Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490057

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 kotba IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 • illum Il-poeżija inkolta Ġieni f 'moħħi li l-aktar żewġ affarijiet li nitkellem fuqhom mal-it nies li nagħmilha magħhom huma l-kotba u l-ballun. Jaf jew riflessjoni ta' ħajja limitata, inkella xi mkien bejn deformazzjoni tal-mestier u passjonijiet li jiskulaw fil-ħajja ta' kuljum, u li spiss jiltaqgħu ma' xulxin, bħal fil-każ ta' eks studenta li m'ilux fakkritna li l-futbol il-ħin kollu nsemmih waqt il- lekċers, imqar biex inqajjem tikka interess fir-rumanzi ta' Ġużè Muscat Azzopardi. M'ilux ukoll, tkellimt ma' xi ħadd li darba spjegajtlu x-xena letterarja Maltija bid-diviżjonijiet bħal ta' league tal-football, bl-Olimpu bħala l-Premier, u mbagħad id-diviżjonijiet inferjuri b'salt timijiet telgħin u neżlin, bejn kittieba minuri u minimi, il-one- hit wonders u l-ħarbiexa, sew frekwenti sew okkażjonali. Il- format tal-UEFA Nations League narah joqgħod pinna għal din il-fantasija tiegħi, li nissuspetta ispirata mill-kritika strutturalista u t-tendenza tiegħi li nikklassifika u nqiegħed fil-garżelli. Fil- kategorizzazzjoni tat-timijiet għalhekk, bejn l-erba' taqsimiet tal-grupp A tal-kbar u daqstant tal-grupp D tal-batuti u tal-pajjiżi ż-żgħar, iċ-ċaqliq mhux li huwa wieħed kbir: il-kompetizzjoni qalila, in-natura hi dik li hi, u l-ħuta ż-żgħira qajla tiekol il- kbira. Dan mhux Eurovision. Huwa l-ballun li mid-dehra l-aktar li għallem lil Camus dwar il- ħajja, ngħidu aħna. U għal- letteratura naraha l-istess: ħaġa li sseħħ kullimkien fid-dinja, kemm tkellem lill-kittieba, u f 'Malta tista' tiġi segwita aħjar minħabba ċ-ċokon. L-artist u l-kittieb li huma dak li huma, tendenzjalment se jkollhom ego minfuħ, drabi jaf anki bir-raġun, li jaħdmu skont sistemi kumplessi ta' riflessjoni dwarhom infushom biex jew ikomplu jippumpjawh jew inkella jissieltu kuljum biex jiżvujtawh minn kull arja sħuna li għandha mnejn tidħollu. Il- ħabib li kont spjegajtlu l-klassifika m'ilux tefagħli oħra mill-aforiżmi tiegħu, stil Tony Wilson u 'Jazz is the last refuge of the untalented', fejn stqarrli li l-poeżija hi l-vejjikolu jew għall-imbeċilli jew għall-ġenji. F'din l-ironija tal-abjad u l-iswed, li ironika preċiżament għan- nettezza tal-kategorizzazzjoni, jaf hemm tikka verità. Mhux għax prożatur ma jidħolx fil-klassifika tan-Nations League tal-kittieba, imma mifruxa t-tendenza li l-poeżija hija arti li kapaċi tinħafen minn kulħadd, basta tferra' l-emozzjonijiet tiegħek kif jiġu u tinsisti li din ħaġa personali u l-interpretazzjoni suġġettiva u sebaħ u dalam, filwaqt li l-att narrattiv donnu jimplika organizzazzjoni u dixxiplina wisq akbar. U allura, jien u nagħmel it-tabelli f 'moħħi ta' "who's hot and who's not", kemm ngħaddi siegħa żmien, niakar f 'ħemel ilħna jippruvaw isabbtu saqajhom u jsemmgħu leħinhom, indinjati li ħadd mhu jagħti kashom. Għal darb'oħra, mhux kwistjoni Maltija biss, imma b'għajn attenta, faċli tara t-teoriji tal-konfoffa dwar il-klikek daqskemm hu faċli tindividwa li l-klikek xorta mhumiex funzjoni; bħalma tista' wkoll tara l-kategorija tal-għeneb qares, kieku d-Diviżjoni D tan- Nations League, li ma jilagħbux bid-dinjità taż-żgħar bħal Malta u San Marino, imma li jinsistu li xogħolhom ma jitqiesx minħabba l-għira u disinni kumplessi kontrihom, u jsostnuh dan bil- kuruni tar-rand, in-nomini u l-premji li tant iħufu ħarkiena biex jiksbuhom. Illum ġejjin biċ-ċajt, donna, imma dil-minestra inkosegwenzjali ta' ħsibijiet li qed nieħu gost inkewwes fiha, donnha ilha ttektek minn mindu wasalli Allat tal-Landa (Horizons, 2022), l-aħħar ġabra ta' poeżiji ta' Mario Cardona, imma speċjalment mid-daħla xierqa għall-aħħar ta' Adrian Grima li takkumpanja x-xogħlijiet. Bħalma ktibt qabel, nagħtu kas dwar il-kumment ta' Immanuel Mifsud għan-novelli ta' Toni Abela, hemm okkażjonijiet fejn id-daħla kritika, lil hinn minn ċelebrazzjoni ħawlija miktuba minn ħabib jew inkella biex tirfed bil-fama tal-analista, hija saff ieħor tal-esperjenza tal-qari li jagħmel ġustizzja lix- xogħol. Grima, fil-fatt, jitkellem dwar xogħol Cardona (u bid- distanza professjonali minkejja li sieħbu) billi jdaħħal kunċett – li almenu jien ma niakarx li qatt issemma wisq fil-kritika Maltija – tal-poeżija 'kolta', jiġifieri dik li Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023