Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489655
11 intervista illum • IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 gwerra u l-bidla fil-klima. niffaċċjaw fl-2023 speċjalment minħabba l-fatturi tal-klima li qed iwasslu għall-kriżi umanitarja." Dwar il-gwerra fl-Ukrajna u l-invażjoni Russa Flores ifakkar li s-sanzjonjiet li kienu imposti fuq ir-Rusjsa mill- Punent u l-Unjoni Ewropea, wasslu għal ritaljazzjoni ta' nuqqas ta' forniment ta' gass lejn l-Ewropa mir-Russja, li ħadet fit-tul u xekklet l-ekonomija Ewropea. "Dan wassal għall-prezzijiet tad-dawl u l-ilma u tal-fjuwil li splodew u magħhom ħafna mill-affarijiet li nikkunsmaw inkluż prodotti u servizzi. Nemmen li ż-żieda qawwija fil-prezzijiet l-Unjoni Ewropea, se tkun qed taffettwa l-kompetittivita' tagħha fit-tul, li jinħass wara ftit snin," kompla jipprevedi l-ekonomista u analista ma' din il-gazzetta. Huwa spjega li r-riskji tal-klima u tal-ambjent għadhom xi ħaġa ġdida fis- settur bankarju u finanzjarju, u ingħataw prijorità fl-2021 u l-2022. "Il-gwerra fl- Ukrajina bidlet l-ekwilibriju ekonomiku u finanzjarju globali u evidentement ir- riskji ġeopolitiċi qed jingħataw prijorità. Ir-riskji ġeopolitiċi huma pjuttost kumplessi meta mqabbla mar-riskji klimatiċi u ambjentali. Infatti, ir-riskji ġeopolitiċi, flimkien mar-riskji klimatiċi u ambjentali huma l-perikli primarji li nistgħu nkunu qed nittrattaw b'mod dirett ħafna f 'dan id-diċenju." Xokkijiet li ħadd ma bassar u bidliet fil- konsum Flores idur fuq il-banek issa u jfakkar li l-Bank Ċentrali Ewropew ukoll qed ikun kawt dwar ir-riskji tal-gwerra u fil-fatt ifakkar li dan elenka tliet prioritajiet ewlenin, biex jindirizza l-vulnerabbilitajiet li jistgħu jiffaċċjaw il-banek. "L-ogħla prijorità hija relatata mat-tisħiħ tar-reżiljenza għal xokkijiet makrofinanzjarji u ġeopolitiċi immedjati. Ċertament, l-enfasi hija fuq ir-riskju tal-kreditu u n-nuqqas fil-ġestjoni tal-kreditu li jinkludi espożizzjonjiet f 'setturi vulnerabbli, kif ukoll ir-riskji tal- finanzjament." "Dak li qed nesperjenzaw bħalissa madwar id-dinja huwa relatat ma' xokkijiet li ħadd ma bassar meta konna qed nippreparaw biex nirkupraw mill- pandemija tal-covid-19," kompla jgħid l-ekonomista li qal illi l-gwerra se tbiddel kif ngħixu. "Irridu jew le qed niġu mbuttati biex naġġustaw għall-bżonnijiet attwali, speċjalment ix-xejriet tal-konsum tagħna," spjega Flores li ta eżempji: Ir- restrizzjoni fil-konsum "żejjed" u prattiċi aktar sostenibbli. Huwa esprima l-fehema li jippreferi jippromwovi l-idea li nistimulaw l-infiq tal-konsumatur u l-investiment privat, "peress li t-tnejn huma komponenti importanti tad-domanda aggregata li jippermettu lil dawk li jfasslu l-politika jiksbu tkabbir ekonomiku pożittiv." Huwa reġa' dar fuq il-problema tal-provvista, speċjalment dik tal- enerġija u jisħaq li dan huwa l-mument opportun biex ngħaddu għal prattiċi aktar sostenibbli. "Jekk mhux se naħtfu l-opportunitaà bħalissa kif il-Gvern Malti qed jerfa' l-piżijiet tal-inflazzjoni, mhux se jkun possibbli li nagħmluha wara." "Is-sena li għaddiet mal-ILLUM kont għidt li l-gwerra se ttawwal u mhux se tkun waħda qasira u li se ġġib ukoll magħha ħafna għoli tal-ħajja. Li ġara żgur hu li l-Ukrajina kienet ippreparata aktar militarment sabiex tirreżisti lir-Russja. Infatti bħalissa kemm l-Ukrajina kif ukoll ir-Russja mhumiex lesti li jabbandunaw l-armi." L-irwol ta' Malta fil- Kunsill tas-Sigurtà tal- UN: X'jaħseb Flores? Is-sena li għaddiet Malta ħadet is- siġġu mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurta' tan-Nazzjonijiet Uniti, li magħha iġġib ukoll il-Presidenza għal xahar fl-ewwel kwart ta' dis-sena. Flores sostna li l-kuntest li fih tinsab id- dinja, kif ukoll il-ħin ta' meta jista' jkun li tiżvolġi l-gwerra fl-Ukrajina se jwasslu għal negozjati ta' riżoluzzjonijiet pjuttost diffiċli. "Il-prijoritajiet ta' Malta fil-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti huma ukoll is-Sigurtà tal- Klima. Nemmen li għandna naħtfu l-opportunita' b'mod diplomatiku u niffaċilitaw proċessi li jwasslu għal żieda fl-għajnuna umanitarja." Fakkar ukoll kif fl-istess ħin l-Iżvezja ħadet ukoll f'idejha il-Presidenza tal- Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fejn jidher li is-Sigurtà, l-Għaqda, il-kompetittività, tranżizzjonijiet ekoloġiċi u tal-enerġija, valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt se jkunu il-prijoritajiet f'dil-Presidenza sa nofs it-2023. Il-gwerra fl-Ukrajna kellha effetti fuq il-provvista tal-ikel u l-prezzijiet matul l-2022 u hekk mistennija terġa' tagħmel fl-2023 Il-Bidla fil-Klima għandha twassal biex jinbidlu x-xejriet tal-konsum