Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489262

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

13 ħarsa lejn l-2022 illum • IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 l-marka tagħhom fl-istorja tibqa' għal dejjem eks mexxej tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev. Gorbachev kellu 91 sena, u kien ilu żmien twil marid. Ħafna jiakru l-laqgħa storika li saret f 'Malta fl-1989 bejn Gorbachev u l-President Amerikan eżatt wara l-waqa' tal-ħajt ta' Berlin. Fis-summit ta' Malta, Bush u Gorbachev kienu qablu biex itemmu dik li kienet tissejjaħ il-Gwerra Bierda. Mikhail Gorbachev kien ingħata wkoll il-Premju Nobel għall-Paċi. Ir-Reġina Eliżabetta II Jekk kien hemm mewta li waqqfet dinja, bla dubju kienet dik tar-Reġina Eliżabetta II. Ir-Reġina mietet fl-età ta' 96 sena fil- palazz ta' Barmoral fl-Iskozja fit-8 ta' Settembru. F'Ġunju li għadda, ir-Renju Unit u l-Commonwealth li tagħha Malta hi membru, iċċelebra s-70 anniversarju minn meta saret Reġina, anniversarju li l-ebda Re jew Reġina fl-istorja ma ċċelebra. Hija qattgħet snin miż-żgħożija tagħha f 'Malta ma' żewġha l-Prinċep Philip id- Duka ta' Edinburgh. Hija kienet ir-Reġina ta' Malta sakemm Malta kisbet ir-Repubblika fl-1974. Hija baqgħet tgħożż f 'qalbha lil Malta u tisħaq li ż-żmien li qattgħet f 'Malta kien fost l-isbaħ f 'ħajjitha. Il-funeral tagħha, mifrux fuq għaxart ijiem, kien segwit minn miljuni kbar u dan apparti l-eluf li marru Londra. Angela Lansbury Id-dinja taċ-ċinema tilfet ukoll lil Angela Lansbury attriċi maħbuba minn bosta, b'mod partikolari għall-parti ta' Jessica Fletcher fis-sensiela Murder, She Wrote (La Signora in Giallo). Lansbuty ħadmet f 'din is-sensiela bejn l-1984 u l-1996. B'kollox kien hemm 264 episodju. Kienet kisbet ukoll suċċess għall-parti li ħadmet fil-film Bedknobs and Broomsticks. Hija wkoll il-vuċi tal-karattru ta' Mrs Potts fil-film Beauty and the Beast. Hija mietet fil-11 ta' Ottubru. Robbie Coltrane Fl-14 ta' Ottubru, miet Robbie Coltrane, fl-età ta' 77 sena. Huwa jibqa' magħruf l-aktar għall-irwol tiegħu ta' Hagrid fil-films ta' Harry Potter u kif ukoll għat-tele-serje Cracker. Robert Arrigo Mewta oħra li ħasdet lill-bosta kienet dik ta' Robert Arrigo, eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Arrigo miet fit-18 ta' Ottubru fl-età ta' 67 sena wara xhur jissielet il-marda tal- kanċert. Meta miet, huwa kien għadu Deputat u Kelliem tal-Oppożizzjoni. Huwa kien politiku maħbub ħafna speċjalment fil-lokalità tiegħu ta' Tas- Sliema. Fil-fatt, beda l-ħajja politika tiegħu bħala Sindku ta' din il-lokalità fl-1994 u ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl- 2003. Huwa kien ukoll President tal-club tal- futbol ta' Sliema Wanderers. Patri Marius Zerafa Fit-23 ta' Ottubru miet Patri Marius Zerafa. Huwa kellu 93 sena. Patri Marius, kien in-neputi tal-eks Prim Ministru Sir Paul Boffa u jibqa' mfakkar bħala studjuż kbir u bniedem ta' kultura. Magħruf l-aktar għax kien irnexxielu jirkupra l-pittura ta' San Ġlormu ta' Caravaggio wara li kienet insterqet mill- Kon Katidral ta' San Ġwann nhar id-29 ta' Diċembru tal-1984. Għal żmien twil, Patri Marius kien direttur tal-mużewijiet f 'Malta Karmenu Mifsud Bonnici Kmieni mas-sebħ tal-5 ta' Novembru, miet l-eks Prim Ministru ta' Malta Karmenu Mifsud Bonnici. Huwa kellu 89 sena. Huwa serva bħala d-disa' Prim Ministru ta' Malta bejn Diċembru 1984 u Mejju 1987. Anke jekk dam inqas minn tliet snin Prim Ministru, huwa serva fi żmien diffiċli mmens għall-pajjiż inkluż taqlib u ġlied politiku. Mifsud Bonnici kien baqa' mexxej tal- Partit Laburista u tal-Oppożizzjoni sal- elezzjoni tal-1992. Bosta faħħru l-karattru ġeneruż tiegħu u anke l-karità li kien jagħmel ma' bosta, inkluż dawk li jfittxu s-servizz tiegħu bħala avukat. Tony Abela Ħasdet bosta l-aħbar tal-mewt għall- għarrieda tan-Nutar Tony Abela li miet fit- 8 ta' Novembru 2022. Huwa kellu 66 sena. Abela kien Deputat Nazzjonalista u Segretarju Parlamentari fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn l-2003 u l-2008. Huwa kien elett għall-ewwel darba fil- Parlament fl-1987. Abela kien ukoll President tar-Rabat Ajax. Bernice Cilia Qtil li ħasad u waqqaf pajjiż kien dak ta' Bernice Cilia li seħħ fit-22 ta' Novembru. Cilia, omm ta' żewġt itfal żgħar, kellha 40 sena. Hija nqatlet b'żewġ tiri f 'Kordin, it 'il bogħod mill-post tax-xogħol tagħha. Dan kien l-aħħar każ ta' femiċidju li seħħ f 'Malta din is-sena. L-eks raġel ta' Cilia ġie arrestat mill-Pulizija u tressaq akkużat bil- qtil tagħha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023