Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490056

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 • illum Monsinjur Franġisk Colombo: 200 sena mit-twelid FABIAN MANGION Franġisk twieled l-Isla minn Vinċenz u Marjanna mwielda Bonello fil-15 ta' Jannar 1823. Jumejn wara, ġie mgħammed mill-Kan. Dun Leonard Adriano u l-parrini kienu l-Kan. Penitenzier Dun Franġisk Bonello u Marija Colombo. Membru tal-Kapitlu tal- Kolleġġjata tal-Isla sa mis-26 ta' Settembru 1840, irċieva l-Ordni Sagri fit-18 ta' Settembru 1847 minn idejn l-Isqof Publiju Sant fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Filwaqt li kien diġà jaqdi r-rwol ta' segretarju tal-Kapitlu Kolleġġjali, fil-pront wara l-ordinazzjoni, inħatar viċi- parroku tal-Kan. Arċipriet Dun Leopoldu Fiteni. Wara l-mewt ta' Fiteni, li seħħet, fil- 31 ta' Awwissu 1852, l-Isqof Sant sejjaħ lill-Kan. Colombo biex ikun il-Vigarju Kurat tal-Isla. Vigarju Kurat fl-Isla F'dik il-ħabta, il-kapitlu kien qed jinsisti li l-kura pastorali tal-parroċċa ma tibqgħax f 'idejn dak li jkollu t-titlu ta' arċipriet, imma f 'idejn il-kapitlu stess. Fit-28 ta' April 1853, il-Kapitlu tal-Isla ġie nfurmat li s-Santa Sede ma kenitx se tippermetti li jkun hemm separazzjoni bejn il-kura pastorali tal-parroċċa u l-persuna li tkun bid-dinjità ta' Arċipriet. Kien hawn li setgħet issir in-nomina ta' arċipriet ġdid. Żgur li ħafna fl-Isla kienu qed jistennew li l-għażla taqa' fuq il-kanonku żagħżugħ Dun Franġisk Colombo. Hu stess kien jixtieq it-tmexxija ta' din il-parroċċa li tagħha hu nnifsu kien diġà Vigarju Kurat. Fil-fatt, flimkien ma' ħames qassisin oħra, wieġeb għall-editt maħruġ mill-Isqof Sant fis-7 ta' Ġunju1853 u applika biex jieħu sehem fil-konkors għall- imsemmija arċipretura. Imma dan ma kienx il-waqt għaliex staqqlu jistenna ftit aktar. Fil-5 ta' Settembru 1853, Dun Alwiġ Mizzi, qassis ta' 59 sena, mgħammed fil-parroċċa ta' San Ġorġ, Rabat, Għawdex, ġie mogħti l-pussess bħala r-raba' arċipriet tal-Kolleġġjata Sengleana. Il-Kanonku Colombo baqa' qrib tiegħu għaliex intgħażel bħala viċi-parroku. Iżda, sfortunatament, dan kellu jkun parrokat qasir. L-Arċipriet Mizzi, maħkum mill-mard, miet fl-10 ta' Ottubru 1861. Wara rit funebri li sar fil- Knisja Kolleġġjata, ġie midfun fil-kannierja, f 'wieħed mill- oqbra tas-Sodalità tal-Kleru. Arċipriet tal-Isla Peress li l-Kanonku Colombo kien ġie magħżul bħala Vigarju Kurat bid-dritt tas-suċċessjoni, ma kienx hemm dewmien biex isir l-arċipriet il-ġdid. Għalhekk, bla ma sar is-solitu konkors, fit- 22 ta' Ottubru 1861, uffiċjalment ingħata l-pussess bħala l-ħames arċirpriet tal-parroċċa tal-Isla. L-arċipriet il-ġdid kien joqgħod f '5, Triq San Pietru u San Pawl. Hu ma kellu lil ħadd minn qrabatu miegħu. Kienet taqdih dik li kienet toqgħod dar ma' dar miegħu, l-armla Madalena Tagliaferro, omm il-Kanonku Dun Ġużepp. Fi żmien l-Arċipriet Colombo, l-edukazzjoni bdiet tikber fost ulied il-poplu. Xhieda ta' kultura aħjar minn ta' postijiet oħra toħroġ mill-għadd ta' professjonisti li kienu jgħammru f 'din il-belt. Il-kleru wkoll kien numeruż u bosta kienu magħrufin għall-għerf tagħhom b'dottorati fit-Teoloġija u fil-Liġi. Oħrajn ingħataw onorifiċenzi mis-Santa Sede. Zuntier fiċ-Ċimiterju tal- Addolorata Fl-1869, peress li l-Gvern kien għadda liġi li tipprojbixxi d-dfin fl-ibliet u ngħata bidu għall-bini taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata, inqata' d-dfin mill- Isla. Minkejja dan, ir-rgħajja tal-parroċċa ma tilfux id-dritt li jindifnu fil-knisja parrokkjali tagħhom. Il-parroċċa tal-Isla, kif kien xieraq, ingħatat biċċa art imdaqqsa għat-tħaffir tal-oqbra biex jissostitwixxu dawk li kien hemm fil-Knisja Kolleġġjata. Dik il-medda art, maż-żmien magħrufa bħala 'iz-Zuntier tal- Isla', kellha tikkonsisti f '128 qabar. It-tħaffir u l-bini tal-oqbra sar kollu mill-Gvern minn fondi pubbliċi. Imma peress li l-balavostrat li jgħalaq dan iz- Zuntier u l-bini tal-kappella li kienet ipproġettata, riedu jsiru mill-fondi tal-parroċċa, kien jinħtieġ l-approvazzjoni tal-Awtoritajiet tal-Knisja. Il- permess għal din l-ispiża ntalab mill-Arċipriet Colombo u ġie milqugħ, fil-31 ta' Jannar 1871, mill-Isqof Gejtan Pace Forno OESA. Fl-1872, it-tħaffir tal-oqbra u l-bini tagħhom, il-pedamenti tal- kappella u l-bini tal-balavostrat li jgħalaq il-kumpless, kienu lesti. F'dak iz-Zuntier tħaffru oqbra għas-saċerdoti mseħbin fis-Sodalità tal-Kleru, għal xi wħud mill-fratellanzi, kif ukoll oqbra għall-parruċċani oħrajn. Wara li kien tlesta u ġie imbierek mill-Arċipriet Colombo, saret l-ewwel difna fih. Dan seħħ fl-1 ta' Lulju 1872 meta, f 'qabar tal-Fratellanza tat- Trinità, indifen ċertu Ġużeppi Spiteri. L-ewwel saċerdot li ndifen f 'dan iz-Zuntier kien il- Kanonku Angelo Caruana fil-15 ta' Settembru 1874. Tajjeb jinghad ukoll li l-parroċċa ngħatat qatgħat oħra, fl-istess ċimiterju, għall- fratellanzi u xi għaqdiet. Fost dawn, qatgħa mdaqqsa viċin iz- Zuntier, ingħatat lill-Fratellanza tal-Kurċifiss, li qabel kienet tidfen lill-membri tagħha fil- kannierja taħt l-Oratorju tal- Kurċifiss, fejn kellha 24 qabar. Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata Kien żmien meta l-purċissjonijiet kienu jsiru b'sollennità. Il-preżenza ta' kanonċi, lebsin il-muzzetta u bid-dekorazzjoni pettorali fuq sidirhom, kienet issebbaħ purċissjoni. Kien għalhekk, li l-kanonċi tal-Isla kienu jiġu mistiedna minn diversi kappillani. Kien ukoll f 'dan iż-żmien li, waqt il-purċissjoni tal-Irxoxt, kienet isir il-ġiri tradizzjonali bl- istatwa. Ġara li darba minnhom, waqt il-ġirja, seħħ inċident li kkaġuna ħsara fl-istatwa. Minħabba f 'hekk, Colombo ddeċieda li l-purċissjoni tal- Irxoxt ma toħroġx iżjed. Kellhom igħaddu mad-disgħin sena biex il-purċissjoni terġa' tibda ssir. Fl-Isla, il-kapitlu kellu rabtiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023