Illum previous editions

ILLUM 8 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 Din is-sena - kif anke nnota mal- ILLUM l-ekonomista Clint Flores - kollox jindika li l-gwerra fl-Ukrajna se tibqa' għaddejja, għallinqas għall-ewwel parti tas-sena. Dan se jkompli jiggrava numru ta' sitwazzjonijiet, mhux l-inqas in-nuqqas ta' provvista ta' gass mir-Russja, nuqqas ta' provvista ta' ikel, żieda fil-prezz tat-trasportazzjoni u ritaljazzjonijiet minn Putin li jistgħu jiddistabilizzaw l-ekonomiji Ewropej. Dan kollu jfisser ħaġa waħda: Il- ħajja matul l-2023 se tkompli togħla. U dan mhu awgurju tajjeb xejn għall- ħaddiema, familji, negozji u lanqas għall-Gvern innifsu hekk kif inqas flus fl-idejn ifisser inqas konsum, li jfisser ekonomija batuta u inqas dħul għall- Gvern mill-VAT u taxxi oħrajn. Sa issa, anke permezz tal-Baġit, il- Gvern jidher illi kien qed jindirizza din il-problema biex itaffi għal ftit żmien. Iżda l-mistoqsija hi: Il-miżuri biex jittaffa t-toqol tal-piż tal-għoli tal-ħajja - fosthom il-COLA ta' €9.90 - kemm se ddum sostenibbli? U jekk din is-sena il-Gvern ikollu jerġa' jagħti COLA daqs jew aktar mill- Baġit li għadda, sa fejn se jibqgħu jifilħu għaliha n-negozji? U finalment, jekk il-ħajja tibqa' togħla, din kif se tkompli timpatta l-konsum tan-nies, li jgħajjex eluf kbar ta' ħaddiema u negozji? Min se jirbaħ jew min se jċedi l-ewwel bejn Zelenskyy u Putin ħadd ma jaf. Li huwa żgur hu li l-Ukreni ħarġu ħafna aktar b'saħħithom milli ħasbu ħafna filwaqt li Vladimir Putin kellu rebħiet fl-invażjoni tiegħu, pero' kellu jagħmel irtirati ħafna aktar milli ħasbu ħafna. Ċara wkoll li l-Unjoni Ewropea, flimkien mar-Renjuu Unit u l-Istati Uniti ingħaqdu f 'ponn wieħed biex jiddefendu l-integrità territorjali ta' pajjiż li ġie invadut mingħajr ebda raġuni. Is-sanzjonijiet kienu bosta u kienu iebsa, u sa ċerta punt ix-xorti daħket ħafna aktar lill-Ewropa hekk kif minkejja biża' mix-xitwa b'rabta ma' nuqqas ta' provvista tal-gass, din ix- xitwa qed tkun waħda mill-inqas kesħin f 'ħafna snin. Għalhekk il-bżonn li n-nies isaħħnu djarhom huwa inqas. Ċara wkoll li ċ-Ċina - li flimkien mal- Istati Uniti u l-Ewropa - jitqiesu bħala powerhouses ekonomiċi - qed iżżomm ħafna 'l bogħod milli tambraċċa lil Putin. Ma ninsewx li r-Russja u ċ-Ċina huma alleati politiċi, marbutin bl-istorja - passata u kurrenti - Komunista. Ftit biss ilu - fit-22 ta' Diċembru 2022 - il- Ministru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż Wang Yi kien qal illi ċ-Ċina tinsab fuq in-naħa tal-paċi fil-kwistjoni tal- Ukrajna. Mhux eżattament l-akbar appoġġ li Putin seta' kiseb mingħand wieħed mill-aktar alleati b'saħħithom. Nistennew u naraw. Pero' rebħa Ukrena tidher iktar possibbli llum milli kienet xhur ilu. Xitwa li qisha ma hijiex xitwa. Iktar xitwa li qisha Rebbiegħa. Hekk jista' jissejjaħ l-istaġun li għaddejjin minnu bħalissa. Relattivament sħana għal dan iż-żmien tas-sena, xita kważi xejn u kesħa xi ftit bil-lejl. Forsi l-ġranet sbieħ kulħadd jieħu gost bihom għax toħroġ u tgawdi barra fuq xi bajja, jew picnic jew xi mixja mal-baħar. Imma hemm raġuni naturali għaliex hemm xitwa u għaliex tagħmel ix-xita. Temperturi sħan għat-tul se jwasslu biex l-effetti tal-bidla fil-klima jibdew jinħassu sew speċjalment f 'pajjiżi imdawwrin bil-baħar bħalna. Se nibdew naraw speċi differenti fl-ibħra tagħna, aktar insetti u insetti differenti u se nibdew naraw lill-biedja tagħna tbati aktar biex tkabbar ċerta ħaxix u frott. Imma mhux Malta biss. Fi Spanja telgħet 25 grad, fil-Polonja għall- ewwel darba fl-istorja telgħet 19-il grad f 'Jannar u ħafna mill-Alpi baqgħu ħodor, minflok bjadu bil-borra. Il- konsegwenzi? Telf ta' impjiegi, jinħall il- permafrost li jwassal biex jintefa' fl-arja aktar dijossidu tal-karbonju u methane - li jwasslu biex il-pjaneta tisħon aktar, aktar mard u pajjiżi li jsir litteralment inabitabbli. Din ix-Xitwa taf tkun l-aħħar ċirasa fuq dak il-kejk biex fl-2023 nibdew insewwu l-ħsara li saret lill-pjaneta tagħna! Sakemm mhux diġà tard wisq! l-għoli tal-ħajja, dix-xitwa fl-Ukrajna se jiddominaw Il-ħajja kemm se ddum togħla? Sena xotta? Il-Bidla fil-klima terġa' tiddomina... Rebħa Ukrena?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 January 2023