Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 analiżi Omiċidji li xxukkjaw lil Malta: Alfie Kulħadd jiakar lil Alfie bħala l-istilista tax-xahar fil-Gżira li kien jidher fuq il-programmi televiżivi, jitkellem dwar il- prodotti u l-ingredjenti tagħhom u liema stili tax-xagħar kienu l-aktar moda. Sfortuntament il-memorja ta' Rizzo bħala l-istilista ġiet imtappna bit-traġedja tal-qtil makabru tiegħu, 25 sena ilu. Rizzo inqatel bi 17-il daqqa ta' sikkina fil-ħanut tiegħu stess, fi Triq Ta' Sliema fil-Gżira, minn Aimen Said Giali El Baden – b'kompliċità ta' Ibrahim Ramandan Ghamber Shnishah - li dak iż- żmien kellu biss 17-il sena u xi it xhur, età li eventwalment wasslitu biex kellu sentenza ta' priġunerija it inqas milli suppost. X'ġara dakinhar tad-delitt? Kien l-4 ta' Frar 1998. Qabżu l-10 p.m. u Alfie ma rritornax id- dar u l-mara tiegħu, imħassba, ċemplet l-Isptar iżda Alfie ma' kienx hemm, ċemplet il-Mediterranean Conference Centre - għaliex kien qiegħed jipparteċipa f 'festival - iżda ma kienx hemm. Rizzo ċemplet lil ħabib kbir tiegħu Ray Azzopardi, illum Ambaxxatur Malti fil-Belġju, li dak il-ħin kien fl-istudios tal-One. Inkwetat, flimkien ma' kollegi tiegħu, telaq lejn il-ħanut ta' Alfie u dlonk lemħu l-karozza tiegħu ipparkjata quddiemu u ra l-bieb tal-ħanut imbexxaq. Fetħu bil-mod u lemħu lil xi ħadd mal-art iżda ma kienx ċar x'kien ġara minn Alfie għax ma kienx hemm biżżejjed dawl. Meta imbagħad indunaw b'dak li ġara ċemplu l-ambulanza iżda Rizzo kien diġà miet bi 17-il daqqa ta' sikkina f 'għonqu, f 'sidru u f 'wiċċu. Mill-investigazzjonijiet tal- Pulizija irriżulta li Rizzo instab f 'għadira demm ħdejn sufan iswed. Sors kien qal lill-Pulizija li lemħet raġel Libjan dieħel fil-karozza tal- istilista ġimgħa qabel id-delitt, aktar tard ikkonfermat bħala Mohammed Ramadan Salah. Aktar tard iżda irriżulta li dan ma kellux involviment dirett fil-qtil, iżda infurmahom fuq iċ-ċirku ta' Libjani li kienu jafu lil Alfie. Huwa kien qalilhom ukoll li kien jaf min qatlu u dawn kienu El Baden u Shnishah. Huwa stqarr li dakinhar tad-delitt marru l-appartament tiegħu u El Baden mar jaħsel idejh, li kienu mċappsa bi dmijja. Salah indika li El Baden kellu ferita f 'subajgħ tax-xellug li skont El Baden, kienet ikkawżatha minn Alfie meta beda jirreżistih. Il-Forzi Armati ta' Malta kienu sabu l-mobile u ċ-ċavetta tal-vittma kif ukoll il-qalziet tal-akkużat. Milli ntqal aktar tard waqt il-proċeduri legali, El Baden kien biddel il- qalziet ma' tal-vittma għax tiegħu kien miksi bid-demm. X'ħareġ mill-Qorti? Waqt l-interrogazzjoni Salah kien allega li Shnishah kien qabbad lil El Baden biex joqtol lil Alfie biex jisirqu. Meta interrogat El Baden ġie kkonfrontat fuq il-ferità li kellu f 'subajgħ u hu kien ammetta li qatlu. Waqt il-ġuri ntqal li Shnishah kien introduċa lil El Baden u lil Alfie għall-ħabta tad-9.30p.m. tal- jum tad-delitt u li kienu marru fil- ħanut tiegħu hekk kif El Baden kien se jkollu x'jaqsam miegħu. Madankollu, waqt li ġie interrogat Shnishah kien ċaħad l-involviment u saħaq li lill-vittma kien jafu minn wiċċu u li dan kien jiffrekwenta irġiel Għarab. Aktar tard waqt il-proċess tal-ġuri, li ħa madwar ġimgħa, ġie magħruf li Shnishah, il-mandat tal-qtil, qagħad bħala "lookout" sakemm qatlu. Tajjeb li mmorru it lura għal punt li semmejna qabel, jiġifieri minkejja li kien hemm allegazzjonijiet li dan il-qtil sar għal flus, meta l-Pulizija marru fuq ix- xena tal-qtil kienu sabu flus moħbija ħdejn il-cash register u Lm300 wkoll fil-karozza ta' Alfie. Għaldaqstant il-Pulizija bdiet temmen li l-qtil ma kienx minħabba serqa. Waqt il-ġuri ħareġ ukoll li El Baden kien seraqlu xi oġġetti u Lm30. Aktar tard l-Avukat Prosekutur Anthony Barbara ikkummenta li Rizzo kien magħruf, kellu l-flus u kellu "ċertu tendenzi sesswali." Fl-aħħar tal-ġuri, El Baden instab ħati u l-Assistent Avukat Ġenerali ta' dak iż-żmien, Anthony Barbara, saħaq li din is-sentenza kellha twassal il-messaġġ li "is-soċjetà mhux se tħalli barranin jaħsbu li jistgħu joqtlu lil Maltin u jkollhom sentenza ridotta għax ma kinux fil- viċinanza tal-familja." Hawn huwa kien qiegħed jirribatti lid-difiża li ġabet l-argument illi l-fatt li El Baden m'għandu lil ħadd mill-familja f 'Malta kienet tagħmel is-sentenza tal-priġunerija aktar iebsa. Il-liġi tistipula li l-massimu ta' snin li jista' jingħata bħala sentenza tonqos bi grad jew tnejn jekk il- persuna tkun taħt it-18-il sena. Fil-fatt El Baden ingħata 25 sena priġunerija, liema sentenza ġiet fi tmiemha f 'Awwissu li għadda. Alfie Rizzo u Gaetano Romano: Żewġt irġiel, żewġ omiċidji. L-ILLUM tmur lura għal żewġ delitti li minkejja li saru snin 'il bogħod minn xulxin it- tnejn ixxukkjaw lil Malta hekk kif pajjiżna tilef stilista tax-xagħar, raġel u missier tant maħbub u ra omiċidju li bħalu qatt ma seħħ... ANTHEA CACHIA Lino Cauchi - midfun fiċ-Chadwick Lakes, Simone Grech - maqtulha b'daqqiet ta' sikkina wara li ġiet imsawta, Sylvia King - maħruqa f 'karozza, Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski - sparawlhom f 'dahrom, Alfie Rizzo – inqatel fil-post li tant għamlu popolari u Gaetano Romano – jinstab b'sitt imsiemer f 'rasu. Dawn huma uħud mill-aktar delitti xokkanti, makabri u it minnhom taħt mantell ta' misteru sa llum. L-ILLUM se tkun qed tirrapporta fuqhom fil-ġimgħat li ġejjin. Għal din il-ġimgħa, din il-gazzetta tirrakkonta l-istorja ta' żewġt irġiel li l-każi tagħhom qanqal sens ta' dwejjaq u biża' daqs – dak li suppost hu – il-bard ta' Jannar. Alfie Rizzo Xellug: Alfie Rizzo, l-istilista tax-xagħar li nqatel fil-ħanut tiegħu stess minn Aimen El Baden (lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023