa - kemm politiċi u anke ekonomiċi - mill-Ewropa, protesti lokalment, kundanni minn ħafna mid-dinja, silenzju minn alleati tradizzjonali tar- Russja u telf ta' art li kien ħataf. Għalkemm id-dinja ma għandhiex tissottovaluta lil dan id-dittatur, wieħed jista' jgħid illi l-2022 kixfet lil Putin għal dak li verament hu: Despotiku, tirann u għadu tal-libertajiet ċivili. Rebecca Buttigieg Minkejja li kien hemm ħafna nisa li spiċċaw fil-Parlament u anke mara oħra - Alicia Bugeja Said - li hija wkoll Segretarju Parlamentari, Buttigieg ingħatat l-inkarigu ta' Segretarju Parlamentari tar-Riformi u l-Ugwaljanza u kienet il-wiċċ ta' diversi bidliet fl-aħħar xhur, li kienu pjuttost kontroversjali. Primarjament dik tal-Kannabis u l-emenda dwar tqala li tkun ta' periklu għal ħajjet jew saħħet l-omm. Meta wieħed jikkunsidra li sa Jannar l-isem Rebecca Buttigieg ma tantx kien magħruf u issa qed tiddibatti u tmexxi 'l quddiem l-aktar kontroversji jaħarqu, definittivament allura l-2022 kienet sena tajba għaliha. Devis Mangia Għall-eks Kowċ tat-Tim Nazzjonali Devis Mangia din kienet sena mill-agħar hekk kif irriżenja mill-kariga tiegħu fi ħdan l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Futbol (MFA). Din ir- riżenja, milqugħa mill-bord tal-MFA, ġiet ippreżentata sitt ġimgħat mis-sospensjoni tiegħu wara allegazzjonijiet ta' fastidju sesswali ta' żewġ plejers. Din mhix l-ewwel darba li Mangia kien akkużat b'fastidju sesswali. Alexandra Popa, omm il-plejer tal-futbol Răzvan saħqet li Mangia ta' fastidju lil binha meta kien kowċ fl-Università Craiova

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023