Illum previous editions

ILLUM 8 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 2090 8600 Il-proġett tal-ewwel pixxina indoor b'investiment ta' €14-il miljun miexi ġmielu Il-proġett ta' SportMalta tal- ewwel pixxina indoor ta' skala internazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, b'investiment ta' €14-il miljun, se jkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, waqt li żar ix-xogħol li għaddej fuq dan il-proġett qal li huwa ta' sodisfazzjon li din il-pixxina indoor state-of-the-art se tkun opportunità eċċellenti biex is-settur akwatiku tal-isport f 'pajjiżna jkompli jieħu spinta 'l quddiem u jkompli jagħti kontribut għal aktar suċċessi li nkisbu fl-aħħar snin. Dan il- proġett kien imwiegħed ukoll fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Ġie spjegat li tlesta x-xogħol fuq is-saqaf tal-pixxina li huwa magħmul apposta biex jikkumplimenta s-swar u huwa maħsub ukoll biex jassorbi l-istorbju estern, b'hekk ma jkunx hemm skumdità ta' ħoss għall-ġirien tal-madwar. Tlesta wkoll ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq id-dressing rooms, uffiċini, kmamar tal-kontroll, u kmamar għall-ħtiġijiet sanitarji. Parti mill-proġett kien jinkludi l-kostruzzjoni ta' plant room u mina minn taħt il-pixxina, li minnha jgħaddu l-karozzi, parti mir-ring road tal-kumpless. Ġie spjegat ukoll li qed jiġi ppreparat il-bażi għall-pixxina li se tkun waħda tal-ogħla teknoloġija u qed jitwaħħlu l-pilastri tal-ħadid li magħhom se jitwaħħal ħġieġ li se jdawwar il-pixxina kollha. "Dan il-proġett, li jikkumplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport, huwa turija ċara tal-impenn tal- gvern li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sportiva biex ikompli jgħolli u jilħaq livelli ta' suċċess fl-isport f 'pajjiżna," sostna l-Ministru Grima. Il-pixxina hija ta' daqs olimpiku ta' 5,000 metru kwadru, b'saqaf tal-injam b'tul ta' 44 metru kif ukoll ħitan tal-ħġieġ li jkopru mal-44 metru kwadru kull naħa, u fond ta' 2.2 metri. It-tul jissodisfa r-rekwiżiti mill- Federazzjoni Internazzjonali tal-Għawm. Il-pixxina se tkun mgħammra bl-aħjar teknoloġija fosthom dik tal-bulkheads biex il-pixxina tkun maqsuma f 'aktar minn faċilità waħda. L-art tal-pixxina se jkollha funzjoni li titla' u tinżel biex il- coaches tal-għawm ikunu jistgħu jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom fl- ilma stess.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 January 2023