Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489655
10 intervista IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum Xokkijiet ekonomiċi sforz gwerra L-akbar żewġ sfidi li rridu niffaċċjaw Il-gwerra fl-Ukrajna baqgħet għaddejja mingħajr waqfien b'impatt fuq il-provvista tal-ikel, l-enerġija u fuq il-but tal-ħaddiema. U l-bidla fil-klima taf twassal għal instabilità soċjali fl-Afrika, bil- konsegwenzi umanitarji kollha li din iġġib. Clint Flores jitkellem mal- ILLUM... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kulħadd xeba' issa jisma' aħbarijiet ħżiena ta' kriżijiet, mard, gwerer, imwiet u influwenzi iżda l-ekonomista u l-analista politiku Clint Flores, mal-ILLUM jindika li hemm bżonn nippreparaw għal aktar għax il-kbir jidher li għadu ma għaddhiex, anzi! Fil-fatt fil-ħarsa li Flores jagħti, flimkien ma' din il-gazzetta, huwa jipprevedi li l-2023 se tkun "sena iebsa" primarjament mil-lat finanzjarju. Dan għaliex, ikompli jispjega, ħafna pajjiżi ma kellhomx iċ-ċans tajjeb biex jirkupraw mill-Covid-19 f 'termini finanzjarji. L-ILLUM tinnota li wieħed jista' jieħu eżempju minn pajjiżna stess fejn wara l-miljuni kbar li l-Gvern ħareġ f 'inizjattivi - fosthom il-Wage Supplement - is-sena li għaddiet reġa' sab ruħu joħroġ miljuni ġodda f 'sussudji marbutin mal-prezzijiet dejjem jogħlew tal-qmuħ, sforz il-gwerra fl-Ukrajna. "Ħafna ekonomiji ma' kellhomx ċans jirkupraw mill-effetti finanzjajri li ġabet magħha il-pandemija Covid-19. Dan wassal għad-deterjorazzjoni tal-finanzi pubbliċi ta' ħafna pajjiżi," spjega Flores li kompla jgħid illi l-politika monetarja hija dik li jogħlew l-imgħaxijiet biex titnaqqas l-aspettativa taż-żieda fil- prezzijiet. "Minħabba f 'hekk sabiex investitur jissellef, il-kapital sar aktar għoli speċjalment sabiex jinvesti u jikkonsma." Huwa qal illi din l-għafsa se tinħass - globalment - kemm minn negozji u anke mill-konsumaturi. Fl-ewwel każ se jkun hemm nuqqas ta' flus fl-idejn u nuqqas ta' likwidità li se jfisser nuqqas ta' investiment u ħolqien ta' impjiegi. Huwa kompla jgħid illi fil-każ tal-konsumatur imbagħad, hekk kif qed jaraw il-flus fil- but jonqsu minħabba l-għoli tal-ħajja, "mhux qegħdin jonfqu u ser ikunu kawti fin-nefqa tagħhom għal dak li jista' jinqala." Huwa jfakkar li l-konsum u l-investiment privat huma fatturi importanti ħafna għat-tkabbir ekonomiku. F'dan il-punt Flores ikkwota lill-Kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Kristalina Georgieva li qalet li qed jistennew li terz tal-ekonomiji globali jidħlu f 'riċessjoni, fil-fatt diġà ssemmew ukoll l-Istati Uniti, l-Ewropa u ċ-Ċina. "Jidher għalhekk li is-sena 2023 se tkun waħda diffiċli b'irkupru li jista' jibda jkun viżibbli fis-sena 2024." 'Ir-riskji klimatiċi u ambjentali se jkunu l-akbar sfidi' Flores kompla jelenka l-isfidi u tkellem dwar sfida oħra li bħalissa qed tagħfas fuq id-dinja, inkluż fuq l-Ewropa u li r-raġunijiet għaliha huma tnejn: Il- gwerra fl-Ukrajna u l-bidla fil-klima. Din l-isfida hija l-problema fis-sigurtà tal- ikel. "Jekk nieħdu in-nofsinhar tas-Sudan naraw li hemm kriżi umanitarja għaddejja minħabba li kien hemm nixfa kbira li wasslet għall-nuqqas kbir ta' ikel. Fl-istess ħin ħafna pajjiżi fl-Afrika kienu effettwati biż-żieda fl-għoli tal-ħajja tal-ikel bażiku speċjalment tal-qmuħ u ż-żjut." Huwa qal illi rapporti internazzjonali qegħdin ibassru li ħafna nies se jbatu il-ġuħ li se jwassal għal tensjoni kbira u aktar kunflitti f 'ċertu reġjuni madwar id-dinja. "Nemmen li l-komunità internazzjonali, għandha tiffoka fuq il-pajjiżi tal- Afrika sabiex tevita kriżijiet umanitarji Clint Flores